|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/762 |
31.3.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/762
tat-30 ta’ Marzu 2026
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1). |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Settembru 2025, wara l-impożizzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) relatati ma’ kwistjonijiet nukleari fuq l-Iran f’konformità mar-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1972 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2010/413/PESK u li imponiet mill-ġdid is-sanzjonijiet kollha tal-Unjoni relatati ma’ kwistjonijiet nukleari fuq l-Iran li kienu ġew sospiżi jew mitmuma skont il-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt. |
|
(3) |
B’mod partikolari, il-Kunsill iddeċieda li jimponi mill-ġdid il-projbizzjoni fuq il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment, dirett jew indirett, ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (3) għall-użu fl-Iran, jew għall-benefiċċju tiegħu. |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Mejju 2021, l-Unjoni adottat ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dak ir-Regolament ħassar ir-Regolament (KE) Nru 428/2009. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(e) |
oġġetti u teknoloġija oħra b’użu doppju elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u mhux koperti mill-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għajr għal ċerti oġġetti elenkati fil-Kategorija 5, il-Partijiet 1 u 2, tal-Parti VII tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
(*1) Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, (ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj).”."
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PANAYIOTOU
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/413/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1972 tad-29 ta’ Settembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L, 2025/1972, 29.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1972/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/428/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/762/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)