|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1616 |
21.2.2024 |
Avviż dwar l-iskadenza ta’ ċerti miżuri anti-dumping
(C/2024/1616)
B’referenza għall-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) li warajh ma ġiet ippreżentata l-ebda talba għal rieżami sostanzjata kif dovut, il-Kummissjoni tavża li l-miżura anti-dumping imsemmija hawn taħt se tiskadi.
Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2).
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Ġild tal-kamoxxa |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju anti-dumping |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/297 tal-20 ta’ Frar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ġild tal-kamoxxa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
22.02.2024 |
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Il-miżura se tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1616/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)