|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2248 |
13.10.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2248
tat-12 ta’ Ottubru 2026
li jopera tnaqqis mill-isforz tas-sajd disponibbli għall-Italja fl-2026 minħabba sajd eċċessiv fis-sena preċedenti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 106(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-isforzi tas-sajd fil-Punent tal-Baħar Mediterran għas-snin 2025 u 2026 ġew stabbiliti, rispettivament, bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2025/219 (2) u (UE) 2026/266 (3). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 106(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż l-isforz tas-sajd li ġie allokat lilu, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat l-Istat Membru kkonċernat, trid topera tnaqqis mill-isforz tas-sajd futur li jiġi allokat lil dak l-Istat Membru. |
|
(3) |
L-Artikolu 106(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis irid isir fis-sena jew fis-snin ta’ wara billi jiġi applikat fattur ta’ multiplikazzjoni stipulat fih. |
|
(4) |
Wara li vvalutat l-użu eċċessiv tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Italja f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2196 (4), u skont il-fatturi ta’ multiplikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 106(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fejn rilevanti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Italja qabżet l-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lilha għas-sena 2025 bil-kwantitajiet li ġejjin:
|
|
(5) |
L-Italja ġiet ikkonsultata mill-Kummissjoni permezz ta’ email irreġistrata mibgħuta fil-15 ta’ Ġunju 2026 fir-rigward tat-tnaqqis, inklużi l-ammonti li jirriżultaw mill-fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli fejn rilevanti, li għandu jsir mill-isforz tas-sajd disponibbli għall-Italja fl-2026 f’konformità mal-Artikolu 106(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, minħabba sajd eċċessiv fl-2025. Fid-9 ta’ Lulju 2026, l-Italja aċċettat it-tnaqqis u talbet lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li t-tnaqqis jitqassam b’mod ugwali għas-segmenti tal-flotta kollha kkonċernati fuq sentejn, mingħajr ma pprovdiet ġustifikazzjonijiet. |
|
(6) |
Fil-każ taż-żoni tas-sajd u tas-sajd ikkonċernati, it-tnaqqis dovut jirrappreżenta: 0,7 % tal-FES/MED3_OTB_TR2, 12,7 % tal-FES/MED3_TBB_TR2, 2,7 % tal-FES/MED3_TBB_TR3 u 1,6 % ta’ EFF1/MED2_TR3. Peress li l-kwantitajiet li jridu jitnaqqsu jikkostitwixxu perċentwal baxx tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat fl-2026 għaż-żoni tas-sajd u għas-sajd ikkonċernati, it-tnaqqis jista’ għalhekk isir bis-sħiħ fl-2026 mingħajr ma s-segmenti tal-flotta kkonċernati jinżammu milli jwettqu l-attivitajiet tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqassamx it-tnaqqis għall-Italja fuq sentejn. L-Italja ġiet infurmata b’dan permezz ta’ email irreġistrata mibgħuta fit-28 ta’ Settembru 2026. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li jitnaqqas l-isforz tas-sajd allokat lill-Italja fl-2026 minħabba l-isforz tas-sajd mistad b’mod eċċessiv fiż-żoni tas-sajd u fis-sajd ikkonċernati. |
|
(8) |
Xorta jistgħu jsiru aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzji attwali jew preċedenti tat-tnaqqis, ta’ erruri, ta’ ommissjonijiet jew ta’ rappurtar ħażin fid-data dwar l-użu tal-isforz tas-sajd iddikjarata mill-Italja skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isforz tas-sajd stabbilit għas-sena 2026 fir-Regolament (UE) 2026/266 għandhom jitnaqqsu bit-tnaqqis stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/219 tat-30 ta’ Jannar 2025 dwar l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2025/219, 4.2.2025, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/219/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/266 tas-26 ta’ Jannar 2026 li jistabbilixxi għall-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2026/266, 30.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/266/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2196 tas-17 ta’ Ottubru 2025 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u għar-riżorsi, tal-kontroll tas-sajd, tas-sorveljanza, tal-ispezzjoni u l-infurzar, tat-tnaqqis tal-kwoti u tal-isforzi tas-sajd, tad-data u l-informazzjoni, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (ĠU L, 2025/2196, 12.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2196/oj).
ANNESS
TNAQQIS MILL-ISFORZ TAS-SAJD GĦAS-SENA 2026 GĦALL-ISTOKKIJIET MISTADA B’MOD EĊĊESSIV
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd |
Grupp ta’ stokkijiet |
Tul tal-bastiment |
Tip ta’ bastiment |
Sforz tas-sajd inizjalment allokat għall-2025 (f’jiem ta’ sajd) |
Sforz tas-sajd adattat għall-2025 (1) (f’jiem ta’ sajd) |
Total ta’ sforz tas-sajd użat fl-2025 (f’jiem ta’ sajd) |
Sforz reali fl-2025 (f’ %) |
Sajd eċċessiv relatat mal-isforz tas-sajd adattat fl-2025 (f’jiem ta’ sajd) |
Fattur multiplikanti (2) |
Tnaqqis li għandu jiġi applikat fl-allokazzjoni tal-isforz tas-sajd għall-2026 (f’jiem ta’ sajd) |
|
IT |
EFF/MED3_OTB_TR2 |
It-trilja tal-ħama, il-merluzz, il-gamblu abjad u l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi (GSAs) 17 u 18 tal-GFCM |
≥ 12 m u < 24 m |
Bastimenti tat-tkarkir |
64 737 |
73 761 |
74 175 |
100,56 % |
414 |
1,0 |
414 |
|
IT |
EFF/MED3_TBB_TR2 |
Il-lingwata komuni fis-subżona ġeografika 17 tal-GCFM |
≥ 12 m u < 24 m |
Bastimenti tat-tkarkir bit-travu |
3 635 |
3 635 |
4 031 |
110,89 % |
396 |
1,2 |
475,200 |
|
IT |
EFF/MED3_TBB_TR3 |
Il-lingwata komuni fis-subżona ġeografika 17 tal-GCFM |
≥ 24 metru |
Bastimenti tat-tkarkir bit-travu |
3 614 |
3 614 |
3 715 |
102,79 % |
101 |
1,0 |
101 |
|
IT |
EFF1/MED2_TR3 inklużi l-allokazzjonijiet addizzjonali taħt EFF1/MED2_TR3_AA (3) |
it-trilja tal-ħama fil-GSAs 8, 9, 10 u 11; il-merluzz fil-GSAs 8, 9, 10 u 11; il-gamblu abjad fil-GSAs 9, 10 u 11; l-iskampu fil-GSAs 9 u 10 |
≥ 18 m u < 24 m |
Bastimenti tat-tkarkir |
12 148 |
19 139,109 |
19 329 |
100,99 % |
189,890 |
1,0 |
189,890 |
|
(1) L-isforz disponibbli għal Stat Membru skont ir-regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd rilevanti, wara li jitqiesu l-jiem ta’ sajd addizzjonali possibbli f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2025/219 tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2025 dwar l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, it-trasferiment possibbli tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1022/oj), l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj), kif ukoll it-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 106 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. (2) Kif stabbilit fl-Artikolu 106(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. (3) Kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2025/219. |
|||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2248/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)