European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4235

24.7.2024

P9_TA(2023)0402

Qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni għall-assorbimenti tal-karbonju

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-21 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni għall-assorbimenti tal-karbonju (COM(2022)0672 – C9-0399/2022 – 2022/0394(COD))  (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/4235)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni għall-assorbimenti tal-karbonju

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni għall-assorbimenti tal-karbonju , għas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u għall-ħżin tal-karbonju fil-prodotti

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Skont il-Ftehim ta’ Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (22) (“il-Ftehim ta’ Pariġi”), il-komunità internazzjonali qablet li żżomm iż-żieda fit-temperatura medja globali ferm inqas minn 2° C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li ssegwi sforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1,5° C ogħla mil-livelli preindustrijali. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi u huma impenjati bis-sħiħ għall-implimentazzjoni tiegħu bit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ż-żieda fl-assorbimenti tal-karbonju.

(1)

Skont il-Ftehim ta’ Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (22) (“il-Ftehim ta’ Pariġi”), il-komunità internazzjonali qablet li żżomm iż-żieda fit-temperatura medja globali ferm inqas minn 2° C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li ssegwi sforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1,5° C ogħla mil-livelli preindustrijali. Dak l-impenn issaħħaħ bl-adozzjoni, fl-ambitu tal-UNFCCC, tal-Patt Klimatiku ta’ Glasgow fit-13 ta’ Novembru 2021, li fih il-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, tirrikonoxxi li b’żieda fit-temperatura ta’ 1,5 °C, minflok ta’ 2 °C l-impatti tat-tibdil fil-klima se jkunu ħafna aktar baxxi u tiddeċiedi li tkompli bl-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi u huma impenjati bis-sħiħ għall-implimentazzjoni tiegħu bit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ż-żieda fl-assorbimenti tal-karbonju u fis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola .

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Fuq skala globali, l-aħħar rapport (23) tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) jindika probabbiltà dejjem tonqos li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 °C sakemm ma jseħħx tnaqqis rapidu u kbir fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) globali matul id-deċennji li ġejjin. Ir-rapport tal-IPCC jiddikjara wkoll b’mod ċar li “l-użu tal-assorbiment tad-diossidu tal-karbonju biex jiġu kontrobilanċjati l-emissjonijiet residwi diffiċli sabiex jitrażżnu huwa inevitabbli jekk għandhom jinkisbu n-newtralità karbonika (CO2) jew in-newtralità klimatika”. Dan se jirrikjedi l-użu fuq skala kbira ta’ attivitajiet sostenibbli għall-qbid tas-CO2 mill-atmosfera u l-ħżin fit-tul tiegħu f’riżervi ġeoloġiċi, f’ekosistemi terrestri u tal-baħar, jew fi prodotti. Illum u bil-politiki attwali, l-Unjoni ma hijiex miexja fit-triq it-tajba biex twettaq l-assorbimenti tal-karbonju meħtieġa: l-assorbimenti tal-karbonju fl-ekosistemi terrestri bdew jonqsu f’dawn l-aħħar snin, u fl-Unjoni bħalissa mhux qed iseħħ l-ebda assorbiment industrijali sinifikanti tal-karbonju.

(2)

Fuq skala globali, l-aħħar rapport (23) tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) jindika probabbiltà dejjem tonqos li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 °C sakemm ma jseħħx tnaqqis rapidu u kbir fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) globali matul id-deċennju attwali u d-deċennji li ġejjin. Ir-rapport tal-IPCC jiddikjara wkoll b’mod ċar li “filwaqt li n-newtralità karbonika (CO2) jew in-newtralità klimatika f’termini ta’ gassijiet serra jirrikjedu tnaqqis sostanzjali u rapidu fl-emissjonijiet gross, l-użu tal-assorbiment tad-diossidu tal-karbonju biex jiġu kontrobilanċjati l-emissjonijiet residwi diffiċli sabiex jitrażżnu huwa inevitabbli jekk għandhom jinkisbu n-newtralità karbonika (CO2) jew in-newtralità klimatika” u li l-assorbiment tad-diossidu tal-karbonju se jkun neċessarju biex jinkisbu emissjonijiet netti negattivi ta’ CO2” . Dan se jirrikjedi l-użu fuq skala kbira ta’ attivitajiet siguri u sostenibbli għall-qbid tas-CO2 mill-atmosfera u l-ħżin fit-tul tiegħu f’riżervi ġeoloġiċi, f’ekosistemi terrestri u tal-baħar, jew fi prodotti. Illum u bil-politiki attwali, l-Unjoni ma hijiex miexja fit-triq it-tajba biex twettaq l-assorbimenti tal-karbonju meħtieġa: l-assorbimenti tal-karbonju fl-ekosistemi terrestri bdew jonqsu f’dawn l-aħħar snin, u fl-Unjoni bħalissa mhux qed iseħħ l-ebda assorbiment industrijali sinifikanti tal-karbonju.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi żviluppat qafas ta’ ċertifikazzjoni volontarju tal-Unjoni għall-assorbimenti tal-karbonju, bil-għan li jiġi inċentivat l-użu ta’ assorbimenti tal-karbonju ta’ kwalità għolja, b’ħarsien sħiħ tal-objettivi tal-bijodiversità u ta’ tniġġis żero. Huwa għodda li tappoġġa l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari l-għan tan-newtralità klimatika kollettiva sal-2050 stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). L-Unjoni impenjat ruħha wkoll li tiġġenera emissjonijiet negattivi wara l-2050. Strument importanti għat-titjib tal-assorbimenti tal-karbonju fl-ekosistemi terrestri huwa r-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) , li bħalissa qiegħed jiġi rieżaminat. L-objettiv tar-rieżami huwa li tiġi stabbilita mira tal-Unjoni ta’ assorbimenti netti ta’ 310 Mt ekwivalenti ta’ CO2 sal-2030, u li jiġu allokati l-miri rispettivi lil kull Stat Membru.

(3)

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżviluppa qafas ta’ ċertifikazzjoni volontarju tal-Unjoni għall-assorbimenti tal-karbonju, għas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u għall-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, bil-għan li jiġi inċentivat l-użu ta’ assorbimenti tal-karbonju , attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti li jkunu siguri, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, fir-rispett sħiħ tal-objettivi tal-bijodiversità u ta’ tniġġis żero. Huwa għodda li tappoġġa l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari l-għan tan-newtralità klimatika kollettiva sal-2050 stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) , bħala komplement tat-tnaqqis irreversibbli u gradwali tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra fis-setturi kollha bil-għan li jintlaħqu l-objettivi u l-miri stabbiliti f’dak ir-Regolament u l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi. L-Unjoni impenjat ruħha wkoll li tiġġenera emissjonijiet negattivi wara l-2050. Strument importanti għat-titjib tal-assorbimenti tal-karbonju fl-ekosistemi terrestri huwa r-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni se jappoġġa l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju fl-Unjoni li jirriżultaw f’benefiċċju mhux ambigwu tal-assorbiment nett tal-karbonju , filwaqt li jevita l-greenwashing. Fil-każ tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, tali qafas ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll l-adozzjoni ta’ attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju li jiġġeneraw kobenefiċċji għall-bijodiversità, u b’hekk jintlaħqu l-miri tar-restawr tan-natura stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni dwar ir-restawr tan-natura. Il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni se jkun strumentali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)

Il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni se jappoġġa l-iżvilupp ta’ attivitajiet fl-Unjoni ta’ assorbiment tal-karbonju, sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u ħżin tal-karbonju fil-prodotti li jirriżultaw f’benefiċċju mhux ambigwu nett, filwaqt li jevita l-greenwashing. Fil-każ tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, tali qafas ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll l-adozzjoni ta’ attivitajiet li jiġġeneraw kobenefiċċji għall-bijodiversità, u b’hekk jintlaħqu l-miri tar-restawr tan-natura stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni dwar ir-restawr tan-natura. Il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni se jkun strumentali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Diversi Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u pajjiżi terzi oħra konfinanti mal-Unjoni, bħan-Norveġja u l-Iżlanda, għandhom potenzjal sinifikanti għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. Għaldaqstant, meta jkun ġie konkluż ftehim ġuridikament vinkolanti bejn l-Unjoni u Membru taż-ŻEE jew pajjiż terz ieħor konfinanti mal-Unjoni u dak il-pajjiż japplika l-istess rekwiżiti ġuridiċi bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2009/31/KE, jenħtieġ li l-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni japplika għall-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku maqbud fl-Unjoni iżda maħżun ġeoloġikament f’dak il-Membru taż-ŻEE jew f’dak il-pajjiż konfinanti mal-Unjoni.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jinkoraġġixxi wkoll ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jenfasizza r-rwol tal-missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa, kif ukoll programmi oħra fil-qasam tat-teknoloġiji b’kapaċità ta’ assorbiment tal-karbonju, filwaqt li jitqiesu l-proċessi eżistenti u l-iżviluppi possibbli bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq għat-teknoloġiji l-ġodda.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom f’kooperazzjoni interdixxiplinari, bl-involviment tal-istituzzjonijiet ta’ riċerka nazzjonali u reġjonali, xjenzjati, bdiewa u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Sabiex jiġu appoġġati l-operaturi li jkunu lesti jagħmlu sforzi addizzjonali biex iżidu l-assorbimenti tal-karbonju b’mod sostenibbli, il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jqis it-tipi differenti ta’ attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju , l-ispeċifiċitajiet tagħhom u l-impatti ambjentali relatati. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi definizzjonijiet ċari tal-assorbiment tal-karbonju, tal-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju, u ta’ elementi oħra tal-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni.

(5)

L-attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju, sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u ħżin tal-karbonju fil-prodotti għandhom karatteristiċi differenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ ħżin, mal-mezz ta’ ħżin u mad-durata mistennija tal-ħżin, li ta’ tvarja minn deċennji għal sekli sħaħ għal ċerti attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jew il-ħżin f’ċerti prodotti, sal-ħżin permanenti fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi jekk is-sit tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 jintgħażel u jiġi ġestit b’mod xieraq. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-qafas filwaqt li jiġu appoġġati l-operaturi li jkunu lesti jagħmlu sforzi addizzjonali biex iżidu s-sekwestru tal-karbonju jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet bijoġeniċi b’mod sostenibbli, il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmel distinzjoni ċara bejn it-tipi differenti ta’ attivitajiet, l-ispeċifiċitajiet tagħhom u l-impatti ambjentali relatati. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jissepara b’mod ċar id-definizzjonijiet, il-kriterji f’dik li hi kwalità u r-regoli dwar l-użu marbut mal-attivitajiet ta’ assorbimenti tal-karbonju, sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u ħżin tal-karbonju fil-prodotti fil-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Fl-ambitu tal-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni, l-attivitajiet li, f’ċirkostanzi normali u permezz ta’ prattiki ta’ ġestjoni xierqa, jiżguraw il-ħżin permanenti tal-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku għal diversi sekli permezz tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2, bħall-bijoenerġija bil-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-qbid u l-ħżin tal-karbonju dirett mill-arja, jew permezz tal-mineralizzazzjoni tal-karbonju marbut b’mod permanenti, jenħtieġ li jitqiesu assorbimenti permanenti tal-karbonju. L-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-art fis-sottokatergoriji tas-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija koperti mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/841 jew relatati mal-ġestjoni tal-kosti, li jirriżultaw fis-sekwestru tal-karbonju, jew l-attivitajiet li jirriżultaw fit-tnaqqis tal-emissjonijiet bijoġeniċi, pereżempju t-tnaqqis tal-metan minħabba bidliet fl-għalf jew il-ġestjoni tad-demel, jew fit-tnaqqis tal-ossidu nitruż minħabba tnaqqis tal-fertilizzanti jew il-ġestjoni tad-demel, għal perjodu minimu ta’ ħames snin, jitqiesu attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola. Ċerti attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, b’mod partikolari t-tixrib mill-ġdid ta’ torbieri, jistgħu jirriżultaw f’sekwestru tal-karbonju ladarba t-torbiera tiġi restawrata b’mod sħiħ, filwaqt li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju permezz ta’ restawr u tixrib ġestiti sew f’fażi inizjali. Ċerti attivitajiet oħra, bħal dawk ibbażati fuq l-użu tal-faħam bijoloġiku, jistgħu jkunu kategorizzati taħt tipi differenti ta’ attivitajiet, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom isiru l-attivitajiet. Fid-dawl tal-inċertezzi fil-kejl u fil-monitoraġġ tal-metodoloġiji relatati ma’ ħafna applikazzjonijiet potenzjali tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti fil-fażijiet inizjali tal-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti jenħtieġ li għall-ewwel tkun limitata għal prodotti tal-injam maħsud jew materjali għall-kostruzzjoni li jaħżnu l-karbonju atmosferiku u bijoġeniku maħżun għal tal-anqas ħames deċennji u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq ir-rapport li tippreżenta l-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2018/841, filwaqt li l-benefiċċji possibbli u l-kompromessi tal-inklużjoni ta’ prodotti durabbli oħra tal-ħżin tal-karbonju jenħtieġ li jiġu valutati mill-Kummissjoni fl-ambitu tar-rieżami ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju jenħtieġ li jipprevedi wkoll il-flessibbiltà meħtieġa biex ikopri l-ispeċifiċitajiet reġjonali, tekniċi, strutturali u ġeofiżiċi, filwaqt li jqis il-varjetà ta’ kundizzjonijiet f’termini ta’ sistemi ta’ produzzjoni fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi r-rekwiżiti li permezz tagħhom l-assorbimenti tal-karbonju jenħtieġ li jkunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skont il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-assorbimenti tal-karbonju jenħtieġ li jiġu kkwantifikati b’mod preċiż u robust; u jenħtieġ li jiġu ġġenerati biss minn attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju li jiġġeneraw benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju , li jkunu addizzjonali, li jkollhom l-għan li jiżguraw il-ħżin fit-tul tal-karbonju, u li jkollhom impatt newtrali jew kobenefiċċju fuq l-objettivi ta’ sostenibbiltà. Barra minn hekk, l-assorbimenti tal-karbonju jenħtieġ li jkunu soġġetti għal awditjar indipendenti minn partijiet terzi sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u l-affidabbiltà tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni. Hemm fis-seħħ regoli obbligatorji tal-Unjoni dwar l-ipprezzar tal-karbonju stabbiliti permezz tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) li jirregolaw it-trattament tal-emissjonijiet minn attivitajiet koperti minn dik id-Direttiva. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/87/KE, ħlief fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti ta’ emissjonijiet minn bijomassa sostenibbli li għandhom klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Anness IV tagħha.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi r-rekwiżiti li permezz tagħhom l-assorbimenti tal-karbonju , is-sekwestru tal-karbonju f’art agirkola u l-ħżin tal-karbonju fil-prodotti jenħtieġ li jkunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skont il-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-assorbimenti tal-karbonju , il-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, it-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u l-ħżin tal-karbonju fil-prodotti jenħtieġ li jkunu konformi mal-kriterji relatati mal-ħruġ u mal-użu; jiġu kkwantifikati b’mod preċiż u robust; u jenħtieġ li jiġu ġġenerati biss minn attivitajiet li jiġġeneraw benefiċċju nett, li jkunu addizzjonali, li jiżguraw il-ħżin /assorbiment permanenti jew fit-tul fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u/jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra , u jkunu konformi mar-rekwiżiti relatati mal-monitoraġġ u mar-responsabbiltà u li jkollhom tal-anqas impatt newtrali jew kobenefiċċju fuq l-objettivi ta’ sostenibbiltà f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament . Barra minn hekk, l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għal awditjar indipendenti minn partijiet terzi sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u l-affidabbiltà tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni u l-informazzjoni relatata maċ-ċertifikati u mal-proċess ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ reġistru tal-Unjoni . Hemm fis-seħħ regoli obbligatorji tal-Unjoni dwar l-ipprezzar tal-karbonju stabbiliti permezz tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) li jirregolaw it-trattament tal-emissjonijiet minn attivitajiet koperti minn dik id-Direttiva. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/87/KE, ħlief fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti ta’ emissjonijiet minn bijomassa sostenibbli li għandhom klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Anness IV tagħha.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Attività tal-assorbiment tal-karbonju jenħtieġ li tirriżulta f’benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju li juri li twassal impatt klimatiku pożittiv. Il-benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju jenħtieġ li jiġi kkalkolat billi jiġu segwiti żewġ passi. L-ewwel nett, l-operaturi jenħtieġ li jikkwantifikaw l-ammont ta’ assorbimenti addizzjonali tal-karbonju li attività tal-assorbiment tal-karbonju tkun iġġenerat meta mqabbla ma’ linja bażi. Jenħtieġ li tiġi ppreferuta linja bażi standardizzata li tirrifletti l-prestazzjoni standard ta’ attivitajiet komparabbli f’ċirkostanzi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u teknoloġiċi u f’postijiet ġeografiċi simili minħabba li tiżgura l-oġġettività, timminimizza l-konformità u kostijiet amministrattivi oħra, u tirrikonoxxi b’mod pożittiv l-azzjoni tal-innovaturi li diġà kienu involuti f’attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju. Fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, jenħtieġ li jiġi promoss l-użu ta’ teknoloġiji diġitali disponibbli, inklużi l-bażijiet tad-data elettroniċi u s-sistemi ta’ informazzjoni ġeografiċi, it-telerilevament, l-intelliġenza artifiċjali u l-apprendiment awtomatiku, u l-użu ta’ mapep elettroniċi biex jitnaqqsu l-kostijiet li jirriżultaw mill-istabbiliment ta’ linji bażi u mill-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju . Madankollu, meta ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita tali linja bażi standardizzata, tista’ tintuża linja bażi speċifika għall-proġett ibbażata fuq il-prestazzjoni individwali tal-operatur. Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u teknoloġiċi u biex tiġi mħeġġa l-ambizzjoni maż-żmien f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi, il-linji bażi jenħtieġ li jiġu aġġornati perjodikament .

(7)

Attività jenħtieġ li tirriżulta f’benefiċċju nett li juri li twassal impatt klimatiku pożittiv. Il-kalkolu tal-benefiċċju nett jenħtieġ li jkun differenzjat għall-assorbimenti permanenti tal-karbonju, għall-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, għas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, tan-nitroġenu u tal-metan u għall-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, bil-għan li jitqiesu l-karatteristiċi fundamentalment differenti tagħhom, u jenħtieġ li jiġi kkalkolat billi jiġu segwiti żewġ passi. L-ewwel nett, l-operaturi jenħtieġ li jikkwantifikaw , kif ikun applikabbli, l-ammont ta’ assorbimenti addizzjonali tal-karbonju , fil-każ ta’ attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju , l-ammont ta’ sekwestru tal-karbonju addizzjonali, fil-każ tal-attivitajiet ta’ ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jew ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti, jew l-ammont tat-tnaqqis tal-emissjonijiet bijoġeniċi addizzjonali, fil-każ ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, li attività tkun iġġenerat meta mqabbla ma’ linja bażi. Linja bażi standardizzata jenħtieġ li tkun rappreżentattiva tal-prestazzjoni ta’ prattiki attwali komuni ta’ attivitajiet komparabbli f’ċirkostanzi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u teknoloġiċi u f’postijiet ġeografiċi simili u jenħtieġ li tiġi ppreferuta minħabba li tiżgura l-oġġettività, timminimizza l-konformità u kostijiet amministrattivi oħra, u tirrikonoxxi b’mod pożittiv l-azzjoni tal-innovaturi li diġà kienu involuti f’attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju. Bil-għan li tiġi żgurata l-integrità klimatika tal-qafas, fil-każ tal-assorbimenti permanenti tal-karbonju, il-linja bażi standardizzata jenħtieġ li tkun rappreżentattiva tal-aktar livell avvanzat tal-attivitajiet komparabbli, u fil-każ tal-attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-kalkolu ta’ linja bażi standardizzata jenħtieġ li jeskludi l-attivitajiet eżistenti li kienu ġew identifikati, fil-każ tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, bħala mhux rappreżentattivi ta’ sekwestri reali u minflok jirriżultaw f’emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra, u, fil-każ tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, bħala mhux rappreżentattivi ta’ tnaqqis reali u minflok jirriżultaw f’aktar u mhux f’anqas emissjonijiet. Fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, jenħtieġ li jiġi promoss l-użu ta’ teknoloġiji diġitali disponibbli, inklużi l-bażijiet tad-data elettroniċi u s-sistemi ta’ informazzjoni ġeografiċi, it-telerilevament, is-sistemi l-ġodda ta’ kwantifikazzjoni tal-karbonju fuq il-post, l-intelliġenza artifiċjali u l-apprendiment awtomatiku, u l-użu ta’ mapep elettroniċi biex jitnaqqsu l-kostijiet li jirriżultaw mill-istabbiliment ta’ linji bażi u mill-monitoraġġ tal-attivitajiet. Madankollu, meta ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita tali linja bażi standardizzata, tista’ tintuża linja bażi speċifikagħall-proġett ibbażata fuq il-prestazzjoni individwali tal-operatur. Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u teknoloġiċi u biex tiġi mħeġġa l-ambizzjoni maż-żmien f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi, il-linji bażi jenħtieġ li jiġu rieżaminati perjodikament mill-Kummissjoni u aġġornati tal-anqas kull ħames snin. Madankollu, bil-għan li jiġi żgurat kuntest operattiv u tal-investimenti stabbli għall-operaturi, ladarba tkun bdiet attività, il-linja bażi jenħtieġ li tibqa’ kostanti għall-operatur għal dik l-attività matul il-perjodu ta’ monitoraġġ kollu, u jenħtieġ li tiġi rieżaminata u aġġornata biss maċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

It-tieni pass għall-kwantifikazzjoni tal-benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju jenħtieġ li jikkonsisti fit-tnaqqis ta’ kwalunkwe żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatata mal-implimentazzjoni tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju . L-emissjonijiet rilevanti ta’ gassijiet serra li jenħtieġ li jitqiesu jinkludu l-emissjonijiet diretti, bħal dawk li jirriżultaw mill-użu ta’ aktar fertilizzanti, fjuwil jew enerġija, jew emissjonijiet indiretti, bħal dawk li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art , b’riskji konsegwenti għas-sigurtà alimentari minħabba l-ispostament tal-produzzjoni agrikola. Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju jenħtieġ li ma jitqiesx biex jiġi kkwantifikat il-benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju, iżda jenħtieġ li jitqies bħala kobenefiċċju lejn l-objettiv ta’ sostenibbiltà tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; billi jiġi rrapportat fuq iċ-ċertifikati, it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra (bħall-kobenefiċċji tas-sostenibbiltà l-oħra) jista’ jżid il-valur tal-assorbimenti tal-karbonju ċċertifikati.

(8)

It-tieni pass għall-kwantifikazzjoni tal-benefiċċju nett jenħtieġ li jikkonsisti fit-tnaqqis ta’ kwalunkwe żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatata maċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-implimentazzjoni tal-attività . L-emissjonijiet rilevanti ta’ gassijiet serra li jenħtieġ li jitqiesu jinkludu l-emissjonijiet diretti, bħal dawk li jirriżultaw mill-użu ta’ aktar fertilizzanti , sustanzi kimiċi , fjuwil jew enerġija, jew emissjonijiet indiretti, bħal dawk li jirriżultaw mit-trasport, l-input ta’ materjal , l-effetti tal-ispostamenti minħabba domanda f’kompetizzjoni għall-enerġija jew għas-sħana mormija, it-tibdil dirett jew indirett fl-użu tal-art, b’riskji konsegwenti għas-sigurtà alimentari minħabba l-ispostament tal-produzzjoni agrikola u jenħtieġ li jkopru l-impatti kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra minnha .

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Attività tal-assorbiment tal-karbonju twassal għal benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju meta l-assorbimenti tal-karbonju ’l fuq mil-linja bażi jegħlbu kwalunkwe żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minħabba l-implimentazzjoni tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju . Pereżempju, fil-każ ta’ attivitajiet li jwasslu għal ħżin permanenti tal-karbonju billi l-karbonju jiġi injettat taħt l-art, l-ammont ta’ karbonju maħżun b’mod permanenti jenħtieġ li jkun akbar mill-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati mal-enerġija mill-proċess industrijali. Fil-każ ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-karbonju li jinqabad minn attività ta’ tisġir jew il-karbonju li jinżamm fl-art minn attività ta’ tixrib mill-ġdid tat-torbieri jenħtieġ li jegħleb l-emissjonijiet mill-makkinarju li jintuża biex titwettaq l-attività tal-assorbiment tal-karbonju jew mill-emissjonijiet ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art li jistgħu jiġu kkawżati mir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

(9)

Attività twassal għal benefiċċju nett meta, rispettivament, l-assorbimenti tal-karbonju , is-sekwestru tal-karbonju jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet ’il fuq mil-linja bażi jegħlbu kwalunkwe żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minħabba l-implimentazzjoni tal-attività. Pereżempju, fil-każ ta’ attivitajiet li jwasslu għal ħżin permanenti tal-karbonju billi l-karbonju jiġi injettat taħt l-art, l-ammont ta’ karbonju maħżun b’mod permanenti jenħtieġ li jkun akbar mill-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati mal-enerġija mill-proċess industrijali matul il-qbid, it-trasport u l-ħżin kif ukoll l-effetti tal-ispostamenti minħabba domanda f’kompetizzjoni għall-enerġija jew għas-sħana mormija . Fil-każ ta’ ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-karbonju li jinqabad u jiġi sekwestrat minn attività ta’ tisġir jew il-karbonju li jinżamm fl-art minn attività ta’ tixrib mill-ġdid tat-torbieri jenħtieġ li jegħleb l-emissjonijiet mill-makkinarju li jintuża biex titwettaq l-attività jew mill-emissjonijiet tat-tibdil indirett fl-użu tal-art li jistgħu jiġu kkawżati mir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Fil-każ ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-emissjonijiet tal-karbonju li tnaqqsu minn attività ta’ tixrib mill-ġdid tat-torbieri jenħtieġ li jegħlbu l-emissjonijiet mill-makkinarju li jintuża biex titwettaq l-attività jew mill-emissjonijiet tat-tibdil indirett fl-użu tal-art li jistgħu jiġu kkawżati mir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

L-assorbimenti tal-karbonju jenħtieġ li jiġu kkwantifikati b’mod rilevanti, akkurat, komplut, konsistenti u komparabbli . L-inċertezzi fil-kwantifikazzjoni jenħtieġ li jiġu rrapportati u jitqiesu kif xieraq sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ stima eċċessiva tal-kwantità tad-diossidu tal-karbonju assorbit mill-atmosfera. L-assorbimenti tal-karbonju ġġenerati mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jenħtieġ li jiġu kkwantifikati b’livell għoli ta’ akkuratezza biex tiġi żgurata l-ogħla kwalità u jiġu mminimizzati l-inċertezzi. Barra minn hekk, sabiex jiġu inċentivati s-sinerġiji bejn l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-bijodiversità, jeħtieġ li jkun meħtieġ monitoraġġ imtejjeb tal-art, u b’hekk tingħata għajnuna għall-protezzjoni u għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq in-natura madwar l-Unjoni. Il-monitoraġġ u r-rapportar bis-satellita u fuq il-post tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti jeħtieġ li jirriflettu mill-qrib dawk l-approċċi, u jagħmlu l-aħjar użu mit-teknoloġiji avvanzati disponibbli fl-ambitu tal-programmi tal-Unjoni, bħal Copernicus, billi jagħmlu użu sħiħ mill-għodod diġà eżistenti, u jiżguraw konsistenza mal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra.

(10)

L-attivitajiet jenħtieġ li jiġu kkwantifikati b’mod rilevanti, akkurat, komplut, konsistenti , komparabbli u trasparenti . L-inċertezzi fil-kwantifikazzjoni jenħtieġ li jiġu rrapportati u jitqiesu kif xieraq fl-ambitu tal-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni, b’tali mod li jkun prudenti, proporzjonat għall-grad ta’ inċertezza, u skont l-approċċi statistiċi rikonoxxuti u l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ stima eċċessiva tal-kwantità tad-diossidu tal-karbonju assorbit mill-atmosfera. Is-sekwestru tal-karbonju u t-tnaqqis tal-emissjonijiet iġġenerat mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jenħtieġ li jiġu kkwantifikati b’livell għoli ta’ akkuratezza biex tiġi żgurata l-ogħla kwalità u jiġu mminimizzati l-inċertezzi , abbażi tal-użu tal-metodoloġiji ta’ livell 3 f’konformità mal-linji gwida tal-IPCC tal-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra . Barra minn hekk, sabiex jiġu inċentivati s-sinerġiji bejn l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-bijodiversità, jeħtieġ li jkun meħtieġ monitoraġġ imtejjeb tal-art, u b’hekk tingħata għajnuna għall-protezzjoni u għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-bjar ibbażati fuq in-natura madwar l-Unjoni. Il-monitoraġġ u r-rapportar bis-satellita u fuq il-post tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti jeħtieġ li jirriflettu mill-qrib dawk l-approċċi, u jagħmlu l-aħjar użu mit-teknoloġiji avvanzati disponibbli fl-ambitu tal-programmi tal-Unjoni, bħal Copernicus, billi jagħmlu użu sħiħ mill-għodod diġà eżistenti, u jiżguraw konsistenza mal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Sabiex jiġi żgurat li l-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni jagħti inċentivi lejn l-assorbimenti tal-karbonju li jmorru lil hinn mill-prattika standard, jenħtieġ li l-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju jkunu addizzjonali. Għalhekk, dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji, jiġifieri, jenħtieġ li l-operaturi jwettqu attivitajiet li ma humiex diġà imposti fuqhom mil-liġi applikabbli. Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju jenħtieġ li jsiru minħabba l-effett ta’ inċentiv ipprovdut miċ-ċertifikazzjoni. Tali effett huwa preżenti meta l-inċentiv li jinħoloq mid-dħul potenzjali, u li jirriżulta miċ-ċertifikazzjoni, jibdel l-imġiba tal-operaturi b’tali mod li jinvolvu ruħhom fl-attività addizzjonali tal-assorbiment tal-karbonju biex jiksbu assorbimenti addizzjonali tal-karbonju .

(11)

Sabiex jiġi żgurat li l-qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni jagħti inċentivi lejn l-attivitajiet li jmorru lil hinn mill-prattika standard, jenħtieġ li l-attivitajiet ikunu addizzjonali. Għalhekk, dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji fil-livell tal-operatur individwali , jiġifieri, jenħtieġ li l-operaturi jwettqu attivitajiet li ma humiex diġà imposti fuqhom mil-liġi applikabbli. Fil-każ tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, tali rekwiżiti statutorji fihom kriterji statutorji ta’ ġestjoni rilevanti u standards għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba stabbiliti fl-ambitu tat-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll rekwiżiti statutorji rilevanti oħra stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni u nazzjonali, applikabbli fil-livell tal-operatur. Barra minn hekk, l-attivitajiet jenħtieġ li jsiru minħabba l-effett ta’ inċentiv ipprovdut miċ-ċertifikazzjoni li jagħmel l-attività attraenti mil-lat finanzjarju . Tali effett huwa preżenti meta l-inċentiv li jinħoloq mid-dħul potenzjali, u li jirriżulta miċ-ċertifikazzjoni, jibdel l-imġiba tal-operaturi b’tali mod li jinvolvu ruħhom fl-attività addizzjonali tal-assorbiment tal-karbonju biex jiksbu benefiċċji netti addizzjonali .

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Linja bażi standardizzata jenħtieġ li tirrifletti l-kundizzjonijiet statutorji u tas-suq li permezz tagħhom isseħħ l-attività tal-assorbiment tal-karbonju . Jekk attività tal-assorbiment tal-karbonju tiġi imposta fuq l-operaturi mil-liġi applikabbli, jew ma jkollha bżonn l-ebda inċentiv biex isseħħ, il-prestazzjoni tagħha tiġi riflessa fil-linja bażi. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li attività tal-assorbiment tal-karbonju li tiġġenera assorbimenti tal-karbonju li jaqbżu tali linja bażi tiġi preżunta bħala addizzjonali. Għalhekk, l-użu ta’ linja bażi standardizzata jenħtieġ li jissimplifika d-dimostrazzjoni tal-addizzjonalità għall-operaturi. Għalhekk, jenħtieġ li jnaqqas il-piż amministrattiv tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni, li huwa partikolarment importanti fil-każ ta’ maniġers tal-art fuq skala żgħira.

(12)

Linja bażi standardizzata jenħtieġ li tirrifletti l-kundizzjonijiet statutorji u tas-suq li permezz tagħhom isseħħ l-attività. Jekk attività tiġi imposta fuq l-operaturi mil-liġi applikabbli, il-prestazzjoni tagħha tiġi riflessa fil-linja bażi. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li attività li tiġġenera benefiċċji netti li jaqbżu tali linja bażi tiġi preżunta bħala addizzjonali għar-rekwiżiti statutorji . Għalhekk, l-użu ta’ linja bażi standardizzata jenħtieġ li jissimplifika d-dimostrazzjoni tal-addizzjonalità regolatorja għall-operaturi. Għalhekk, jenħtieġ li jnaqqas il-piż amministrattiv tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni, li huwa partikolarment importanti fil-każ ta’ maniġers tal-art fuq skala żgħira.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Il-karbonju atmosferiku u bijoġeniku li jinqabad u li jinħażen permezz ta’ attività tal-assorbiment tal-karbonju jista’ jiġi rilaxxat lura fl-atmosfera (eż. treġġigħ lura) minħabba kawżi naturali jew antropoġeniċi. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi jieħdu l-miżuri preventivi rilevanti kollha biex jimmitigaw dawk ir-riskji u jimmonitorjaw kif xieraq li l-karbonju jkompli jinħażen matul il-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit għall-attività rilevanti tal-assorbiment tal-karbonju . Il-validità tal-assorbimenti ċċertifikati tal-karbonju jenħtieġ li tiddependi fuq id-durata mistennija tal-ħżin u r-riskji differenti tat-treġġigħ lura assoċjati mal-attività partikolari tal-assorbiment tal-karbonju . L-attivitajiet li jaħżnu l-karbonju f’formazzjonijiet ġeoloġiċi jipprovdu biżżejjed ċertezza dwar id-durata fit-tul ħafna ta’ diversi sekli għall-karbonju maħżun u jistgħu jitqiesu bħala li jipprovdu ħżin permanenti tal-karbonju. Is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jew il-ħżin tal-karbonju fil-prodotti huma aktar esposti għar-riskju ta’ rilaxx volontarju jew involontarju tal-karbonju fl-atmosfera. Sabiex jitqies dan ir-riskju, il-validità tal-assorbimenti ċċertifikati tal-karbonju ġġenerati mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u mill-ħżin tal-karbonju fil-prodotti jenħtieġ li tkun soġġetta għal data ta’ skadenza li taqbel mat-tmiem tal-perjodu ta’ monitoraġġ rilevanti. Minn hemm ’il quddiem, il-karbonju jenħtieġ li jiġi preżunt li jiġi rilaxxat fl-atmosfera, sakemm l-operatur ekonomiku ma jagħtix prova taż-żamma tal-ħżin tal-karbonju permezz ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ mingħajr interruzzjoni.

(13)

Il-karbonju atmosferiku u bijoġeniku li jinqabad u li jinħażen permezz ta’ attività jista’ jiġi rilaxxat lura fl-atmosfera (eż. treġġigħ lura) minħabba kawżi naturali , fosthom fenomeni meteoroloġiċi estremi jew kawżi ta’ forza maġġuri jew kawżi antropoġeniċi. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi jieħdu l-miżuri preventivi rilevanti kollha biex jimmitigaw dawk ir-riskji u jimmonitorjaw kif xieraq li l-karbonju jkompli jinħażen matul il-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit għall-attività rilevanti. Il-validità taċ-ċertifikat jenħtieġ li tiddependi mid-durata mistennija tal-ħżin jew mit-tnaqqis tal-emissjonijiet bijoġeniċi u mir-riskji differenti tat-treġġigħ lura assoċjati mal-attività partikolari. L-attivitajiet li jaħżnu l-karbonju f’formazzjonijiet ġeoloġiċi jipprovdu biżżejjed ċertezza dwar id-durata fit-tul ħafna ta’ diversi sekli għall-karbonju maħżun u jistgħu jitqiesu bħala li jipprovdu ħżin permanenti tal-karbonju. Għaldaqstant, il-perjodu ta’ monitoraġġ u r-rekwiżiti marbuta mal-ħżin iċċertifikat iġġenerati mill-assorbimenti permanenti tal-karbonju jenħtieġ li jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13, 17 u 18 tad-Direttiva 2009/31/KE; Is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jew il-ħżin tal-karbonju fil-prodotti huma aktar esposti għar-riskju ta’ rilaxx volontarju jew involontarju tal-karbonju fl-atmosfera. Sabiex jitqies dan ir-riskju, il-perjodu ta’ monitoraġġ tas-sekwestru ċċertifikat jew tat-tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet iġġenerat mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jenħtieġ li jkopri tal-anqas il-perjodu kollu li matulu r-riżultati tal-attività, skont il-projezzjonijiet, ikunu sostnuti kif iddefinit fil-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni applikabbli, u l-perjodu ta’ monitoraġġ tas-sekwestru ċċertifikat iġġenerat mill-ħżin tal-karbonju fil-prodotti jenħtieġ li jkopri t-tul tal-ħajja tal-prodott sa tmiem il-ħajja tal-prodott, inkluż tali tmiem. Madankollu, fil-każ tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola , bil-għan li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn fuq l-operaturi individwali, l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu li jaħtru persuna ġuridika jew awtorità rilevanti , pereżempju l-aġenzija tal-pagamenti skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) fil-każ ta’ attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola rreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-irqajja’ tal-art, biex tkun responsabbli mill-monitoraġġ, suġġetta għar-rispett tar-rekwiżiti kollha fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament .

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Minbarra l-miżuri li jittieħdu biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ rilaxx tal-karbonju fl-atmosfera matul il-perjodu ta’ monitoraġġ, jenħtieġ li jiġu introdotti mekkaniżmi ta’ responsabbiltà xierqa biex jiġu indirizzati każijiet ta’ treġġigħ lura. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu, pereżempju, l-iskontar ta’ unitajiet tal-assorbiment tal-karbonju, buffers kollettivi jew ta’ kontijiet ta’ unitajiet tal-assorbiment tal-karbonju, u mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni bil-quddiem. Peress li l-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà fir-rigward tal-ħżin ġeoloġiku u t-tnixxija tas-CO2 , u l-miżuri korrettivi rilevanti diġà ġew stabbiliti bid-Direttiva 2003/87/KE u bid-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (27) , dawk il-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà u l-miżuri korrettivi jenħtieġ li japplikaw biex tiġi evitata r-regolamentazzjoni doppja .

(14)

Minbarra l-miżuri li jittieħdu biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ rilaxx tal-karbonju fl-atmosfera matul il-perjodu ta’ monitoraġġ, jenħtieġ li jiġu introdotti mekkaniżmi ta’ responsabbiltà xierqa u jenħtieġ li tinħatar persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex tindirizza każijiet ta’ treġġigħ lura. Bil-għan li tiġi evitata regolamentazzjoni doppja għall-attivitajiet ta’ assorbiment permanenti tal-karbonju, il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà jenħtieġ li jkun konsistenti mal-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà stabbilit fid-Direttiva 2009/31/KE, filwaqt li għall-attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà jenħtieġ li jkun stabbilit u approvat fl-ambitu tal-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni applikabbli u jiżgura li dak is-sekwestru tal-karbonju ekwivalenti jiġi ġġenerat bħala kumpens għat-treġġigħ lura. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu, pereżempju, l-iskontar ta’ unitajiet tal-assorbiment tal-karbonju, buffers kollettivi jew ta’ kontijiet ta’ unitajiet tal-assorbiment tal-karbonju, perċentwal ta’ krediti li jiddaħħal f’raggruppament ġestit mill-iskema ta’ ċertifikazzjoni fil-każ tal-attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni bil-quddiem. Bil-għan li jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà jkomplu jkunu adatti għall-iskop, jenħtieġ li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jimmonitorjaw b’mod kostanti u jiżguraw id-disponibbiltà u t-tħejjija tal-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà matul il-perjodu kollu ta’ attività.  (27)

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Bil-għan li jitqies ir-riskju ta’ treġġigħ lura u tiġi żgurata l-integrità klimatika tal-qafas, l-unitajiet iċċertifikati jenħtieġ li jkunu sospiżi fir-reġistru sakemm it-treġġigħ lura jkun ġie indirizzat permezz tal-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà. Meta treġġigħ lura ma jkunx ġie indirizzat permezz ta’ mekkaniżmu ta’ responsabbiltà fi ħdan terminu raġonevoli, il-validità taċ-ċertifikat jenħtieġ li tiskadi u l-unitajiet korrispondenti jenħtieġ li jiġu kkanċellati mir-reġistru u l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jenħtieġ li jkunu suġġetti għal penali korrettiva li tirrifletti l-kost tal-karbonju tal-ammont ta’ karbonju rilaxxat fl-atmosfera. Għall-attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti, il-validità tal-unitajiet iċċertifikati jenħtieġ li tkun suġġetta għal data ta’ skadenza li tikkorrispondi mat-tmiem tal-perjodu ta’ monitoraġġ rilevanti. Minn hemm ’il quddiem, jew fil-każ li l-monitoraġġ jiġi interrott qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ monitoraġġ, il-benefiċċju nett iġġenerat mill-attività jenħtieġ li jiġi preżunt li jiġi rilaxxat fl-atmosfera u l-unitajiet korrispondenti jenħtieġ li jiġu kkanċellati mir-reġistru, sakemm l-operatur ekonomiku ma jagħtix prova taż-żamma tal-ħżin tal-karbonju permezz ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ mingħajr interruzzjoni.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

L-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju għandhom potenzjal qawwi li jwasslu soluzzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku għas-sostenibbiltà, anki jekk il-kompromessi ma jistgħux jiġu esklużi. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju jkollhom impatt newtrali jew jiġġeneraw kobenefiċċji għall-objettivi ta’ sostenibbiltà tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, u l-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis. Dawk ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà jenħtieġ li, kif xieraq, u filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet lokali, jibnu fuq il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal “La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti” fir-rigward tal-attivitajiet tal-forestrija u l-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art tas-CO2, stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139, u fuq il-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-materja prima tal-bijomassa tal-foresti u tal-agrikoltura stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Il-prattiki, bħall-monokulturi tal-foresti, li jipproduċu effetti dannużi għall-bijodiversità jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni. (28)  (29)

(15)

L-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju , tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti għandhom potenzjal qawwi li jwasslu soluzzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku għas-sostenibbiltà, anki jekk il-kompromessi ma jistgħux jiġu esklużi. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju jkollhom tal-anqas impatt newtrali jew jiġġeneraw kobenefiċċji għall-objettivi ta’ sostenibbiltà tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, u l-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis , biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jiġġeneraw kobenefiċċji għal tal-anqas l-objettiv ta’ sostenibbiltà bħall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u jkollhom tal-anqas impatt newtrali fuq l-objettivi ta’ sostenibbiltà bħall-mititgazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni jew it-titjib tal-kwalità tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija, ir-restawr tal-ħamrija, it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u tal-ġestjoni tan-nutrijenti u tal-bijota tal-ħamrija, u biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti jiġġeneraw kobenefiċċji għal tal-anqas wieħed, u jkollhom tal-anqas impatt newtrali fuq il-bqija, mill-objettivi ta’ sostenibbilità bħall-mititgazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni jew it-titjib tal-kwalità tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis u l-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija, ir-restawr tal-ħamrija, it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u tal-ġestjoni tan-nutrijenti u tal-bijota tal-ħamrija . Dawk ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà jenħtieġ li, kif xieraq, iqisu l-impatti kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra minnha u l-kundizzjonijiet lokali, u jkunu konsistenti mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fir-rigward tal-attivitajiet tal-forestrija u l-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art tas-CO2, stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139, u jenħtieġ li jippromwovu l-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-materja prima tal-bijomassa tal-foresti u tal-agrikoltura f’konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-bijomassa stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Il-prattiki, bħall-monokulturi tal-foresti, li jipproduċu effetti dannużi għall-bijodiversità jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni. (28)  (29)

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola ma jolqtux b’mod negattiv is-sigurtà alimentari tal-Unjoni u jenħtieġ li ma jwasslux għall-ħtif tal-art jew għall-ispekulazzjoni tal-art. Tali attivitajiet jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-komunitajiet lokali u tal-popolazzjonijiet indiġeni li jolqtu, kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra minnha, u l-bilanċ bejn l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali fuq il-komunitajiet lokali u l-maniġers tal-art fuq skala żgħira .

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Il-prattiki tal-biedja li jassorbu s-CO2 mill-atmosfera jikkontribwixxu għall-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika u jenħtieġ li jiġu ppremjati, jew permezz tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) jew permezz ta’ inizjattivi pubbliċi jew privati oħra. B’mod speċifiku, dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis il-prattiki tal-biedja kif imsemmija fil-Komunikazzjoni dwar Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli  (30).

(16)

Il-prattiki tal-biedja li jassorbu s-CO2 mill-atmosfera jikkontribwixxu għall-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika u jenħtieġ li jiġu ppremjati, jew permezz tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) jew permezz ta’ inizjattivi pubbliċi jew privati oħra. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Pjattaforma u fi żmien 6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tippubblika gwida biex tinforma lill-operaturi jew lill-gruppi ta’ operaturi potenzjali tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola dwar dawk l-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola li għandhom jingħataw prijorità fit-tħejjija għall-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

L-operaturi jew gruppi ta’ operaturi jistgħu jirrapportaw kobenefiċċji li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ sostenibbiltà lil hinn mir-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà. Għal dan il-għan, ir-rapportar tagħhom jenħtieġ li jikkonforma mal-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni mfassla apposta għall-attivitajiet differenti tal-assorbiment tal-karbonju , żviluppati mill-Kummissjoni. Il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li, kemm jista’ jkun, jinċentivaw il-ġenerazzjoni ta’ kobenefiċċji għall-bijodiversità li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà. Dawn il-kobenefiċċji addizzjonali se jagħtu aktar valur ekonomiku lill-assorbimenti ċċertifikati tal-karbonju u se jirriżultaw fi dħul ogħla għall-operaturi. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, huwa xieraq li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-iżvilupp ta’ metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni mfassla apposta dwar l-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola li jipprovdu kobenefiċċji sinifikanti għall-bijodiversità .

(17)

L-operaturi jew il-gruppi ta’ operaturi jistgħu jirrapportaw kobenefiċċji li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ sostenibbiltà lil hinn mir-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà u ċ-ċertifikati jenħtieġ li jindikaw b’mod ċar il-kobenefiċċji ġġenerati minn attività, meta jkun applikabbli . Għal dan il-għan, ir-rapportar tagħhom jenħtieġ li jikkonforma mal-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni mfassla apposta għall-attivitajiet differenti, żviluppati mill-Kummissjoni. Il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li, kemm jista’ jkun, jinċentivaw il-ġenerazzjoni ta’ kobenefiċċji għall-bijodiversità li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà u, fil-każ tal-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, jipprevedu l-possibbiltà tal-ġenerazzjoni ta’ primjum tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola għal tali kobenefiċċji . Dawn il-kobenefiċċji addizzjonali se jagħtu aktar valur ekonomiku lill-attivitajiet iċċertifikati u se jirriżultaw fi dħul ogħla għall-operaturi. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-iżvilupp ta’ metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni mfassla apposta dwar dawk it-tipi ta’ attivitajiet li jkunu l-aktar maturi, ikollhom il-potenzjal li jiġġeneraw l-akbar benefiċċji netti u l-potenzjal li jipprovdu l-akbar kobenefiċċji. Fil-każ tal-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, tali prijorità jenħtieġ li tqis ukoll il-fatt jekk l-attivitajiet jikkontribux għall-ġestjoni sostenibbli tal-art agrikola u tal-foresti.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Huwa xieraq li jiġu żviluppati metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni dettaljati għall-attivitajiet differenti tal-assorbiment tal-karbonju sabiex jiġu applikati, b’mod standardizzat, verifikabbli u komparabbli, il-kriterji tal-kwalità stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk il-metodoloġiji jenħtieġ li jiżguraw iċ-ċertifikazzjoni robusta u trasparenti tal-benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju ġġenerat mill-attività tal-assorbiment tal-karbonju , filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi jew għall-grupp ta’ operaturi, b’mod partikolari għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira u għas-sidien tal-foresti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati li jistabbilixxu metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni dettaljati għall-attivitajiet differenti tal-assorbiment tal-karbonju. Dawk il-metodoloġiji jenħtieġ li jiġu żviluppati f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Assorbimenti tal-Karbonju u mal-atturi interessati l-oħra kollha. Jeħtieġ li dawn ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli , jibnu fuq skemi u metodoloġiji pubbliċi u privati eżistenti għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju , u jqisu kwalunkwe standard u regola rilevanti adottati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

(18)

Huwa xieraq li jiġu żviluppati metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni dettaljati għall-attivitajiet differenti sabiex jiġu applikati, b’mod standardizzat, verifikabbli u komparabbli, il-kriterji tal-kwalità stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk il-metodoloġiji jenħtieġ li jiżguraw iċ-ċertifikazzjoni robusta u trasparenti tal-benefiċċju nett iġġenerat mill-attività, ikunu faċli biex jintużaw u jiġu żviluppatti b’tali mod li jiffaċilita l-verifika tal-konformità tagħhom , u jevitaw li joħolqu piż amministrattiv u finanzjarju sproporzjonat għall-operaturi jew għall-grupp ta’ operaturi, b’mod partikolari għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira u għas-sidien tal-foresti u għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, mingħajr ma jikkompromettu l-kwalità tal-assorbimenti tal-karbonju jew tal-kobenefiċċji . Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati li jistabbilixxu metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni dettaljati għall-attivitajiet differenti tal-assorbiment tal-karbonju. Dawk il-metodoloġiji jenħtieġ li jiġu żviluppati f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Pjattaforma dwar l-Attivitajiet tal-Assorbimenti tal-Karbonju, tas-Sekwestru tal-Karbonju f’Art Agrikola u tal-Ħżin tal-Karbonju fil-Prodotti u mal-atturi interessati l-oħra kollha. Jeħtieġ li dawn ikunu bbażati fuq valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa bbażata fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli u fuq perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ tal-anqas erba’ ġimgħat u jibnu fuq skemi u metodoloġiji pubbliċi u privati eżistenti għaċ-ċertifikazzjoni meta dawk jirrispettaw ir-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament , u jqisu kwalunkwe standard u regola rilevanti adottati fil-livell nazzjonali , internazzjonali u tal-Unjoni.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ ċertifikazzjoni kredibbli u affidabbli, jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju jkunu soġġetti għal awditjar indipendenti minn parti terza. B’mod partikolari, l-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju jenħtieġ li jkunu soġġetti għal awditu ta’ ċertifikazzjoni inizjali qabel l-implimentazzjoni tagħhom, li jivverifika l-konformità tagħhom mal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluża l-kwantifikazzjoni korretta tal-benefiċċju mistenni tal-assorbiment nett tal-karbonju . L-attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għal awditi perjodiċi ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid biex tiġi vverifikata l-konformità tal-assorbimenti tal-karbonju ġġenerati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, id-dettalji tekniċi, u l-informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fid-deskrizzjoni tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju , u fir-rapporti tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid.

(19)

Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ ċertifikazzjoni kredibbli u affidabbli, jenħtieġ li l-attivitajiet ikunu soġġetti għal awditjar indipendenti minn parti terza. B’mod partikolari, l-attivitajiet kollha jenħtieġ li jkunu soġġetti għal awditu ta’ ċertifikazzjoni inizjali qabel l-implimentazzjoni tagħhom, li jivverifika l-konformità tagħhom mal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluża l-kwantifikazzjoni korretta tal-benefiċċju mistenni nett. L-attivitajiet kollha jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għal awditi perjodiċi ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-anqas kull ħames snin għall-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, u tal-anqas kull 10 snin għall-attivitajiet l-oħra, skont approċċ ibbażat fuq ir-riskji, biex tiġi vverifikata l-konformità tal-assorbimenti tal-karbonju , tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u tnaqqis tal-emissjonijiet jew tal-ħżin tal-karborju fil-prodotti ġġenerati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, id-dettalji tekniċi, u l-informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fid-deskrizzjoni tal-attività, u fir-rapporti tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

L-għoti ta’ għarfien, għodod u metodi mtejba lill-maniġers tal-artijiet għal valutazzjoni u ottimizzazzjoni aħjar tal-assorbimenti tal-karbonju huwa kruċjali għall-implimentazzjoni kosteffiċjenti tal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u biex jiġi żgurat l-involviment tagħhom fis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-bdiewa tal-Unjoni b’azjenda agrikola żgħira jew għas-sidien tal-foresti li spiss ma jkollhomx l-għarfien u l-għarfien espert meħtieġ biex jimplimentaw attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju u biex jikkonformaw mal-kriterji ta’ kwalità meħtieġa u mal-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni relatati. Għalhekk, huwa xieraq li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jintalbu jiffaċilitaw il-forniment ta’ servizzi konsultattivi rilevanti permezz ta’ parir tekniku lill-membri tagħhom. Il-Politika Agrikola Komuni u l-għajnuna nazzjonali mill-Istat jistgħu jappoġġaw finanzjarjament il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza, l-iskambju tal-għarfien, it-taħriġ, l-azzjonijiet ta’ informazzjoni jew proġetti interattivi ta’ innovazzjoni mal-bdiewa u l-forestiera.

(20)

L-għoti ta’ għarfien, għodod u metodi mtejba lill-maniġers tal-artijiet għal valutazzjoni u ottimizzazzjoni aħjar tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola huwa kruċjali għall-implimentazzjoni kosteffiċjenti tal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u biex jiġi żgurat l-involviment tagħhom fis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-bdiewa tal-Unjoni b’azjenda agrikola żgħira jew għas-sidien tal-foresti li spiss ma jkollhomx l-għarfien u l-għarfien espert meħtieġ biex jimplimentaw attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u biex jikkonformaw mal-kriterji ta’ kwalità meħtieġa u mal-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni relatati. Għalhekk, huwa xieraq li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jintalbu jiffaċilitaw il-forniment ta’ servizzi konsultattivi rilevanti permezz ta’ parir tekniku lill-membri tagħhom u, meta rilevanti, jappoġġawhom bi gwida u b’riżorsi . Il-Politika Agrikola Komuni u l-għajnuna nazzjonali mill-Istat kif ukoll strumenti finanzjarji oħra jistgħu jappoġġaw finanzjarjament il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza, l-iskambju tal-għarfien, it-taħriġ, l-azzjonijiet ta’ informazzjoni jew proġetti interattivi ta’ innovazzjoni mal-bdiewa u l-forestiera. F’każijiet ta’ kiri, jenħtieġ li l-iskema tagħti vantaġġi finanzjarji jew kumpensi ekonomiċi xierqa għall-maniġer tal-art li jagħmel ix-xogħol.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)

L-assorbimenti, is-sekwestri u t-tnaqqis tal-emissjonijiet bijoġeniċi kollha ġġenerati fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu biex l-Unjoni tilħaq l-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs) jew il-miri u l-objettivi klimatiċi. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat l-għadd doppju, jenħtieġ li unità ċċertifikata ma tintużax jew ma tintalabx, fl-ebda mument, minn persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar, bħal impriżi jew awtoritajiet pubbliċi differenti minn Stat Membru, pereżempju kunsilli muniċipali jew muniċipalitajiet oħra, u jenħtieġ li ma jingħaddux, fl-ebda mument, f’aktar minn inventarju tal-gassijiet serra ta’ Stat Membru wieħed.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)

Is-servizzi ta’ konsulenza eżistenti tal-forestrija u tal-agrikoltura, bħas-Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxu għarfien u informazzjoni usa’ biex jappoġġaw prattiki sostenibbli li jtejbu s-sekwestru tal-karbonju filwaqt li jippromwovu l-bijodiversità u r-restawr tan-natura, u biex jiżguraw aċċess faċli għal din l-informazzjoni inkluż l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali meta jkun rilevanti. L-AKIS jenħtieġ li tistabbilixxi pjattaforma diġitali għall-kondiviżjoni tal-għarfien, li tagħti pariri tekniċi lill-maniġers tal-art u feedback lill-Istati Membri.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 20c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20c)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa wkoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet fl-Istati Membri permezz ta’ investimenti adegwati fi programmi edukattivi u ta’ taħriġ, inkluż lil partijiet pubbliċi u privati kkonċernati potenzjali u lill-forza tax-xogħol tagħhom. Tali appoġġ jenħtieġ li jqis ukoll ir-realtajiet diverġenti tal-Istati Membri u tar-reġjuni, anki billi jidentifika l-attivitajiet l-aktar adatti fir-rigward tal-ispeċifiċitajiet differenti.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Huwa xieraq li ċ-ċertifikati tal-assorbiment tal-karbonju jkunu l-bażi ta’ użi finali differenti , bħall-kompilazzjoni ta’ inventarji nazzjonali u korporattivi tal-gassijiet serra, inkluż fir-rigward tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), il-prova ta’ asserzjonijiet relatati mal-klima u ta’ asserzjonijiet korporattivi ambjentali oħra (inkluż dwar il-bijodiversità), jew l-iskambju ta’ unitajiet ivverifikati tal-assorbiment tal-karbonju permezz ta’ swieq volontarji ta’ kumpens tal-karbonju. Għal dan il-għan, iċ-ċertifikat jenħtieġ li jkun fih informazzjoni preċiża u trasparenti dwar l-attività tal-assorbiment tal-karbonju , inklużi l-assorbimenti totali u l-benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju li jikkonformaw mal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati biex tispeċifika jew temenda ulterjorment l-Anness II li jelenka l-informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikati.

(21)

Jenħtieġ li l-użi finali differenti tal-unitajiet iċċertifikati , bħall-kompilazzjoni ta’ inventarji nazzjonali u korporattivi tal-gassijiet serra, inkluż fir-rigward tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), il-prova ta’ asserzjonijiet relatati mal-klima u ta’ asserzjonijiet korporattivi ambjentali oħra (inkluż dwar il-bijodiversità), jew l-iskambju ta’ unitajiet ivverifikati permezz ta’ swieq volontarji , ikunu rregolati permezz ta’ dan ir-Regolament. L-użu tal-unitajiet iċċertifikati fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament minn impriża għal finijiet ta’ asserzjonijiet ta’ kumpens, tpaċija jew tnaqqis volontarju fir-rapportar fl-inventarji korporattivi tal-gassijiet serra tagħha jenħtieġ li jkun l-istess bħal dak stabbilit fid-Direttiva UE.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika], li tipprojbixxi l-użu ta’ unitajiet iċċertifikati biex isiru asserzjonijiet li, abbażi tal-kumpens għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, prodott jew kumpanija għandhom impatt newtrali, imnaqqas jew pożittiv fuq l-ambjent f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Barra minn hekk, għall-użu futur possibbli ta’ unitajiet iċċertifikati fir-rigward tal-konformità mal-qafas klimatiku nazzjonali u tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni sa ...[12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tivvaluta u, meta jkun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-istabbiliment tal-objettivi tal-Unjoni għall-assorbimenti permanenti tal-karbonju u għas-sekwestru minn fuq l-art u, f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li sal-31 ta’ Lulju 2026 tivvaluta l-mod kif il-ħżin permanenti tal-karbonju jkunu jista’ jitqies u kif dawk l-emissjonijiet negattivi jkunu jistgħu jiġu koperti mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u, meta jkun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva f’dan ir-rigward. Għal dan il-għan, l-unitajiet tal-assorbiment tal-karbonju, l-unitajiet tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-unitajiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u l-unitajiet tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti jenħtieġ li jibqgħu separati minn xulxin u ċ-ċertifikat jenħtieġ li jkun fih informazzjoni preċiża u trasparenti dwar l-attività , inklużi t-tip ta’ attività , il-mezz ta’ ħżin u d-durata mistennija tar-riżultati, l-assorbimenti , is-sekwestru jew it-tnaqqis ta’ emissjonijiet bijoġeniċi totali , kif xieraq, il-benefiċċju nett, il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà fid-dettall u l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, l-evidenza li l-attivitajiet laħqet l-objettivi ta’ sostenibblità u l-kwantità ta’ unitajiet iċċertifikati li jikkonformaw mal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati biex tispeċifika jew temenda ulterjorment l-Anness II li jelenka l-informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikati.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Sabiex tiġi żgurata verifika akkurata, robusta u trasparenti, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni responsabbli għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni tal-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju jenħtieġ li jkollhom il-kompetenzi u l-ħiliet meħtieġa u jenħtieġ li jiġu akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32). Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess possibbli, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jkunu kompletament indipendenti mill-operatur li jwettaq l-attività tal-assorbiment tal-karbonju li hija soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni billi jissorveljaw t-tħaddim tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni li huma akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ akkreditazzjoni , u billi jinformaw l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni dwar is-sejbiet rilevanti ta’ nuqqas ta’ konformità.

(22)

Sabiex tiġi żgurata verifika akkurata, robusta u trasparenti, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni responsabbli għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni tal-attivitajiet jenħtieġ li jkollhom il-kompetenzi u l-ħiliet meħtieġa u jenħtieġ li jiġu akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32). Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess possibbli, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jkunu kompletament indipendenti mil-lat ġuridiku u finanzjarju mill-operatur li jwettaq l-attività li hija soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri u, meta jkun il-każ, l-awtoritajiet reġjonali, jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni billi jissorveljaw t-tħaddim tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni li huma akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ akkreditament , u billi jinformaw l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni dwar is-sejbiet rilevanti ta’ nuqqas ta’ konformità.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jintużaw mill-operaturi biex juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li joperaw abbażi ta’ regoli u proċeduri affidabbli u trasparenti u jenħtieġ li jiżguraw l-akkuratezza, l-affidabbiltà, l-integrità u n-nonripudju tal-oriġini, u l-protezzjoni kontra l-frodi tal-informazzjoni u tad-data sottomessa mill-operaturi. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll il-kontabbiltà korretta tal-unitajiet ivverifikati tal-assorbiment tal-karbonju , b’mod partikolari billi jiġi evitat għadd doppju. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni, inklużi standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza, kontabilità u awditjar indipendenti li għandhom jiġu applikati minn skemi ta’ ċertifikazzjoni, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali meħtieġa fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-operaturi u għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ ċertifikazzjoni kosteffettiv, dawk ir-regoli tekniċi armonizzati dwar iċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jkollhom ukoll l-objettiv li jnaqqsu l-piż amministrattiv mhux meħtieġ għall-operaturi, jew grupp ta’ operaturi, b’mod partikolari għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs), inklużi l-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira u l-forestiera.

(23)

L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jintużaw mill-operaturi biex juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li joperaw abbażi ta’ regoli u proċeduri affidabbli u trasparenti u jenħtieġ li jiżguraw l-akkuratezza, l-affidabbiltà, l-integrità u n-nonripudju tal-oriġini, u l-protezzjoni kontra l-frodi tal-informazzjoni u tad-data sottomessa mill-operaturi. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll il-kontabbiltà korretta tal-unitajiet ivverifikati ġġenerati minn attività ċċertifikata , b’mod partikolari billi jiġi evitat għadd doppju. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni, inklużi standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza, kontabbiltà u awditjar indipendenti li għandhom jiġu applikati minn skemi ta’ ċertifikazzjoni, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali meħtieġa fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-operaturi u għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ ċertifikazzjoni kosteffettiv, dawk ir-regoli tekniċi armonizzati dwar iċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jkollhom ukoll l-objettiv li jnaqqsu l-piż amministrattiv mhux meħtieġ għall-operaturi, jew grupp ta’ operaturi, b’mod partikolari għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs), inklużi l-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira u l-forestiera.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Sabiex jiġi żgurat kontroll affidabbli u armonizzat taċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta deċiżjonijiet li jirrikonoxxu skemi ta’ ċertifikazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-kompetenza teknika, l-affidabbiltà, it-trasparenza u l-awditjar indipendenti. Tali deċiżjonijiet ta’ rikonoxximent jenħtieġ li jkunu limitati fiż-żmien. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontenut u l-proċessi tar-rikonoxximent tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni mill-Unjoni.

(24)

Sabiex jiġi żgurat kontroll affidabbli u armonizzat taċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta deċiżjonijiet li jirrikonoxxu skemi ta’ ċertifikazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-kompetenza teknika, l-affidabbiltà, it-trasparenza u l-awditjar indipendenti. Tali deċiżjonijiet ta’ rikonoxximent jenħtieġ li jkunu limitati fiż-żmien u jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku . Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontenut u l-proċessi tar-rikonoxximent tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni mill-Unjoni.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jistabbilixxu u jżommu reġistri pubbliċi interoperabbli sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u t-traċċabbiltà sħiħa taċ-ċertifikati tal-assorbiment tal-karbonju , u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ frodi u ta’ għadd doppju. Il-frodi tista’ sseħħ jekk jinħareġ aktar minn ċertifikat wieħed għall-istess attività tal-assorbiment tal-karbonju minħabba li l-attività tkun ġiet irreġistrata taħt żewġ skemi ta’ ċertifikazzjoni differenti jew tkun ġiet irreġistrata darbtejn taħt l-istess skema. Il-frodi tista’ sseħħ ukoll meta l-istess ċertifikat jintuża diversi drabi biex issir l-istess asserzjoni bbażata fuq attività tal-assorbiment tal-karbonju jew unità tal-assorbiment tal-karbonju . Ir-reġistri jenħtieġ li jaħżnu d-dokumenti li jirriżultaw mill-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju , inklużi s-sommarji tal-awditi ta’ ċertifikazzjoni u r-rapporti tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, iċ-ċertifikati u ċ-ċertifikati aġġornati, u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku f’forma elettronika . Ir-reġistri jenħtieġ li jirreġistraw ukoll l-unitajiet iċċertifikati tal-assorbiment tal-karbonju li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità tal-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta regoli ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu standards u regoli tekniċi dwar il-funzjonament u l-interoperabbiltà ta’ dawk ir-reġistri .

(26)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi u żżomm reġistru pubbliku u interoperabbli tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati t-trasparenza , l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà sħiħa taċ-ċertifikati, u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ frodi u ta’ għadd doppju. Il-frodi tista’ sseħħ jekk jinħareġ aktar minn ċertifikat wieħed għall-istess attività minħabba li l-attività tkun ġiet irreġistrata taħt żewġ skemi ta’ ċertifikazzjoni differenti jew tkun ġiet irreġistrata darbtejn taħt l-istess skema. Il-frodi tista’ sseħħ ukoll meta l-istess ċertifikat jintuża diversi drabi biex issir l-istess asserzjoni bbażata fuq attività jew unità. In-navigazzjoni u t-tiftix tal-informazzjoni kollha fir-reġistru tal-Unjoni jenħtieġ li jsiru b’mod sempliċi. Jenħtieġ li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinħażen u ssir disponibbli għall-pubbliku f’forma elettronika fir-reġistru tal-Unjoni. Tali informazzjoni jenħtieġ li tinkludi d-dokumenti li jirriżultaw mill-proċess ta’ ċertifikazzjoni, inklużi l-awditi ta’ ċertifikazzjoni u r-rapporti tal-awditjar ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, iċ-ċertifikati u ċ-ċertifikati aġġornati u l-informazzjoni inkluża fihom , l-istatus attwali tal-unità ċċertifikata, pereżempju jekk tkunx attiva, irtirata/fl-użu jew skaduta, ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet u , jekk ikun il-każ, id-detentur attwali u l-iskop li għalih jiddetjeni ċ-ċertifikat kif ukoll il-prezz li ħallas lill-operatur . Qabel l-istabbiliment tar-reġistru pubbliku tal-Unjoni, l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti mill-Kummissjoni jenħtieġ li jżommu u jaħżnu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinħażen u ssir disponibbli għall-pubbliku aktar tard fir-reġistru tal-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-istruttura, il-format u d-dettalji tekniċi tar-reġistru tal-Unjoni u r-regoli u l-proċeduri biex l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jfornu informazzjoni lir-reġistru tal-Unjoni .

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom rwol importanti biex jipprovdu evidenza ta’ konformità mal-kriterji ta’ kwalità għall-assorbimenti tal-karbonju. Għalhekk, huwa xieraq li l-Kummissjoni tirrikjedi li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jirrapportaw regolarment dwar l-attività tagħhom. Tali rapporti jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-pubbliku, bis-sħiħ jew fejn xieraq f’format aggregat , sabiex tiżdied it-trasparenza u tittejjeb is-superviżjoni mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, tali rappurtar ikun jipprovdi l-informazzjoni neċessarja sabiex il-Kummissjoni tirrapporta dwar t-tħaddim tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati l-aħjar prattiki u biex tiġi ppreżentata proposta, jekk ikun adatt, sabiex tali prattiki tajbin jiġu promossi ulterjorment. Sabiex jiġi żgurat rapportar komparabbli u konsistenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tekniċi dwar il-kontenut u l-format tar-rapporti mfassla mill-iskemi ta’ ċertifikazzjoni.

(27)

L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom rwol importanti biex jipprovdu evidenza ta’ konformità mal-kriterji ta’ kwalità għall-assorbimenti tal-karbonju. Għalhekk, huwa xieraq li l-Kummissjoni tirrikjedi li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jirrapportaw regolarment dwar l-attività tagħhom. Tali rapporti jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-pubbliku, bis-sħiħ jew , meta jkun neċessarju biex tinżamm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti, eskluża dik l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva , sabiex tiżdied it-trasparenza pubblika, il-fiduċja, it-traċċabbiltà u l-iskrutinju, u biex tittejjeb is-superviżjoni mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, tali rappurtar ikun jipprovdi l-informazzjoni neċessarja sabiex il-Kummissjoni tirrapporta dwar t-tħaddim tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati l-aħjar prattiki u biex tiġi ppreżentata proposta, jekk ikun adatt, sabiex tali prattiki tajbin jiġu promossi ulterjorment. Sabiex jiġi żgurat rapportar komparabbli u konsistenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tekniċi dwar il-kontenut u l-format tar-rapporti mfassla mill-iskemi ta’ ċertifikazzjoni.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu japplikaw il-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dan ir-Regolament b’mod standardizzat u kosteffettiv, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ attivitajiet differenti ta’ assorbiment tal-karbonju, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu  290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni dettaljati għal tipi differenti ta’ attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju . Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ temenda wkoll l-Anness II li jelenka l-informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 201634 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(28)

Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu japplikaw il-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dan ir-Regolament b’mod standardizzat u kosteffettiv, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ attivitajiet differenti , jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu  290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni dettaljati għal tipi differenti ta’ attivitajiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ temenda wkoll l-Anness II li jelenka l-informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti u permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi għall-abbozzi kollha ta’ atti delegati għal perjodu ta’ tal-anqas erba’ ġimgħat , u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 34 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u sussegwentement mhux aktar tard minn 6 xhur wara r-rendikont globali miftiehem skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi. Dawk ir-rieżamijiet jenħtieġ li jqisu l-iżviluppi rilevanti li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-progress teknoloġiku u xjentifiku, l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-assorbimenti tal-karbonju u s-sigurtà alimentari inklużi d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-ikel, u jenħtieġ li jiġu informati bir-riżultati tar-rendikont globali tal-Ftehim ta’ Pariġi.

(30)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u sussegwentement mhux aktar tard minn 6 xhur wara r-rendikont globali miftiehem skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi. Dawk ir-rieżamijiet jenħtieġ li jqisu l-iżviluppi rilevanti li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-progress teknoloġiku u xjentifiku, l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-assorbimenti tal-karbonju , tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, u s-sigurtà alimentari inklużi d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ekonomika tal-ikel, u jenħtieġ li jiġu informati bir-riżultati tar-rendikont globali tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

L-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi promoss l-użu ta’ assorbimenti tal-karbonju ta’ kwalità għolja filwaqt li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ greenwashing, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, dawk l-objettivi jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità , kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

(31)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi promoss l-użu ta’ assorbimenti tal-karbonju u ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola ta’ kwalità għolja filwaqt li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ greenwashing, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, dawk l-objettivi jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità , kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jiffaċilita l-użu tal-assorbimenti tal-karbonju minn operaturi jew gruppi ta’ operaturi. Għal dak il-għan, dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas volontarju tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju billi jistabbilixxi:

1.   L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jiffaċilita u jinkoraġġixxi l-użu u t-titjib tal-assorbimenti tal-karbonju, tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u l-ħżin tal-karbonju fil-prodotti minn operaturi jew gruppi ta’ operaturi bħala komplement tat-tnaqqis irreversibbli u gradwali tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra fis-setturi kollha bil-għan li jintlaħqu l-objettivi u l-miri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 u l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi . Għal dak il-għan, dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas volontarju tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju u tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti billi jistabbilixxi:

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

kriterji tal-kwalità għall-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju li jseħħu fl-Unjoni;

(a)

kriterji tal-kwalità għall-attivitajiet li jseħħu fl-Unjoni;

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

regoli għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju ;

(b)

regoli għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tal-attivitajiet ;

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

regoli dwar il-ħruġ u l-użu ta’ unitajiet iċċertifikati.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Dan il-qafas volontarju tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju ma japplikax għall-emissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, bl-eċċezzjoni tal-ħżin tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju minn bijomassa sostenibbli li jkunu ugwali għal żero skont l-Anness IV tagħha .

2.   Dan il-qafas volontarju tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju , tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti ma japplikax għall-emissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, bl-eċċezzjoni tal-ħżin tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju minn bijomassa sostenibbli li jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u jkunu ugwali għal żero skont l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE .

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Meta bejn l-Unjoni u pajjiż terz ikun ġie konkluż ftehim ġuridikament vinkolanti dwar l-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku maqbud fl-Unjoni iżda ġeoloġikament maħżun f’Membru taż-ŻEE, jew f’pajjiż konfinanti mal-Unjoni, u il-Membru taż-ŻEE jew dak il-pajjiż japplika l-istess rekwiżiti ġuridiċi bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2009/31/KE, dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk l-emissjonijiet maqbuda.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

“assorbiment tal-karbonju” tfisser jew il-ħżin ta’ karbonju atmosferiku jew bijoġeniku f’raggruppamenti tal-karbonju ġeoloġiku , f’raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku, fi prodotti u f’materjali dejjiema, u fl-ambjent tal-baħar, jew it-tnaqqis tar-rilaxx tal-karbonju minn raggruppament tal-karbonju bijoġeniku fl-atmosfera ;

(a)

“assorbiment tal-karbonju” tfisser il-ħżin permanenti ta’ karbonju atmosferiku jew bijoġeniku għal diversi sekli , li ma jkunx kombinat mal-irkupru assistit tal-idrokarburi;

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

“tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola” tfisser attività li tikkonsisti fi prattika/i jew proċess(i) tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola li jwettaq operatur li tirriżulta fit-tnaqqis tar-rilaxx tal-karbonju minn raggruppament tal-karbonju bijoġeniku, fit-tnaqqis tar-rilaxx tal-ossidu nitruż mill-ħamrija agrikola jew mill-ġestjoni tad-demel, jew fit-tnaqqis tar-rilaxx tal-metan mill-fermentazzjoni enterika jew mill-ġestjoni tad-demel fl-atmosfera permezz ta’ attività ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola;

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

“attività tal-assorbiment tal-karbonju” tfisser prattika jew proċess wieħed jew aktar li jitwettaq minn operatur li jirriżulta fi ħżin permanenti tal-karbonju, li jtejjeb il-qbid tal-karbonju f’raggruppament tal-karbonju bijoġeniku, u b’hekk inaqqas ir-rilaxx tal-karbonju minn raggruppament tal-karbonju bijoġeniku fl-atmosfera, jew il-ħżin ta’ karbonju atmosferiku jew bijoġeniku fi prodotti jew materjali fit-tul ;

imħassar

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

“raggruppament tal-karbonju bijoġeniku” tfisser bijomassa tal-wiċċ , bijomassa taħt l-art , skart , injam mejjet u karbonju organiku fil-ħamrija kif stabbilit fil-punti (a) sa ( e ) tal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament 2018/841;

(c)

“raggruppament tal-karbonju bijoġeniku” tfisser il-bijomassa ħajja , il-mifrex, l-injam mejjet , il-materja organika mejta , il-ħamrija minerali u l-ħamrija organika kif stabbiliti fil-punti (a) sa ( f ) tal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament 2018/841;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li topera jew li tikkontrolla attività tal-assorbiment tal-karbonju , jew li lilha tkun ġiet delegata setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku tal-attività;

(d)

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li topera jew li tikkontrolla attività , inklużi l-entitajiet pubbliċi u l-awtoritajiet pubbliċi , jew li lilha tkun ġiet delegata setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku tal-attività; fil-każ tal-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, operatur huwa bidwi kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew sid ta’ foresta jew forestier kif definit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jew entità pubblika jew awtorità pubblika;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

“grupp ta’ operaturi” tfisser entità ġuridika li tirrappreżenta aktar minn operatur wieħed u li hija responsabbli għall-iżgurar li dawk l-operaturi jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament;

(e)

“grupp ta’ operaturi” tfisser entità ġuridika li tirrappreżenta aktar minn operatur wieħed u li hija responsabbli għall-iżgurar li dawk l-operaturi jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament; fil-każ tal-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, “grupp ta’ operaturi” tfisser kooperattiva jew entità ġuridika li tirrappreżenta aktar minn bidwi, sid ta’ foresti jew forestier wieħed, jew entitajiet pubbliċi jew awtoritajiet pubbliċi, jew organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew gruppi ta’ produtturi;

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

“perjodu ta’ monitoraġġ” tfisser perjodu, li d-durata tiegħu tiġi ddeterminata f’konformità mat-tip ta’ attività tal-assorbiment tal-karbonju , li matulu l-ħżin tal-karbonju jiġi mmonitorjat mill-operatur;

(f)

“perjodu ta’ monitoraġġ” tfisser perjodu, li d-durata tiegħu tiġi ddeterminata għal kull tip ta’ attività f’konformità mal-Artikolu 6 , li matulu l-ħżin tal-karbonju jiġi mmonitorjat mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi u li matulu l-operatur jibqa’ responsabbli ;

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

“ħżin permanenti tal-karbonju” tfisser attività tal-assorbiment tal-karbonju li, f’ċirkostanzi normali u permezz ta’ prattiki ta’ ġestjoni xierqa, taħżen karbonju atmosferiku jew bijoġeniku għal diversi sekli , inkluża l-bijoenerġija bil-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-qbid u l-ħżin tal-karbonju dirett mill-arja ;

(g)

“ħżin permanenti tal-karbonju” tfisser attività li tikkonsisti fi prattika/i jew proċess(i) li jwettaq operatur li, f’ċirkostanzi normali u permezz ta’ prattiki ta’ ġestjoni xierqa, taħżen karbonju atmosferiku jew bijoġeniku għal diversi sekli permezz tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 jew tal-mineralizzazzjoni tal-karbonju marbut b’mod permanenti ;

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

“sekwestru tal-karbonju f’art agrikola” tfisser attività tal-assorbiment tal-karbonju relatata mal-ġestjoni tal-art li tirriżulta fiż-żieda tal-ħżin tal-karbonju fil-bijomassa ħajja, fil-materja organika mejta u fil-ħamrija billi jittejjeb il-qbid tal-karbonju u/jew jitnaqqas ir-rilaxx tal-karbonju fl-atmosfera ;

(h)

“sekwestru tal-karbonju f’art agrikola” tfisser attività relatata mal-ġestjoni tal-art , mal-ġestjoni tal-kosti jew mat-trobbija tal-annimali li tirriżulta fil-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jew fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola għal perjodu ta’ tal-anqas ħames snin ;

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

“ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola” tfisser attività relatata mal-ġestjoni tal-art fis-sottokatergoriji tas-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija koperti mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/841, kif emendat bir-Regolament (UE) 2023/839, jew relatata mal-ġestjoni tal-kosti, li tikkonsisti fi prattika/i jew proċess(i) tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola li jwettaq operatur li jirriżultaw f’żieda tal-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku maħżun f’raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku billi jittejjeb il-qbid tal-karbonju, kif definit għal kull attività fil-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni;

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

“ħżin tal-karbonju fil-prodotti” tfisser attività tal-assorbiment tal-karbonju li taħżen karbonju atmosferiku u bijoġeniku fi prodotti jew materjali fit-tul;

(i)

“ħżin tal-karbonju fil-prodotti” tfisser attività li tikkonsisti fi prattika/i jew proċess(i) li jwettaq operatur li tiżgura l-ħżin fit-terminu twil tal-karbonju atmosferiku u bijoġeniku fi prodotti jew f’materjali tal-injam maħsud fit-tul użati fil-kostruzzjoni għal tal-anqas ħames deċennji b’tali mod li jkun konsistenti mal-objettivi ambjentali l-oħra tal-Unjoni, kif ukoll mar-Regolament (UE) 2018/841 u mal-mal-linji gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi ;

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

“ħżin ġeoloġiku ta’ CO2” tfisser il-ħżin ġeoloġiku ta’ CO2 kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/31/KE;

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt n

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)

“ċertifikat” tfisser dikjarazzjoni ta’ konformità maħruġa mill-korp ta’ ċertifikazzjoni li tiċċertifika li l-attività tal-assorbiment tal-karbonju tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(n)

“ċertifikat” tfisser dikjarazzjoni ta’ konformità maħruġa mill-korp ta’ ċertifikazzjoni li tiċċertifika li l-attività tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)

“unità tal-assorbiment tal-karbonju” tfisser tunnellata ta’ benefiċċju iċċertifikat tal-assorbiment nett tal-karbonju ġġenerat minn attività tal-assorbiment tal-karbonju u rreġistrat minn skema ta’ ċertifikazzjoni.

(o)

“unità tal-assorbiment tal-karbonju” tfisser tunnellata ta’ benefiċċju iċċertifikat tal-assorbiment nett tal-karbonju ġġenerat minn assorbimenti tal-karbonju u rreġistrat minn skema ta’ ċertifikazzjoni.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt oa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(oa)

“treġġigħ lura” tfisser ir-rilaxx volontarju jew involontarju tal-karbonju lura fl-atmosfera; fil-każ ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2, “treġġigħ lura” għandha l-istess tifsira bħal tnixxija kif definita fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/31/KE jew matul it-trasport tas-CO2;

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ob (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ob)

“unità tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola” tfisser tunnellata ta’ benefiċċju tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola nett, iċċertifikat li ġie ġġenerat mill-ħżin fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola;

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt oc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(oc)

“unità tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti” tfisser tunnellata ta’ benefiċċju tas-sekwestru tal-karbonju fil-prodotti nett iċċertifikat li ġie ġġenerat mill-ħżin tal-karbonju fil-prodotti u rreġistrat minn skema ta’ ċertifikazzjoni.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt od (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(od)

“unità tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola” tfisser tunnellata ta’ benefiċċju tat-tnaqqis nett iċċertifikat tal-karbonju mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, tat-tnaqqis nett tan-nitroġenu mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jew tat-tnaqqis nett tal-metan mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola ġġenerat mit-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u rreġistrat minn skema ta’ ċertifikazzjoni, u separat u identifikat jew bħala “unità tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola - karbonju”, “unità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola - nitroġenu”, jew “unità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola - metan”;

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-assorbimenti tal-karbonju għandhom ikunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skont dan ir-Regolament meta jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

L-assorbimenti tal-karbonju , is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jew il-ħżin tal-karbonju fil-prodotti għandhom ikunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skont dan ir-Regolament meta jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jiġu ġġenerati minn attività tal-assorbiment tal-karbonju li tikkonforma mal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 7;

(a)

ikunu konformi mal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 7;

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

ikunu konformi mar-regoli dwar l-użu tal-unitajiet stabbiliti fl-Artikolu 3a;

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Regoli dwar il-ħruġ u l-użu ta’ unitajiet

 

1.     L-unitajiet tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għandhom jinħarġu sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, dment li kontroll annwali tal-monitoraġġ ma jirreġistra l-ebda nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u ma jirreġistrax treġġigħ lura. Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun responsabbli għall-verifika annwali tal-monitoraġġ ibbażata fuq data empirika affidabbli, li tista’ tiġi pprovduta minn persuna ġuridika jew awtorità rilevanti, bħall-aġenzija tal-pagamenti, bl-għajnuna tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’ prevista fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Il-kontroll annwali tal-monitoraġġ għandu jitwettaq sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jittrażmetti d-data dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità jew treġġigħ lura għall-iskema ta’ ċertifikazzjoni fi żmien xahar mill-kontroll tal-monitoraġġ.

 

2.     Kwalunkwe użu ta’ unitajiet għandu jiżgura l-ogħla integrità fir-rigward tal-mitigazzjoni tal-klima, u għandu iwassal għal konċentrazzjoni totali aktar baxxa tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-atmosfera. L-assorbimenti, is-sekwestru u t-tnaqqis tal-emissjonijiet kollha ġġenerati skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs) u l-miri u l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 u ma għandhomx jikkontribwixxu għall-NDC ta’ pajjiż terz.

 

3.     Unità ċertifikata fl-ebda mument ma għandha tintuża jew tiġi asserita minn aktar minn persuna ġuridika jew fiżika waħda, u fl-ebda mument ma għandha tingħadd f’aktar minn inventarju tal-gassijiet serra wieħed ta’ Stat Membru;

 

4.     L-unitajiet tal-assorbiment tal-karbonju, l-unitajiet tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-unitajiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u l-unità tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti għandhom jibqgħu distinti minn xulxin.

 

5.     L-użu minn impriża ta’ unitajiet iċċertifikati skont dan ir-Regolament għal aaserzjoni ta’ kumpens volontarju, tpaċija jew tnaqqis fir-rapportar tal-inventarju korporattiv tal-gassijiet serra tagħha għandu jkun soġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti għall-użu ta’ unitajiet għal prattiki kummerċjali korporattivi min-negozju għall-konsumatur fid-Direttiva 2005/29/KE kif emendata bid-Direttiva (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika]. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi id-dettalji ta’ dan il-paragrafu.

 

6.     F’konformità mal-klawżola ta’ reviżjoni stabbilita fl-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, sal-31 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva u valutazzjoni tal-impatt, dwar kif l-emissjonijiet negattivi li jirriżultaw mill-gassijiet serra li jitneħħew mill-atmosfera u jinħażnu b’mod sikur u permanenti jistgħu jitqiesu u kif dawk l-emissjonijiet negattivi jistgħu jiġu koperti bl-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, jekk ikun xieraq, inkluż kamp ta’ applikazzjoni ċar u kriterji stretti għal tali kopertura, u salvagwardji biex jiġi żgurat li tali assorbimenti ma jikkumpensawx it-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet f’konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju = CRlinja bażi – CRtotal – GHGżieda > 0

Benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju = CRlinja bażi – CRtotal – GHGassoċjati > 0

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

GHGżieda hija ż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra , minbarra dawk minn raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku fil-każ ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, li huma dovuti għall-implimentazzjoni tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju.

(c)

Il-GHGassoċjati hija ż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti tal-gassijiet serra, matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-attività li huma dovuti għall-implimentazzjoni tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju, ikkalkulata f’konformità mal-protokolli stabbiliti fil-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, emissjonijiet minħabba l-użu tal-enerġija, it-trasport, l-inputs materjali, l-effetti ta’ spostament minħabba domanda kompetittiva għall-enerġija jew għas-sħana mormija, u t-tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art, u jkopri kemm l-impatti fl-Unjoni kif ukoll barra minnha. Iċ-ċertifikazzjoni ta’ attività tal-assorbiment tal-karbonju bbażata fuq il-ħżin tas-CO2 minn bijomassa sostenibbli ma għandhiex twassal għal żieda fil-kapaċità tal-impjant lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Fil-każ ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola , CRlinja bażi u CRtotal għandhom jinftiehmu bħala assorbimenti netti ta’ gassijiet serra jew emissjonijiet f’konformità mar-regoli kontabilistiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/841.

2.    Attività ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola għandha tipprovdi benefiċċji netti , li għandhom jiġu kkwantifikati permezz tal-formula li ġejja:

 

Benefiċċju nett tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola = (CSlinja bażi – CStotal) – GHGassoċjati > 0, fejn:

 

(a)

CSlinja bażi hija s-sekwestru tal-karbonju taħt il-linja bażi,

 

(b)

CStotal hija s-sekwestru totali tal-karbonju tal-attività ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola,

 

(c)

GHGassoċjati hija l-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra, matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-attività, li huma dovuti għall-implimentazzjoni tal-attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, emissjonijiet minħabba l-użu tal-enerġija, it-trasport, l-inputs materjali, u t-tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art, u jkopri kemm l-impatti fl-Unjoni kif ukoll barra minnha.

 

Benefiċċju nett tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola = (RClinja bażi – Rctotaltotal – GHGassoċjati) > 0

 

Benefiċċju nett att-tnaqqis tan-nitroġenu mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola = (N2Olinja bażi — N2Ototal - GHGassoċjati) > 0

 

Benefiċċju nett tat-tnaqqis tal-metan mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola = (Ch4linja bażi - CH4total– GHGassoċjati) > 0

 

fejn:

 

(a)

RClinja bażi hija s-sekwestru tal-karbonju taħt il-linja bażi;

 

(b)

RCtotal hija t-tnaqqis tatali tal-emissjonijiet ta’ karbonju miksuba permezz tal-implimentazzjoni tal-attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola;

 

(c)

GHGassoċjati hija l-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra, matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-attività, li huma dovuti għall-implimentazzjoni tal-attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, emissjonijiet minħabba l-użu tal-enerġija, it-trasport, l-inputs materjali, u t-tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art, u jkopri kemm l-impatti fl-Unjoni kif ukoll barra minnha;

 

(d)

N2Olinja bażi hija l-emissjonijiet ta’ N2O taħt il-linja bażi minħabba l-użu ta’ fertilizzant jew demel;

 

(e)

N2O huwa t-tnaqqis totali fl-emissjonijiet ta’ N2O minħabba l-użu ta’ fertilizzant jew il-ġestjoni tad-demel attribwibbli direttament għall-attività;

 

(f)

Ch4linja bażi hija l-emissjonijiet ta’ CH4 taħt il-linja bażi minħabba l-fermentazzjoni enterika jew il-ġestjoni tad-demel;

 

(g)

CH4total hija t-tnaqqis totali fl-emissjonijiet ta’ CH4 minħabba l-fermentazzjoni enterika jew il-ġestjoni tad-demel attribwibbli direttament għall-attività;

 

Meta l-attività tiġġenera kemm il-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u t-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 12 għandu jiżgura li ssir distinzjoni bejn l-unitajiet tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u l-unitajiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola.

 

Fil-każ tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-portata tal-kwantitajiet imsemmija fis-CSlinja bażi u fis-CStotal tikkorrispondi għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra inklużi fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2018/841, u l-portata tal-kwantitajiet imsemmija fl-RClinja bażi u fl-RCtotal tikkorrispondi għall-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra mir-raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku kif stabbilit fil-punti (e) sa (f) tat-Taqsima B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/841.

 

Il-portata tal-kwantitajiet imsemmija f’N2Olinja bażi u N2Ototal tikkorrispondi għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kategoriji tas-sorsi tal-IPCC 4B 10 – 12 (ġestjoni tad-demel) u 4D (ħamrija agrikola).

 

Il-portata tal-kwantitajiet imsemmija fis-CH4linja bażi u fis-CH4total tikkorrispondi għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kategoriji tas-sorsi tal-IPCC 4A (fermentazzjoni enterika) u 4B 1 - 9 (ġestjoni tad-demel).

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Attività ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti għandha tipprovdi benefiċċju ta’ ħżin nett tal-karbonju fil-prodotti, li għandu jiġi kkwantifikat permezz tal-formula li ġejja:

 

Benefiċċju tas-sekwestru nett tal-karbonju fil-prodotti = CPSlinja bażi – CPStotal – GHGassoċjati > 0

 

(a)

CPSlinja bażi hija l-karbonju sekwestrat f’prodott taħt il-linja bażi;

 

(b)

CPStotal hija l-karbonju sekwestrat totali fil-prodott tal-attività;

 

(c)

GHGassoċjati hija ż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra, matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-attività, li huma dovuti għall-implimentazzjoni tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, emissjonijiet minħabba l-użu tal-enerġija, it-trasport, l-inputs materjali, l-effetti ta’ spostament minħabba domanda kompetittiva għall-enerġija jew għas-sħana mormija, u t-tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art, u jkopri kemm l-impatti fl-Unjoni kif ukoll barra minnha.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c), għandhom jiġu indikati b’sinjal negattiv (-) jekk ikunu assorbimenti netti ta’ gassijiet serra u b’sinjal pożittiv (+) jekk ikunu emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra; dawn għandhom jiġu espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju.

3.   Il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c), fil-paragrafu 2(a), (b), (c), (d), (e), (f) and (g) u fil-paragrafu 2a(a), (b), (c), għandhom jiġu indikati b’sinjal negattiv (-) jekk ikunu assorbimenti netti ta’ gassijiet serra , jew fil-każ ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, tnaqqis nett ta’ gassijiet serra, u b’sinjal pożittiv (+) jekk ikunu emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra; dawn għandhom jiġu espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-assorbimenti tal-karbonju għandhom jiġu kkwantifikati b’mod rilevanti, akkurat, komplut, konsistenti, komparabbli u trasparenti.

4.   L-assorbimenti tal-karbonju u s-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u l-ħżin tal-karbonju fil-prodotti għandhom jiġu kkwantifikati b’mod rilevanti, akkurat, komplut, konsistenti, komparabbli u trasparenti. L-inċertezzi fil-kwantifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju għandhom jiġu rrapportati u jitqiesu kif xieraq fl-ambitu tal-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni, b’tali mod li jkun prudenti, proporzjonat għall-grad ta’ inċertezza, u skont l-approċċi statistiċi rikonoxxuti u l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-linja bażi għandha tikkorrispondi għall-prestazzjoni standard tal-assorbiment tal-karbonju ta’ attivitajiet komparabbli f’ċirkostanzi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u teknoloġiċi simili u tqis il-kuntest ġeografiku.

5.    Fil-każ ta’ assorbimenti tal-karbonju jew ħżin tal-karbonju, il-linja bażi standardizzata għandha tkun rappreżentattiva tal-prestazzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tal-prattiki attwali komuni ta’ attivitajiet komparabbli f’ċirkostanzi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u teknoloġiċi simili u tqis il-kuntest ġeografiku.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Fil-każ ta’ sekwestru ta’ karbonju f’art agrikola, il-linja bażi standardizzata għandha tkun rappreżentattiva tal-prestazzjoni tal-prattiki attwali komuni ta’ attivitajiet komparabbli f’ċirkostanzi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u teknoloġiċi simili u tqis il-kuntest ġeografiku.. Fil-każ ta’ ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-kalkolu tal-linja bażi standardizzata ma għandux iqis dawk il-prattiki attwali komuni ta’ attivitajiet komparabbli ta’ ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola li jirriżultaw f’emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra. Fil-każ tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-kalkolu tal-linja bażi standardizzata ma għandux iqis dawk il-prattiki attwali komuni ta’ attivitajiet komparabbli ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola li jirriżultaw f’żieda fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra. Meta meħtieġ il-metodoloġiji rispettivi għandhom jiddistingwu bejn linji bażi statiċi jew dinamiċi.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   B’deroga mill-paragrafu 5, fejn ikun debitament ġustifikat, il-linja bażi tista’ tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni individwali tal-assorbiment tal-karbonju ta’ dik l-attività.

6.   B’deroga mill-paragrafu 5, fejn ikun debitament ġustifikat fil-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni applikabbli min-nuqqas ta’ attivitajiet komparabbli suffiċjenti biex tkun tista’ tiġi stabbilita linja bażi rappreżentattiva , il-linja bażi tista’ tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni individwali ta’ dik l-attività fil-bidu ta’ dik l-attività.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Il-linja bażi għandha tiġi aġġornata perjodikament .

7.   Il-linja bażi għandha tiġi rieżaminata u aġġornata regolarment mill-Kummissjoni mill-inqas kull ħames snin. Il-linja bażi għandha tibqa’ kostanti għall-operatur matul il-perjodu ta’ monitoraġġ ladarba tkun bdiet attività, iżda għandha tiġi rieżaminata u aġġornata maċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid .

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.     Il-kwantifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju għandha tqis l-inċertezzi f’konformità mal-approċċi statistiċi rikonoxxuti.

imħassar

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.   Sabiex tiġi appoġġata l-kwantifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju ġġenerati mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi għandu jiġbor data dwar l-assorbimenti tal-karbonju u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mod kompatibbli mal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra skont ir-Regolament (UE) 2018/841 u l-Parti 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999.

9.   Sabiex tiġi appoġġata l-kwantifikazzjoni tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi għandu jiġbor data dwar is-sekwestru tal-karbonju u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra abbażi tal-użu ta’ metodoloġiji tal-livell 3 f’konformità mal-linji gwida tal-IPCC tal-2006 għall-inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra , u b’mod kompatibbli mal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra skont ir-Regolament (UE) 2018/841 u l-Parti 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 , filwaqt li jitqies l-objettiv li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi fuq skala żgħira f’konformità mal-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament .

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Attività tal-assorbiment tal-karbonju għandha tkun addizzjonali. Għal dak il-għan, l-attività tal-assorbiment tal-karbonju għandha tissodisfa ż-żewġ kriterji li ġejjin:

1.    Kull attività għandha tkun addizzjonali. Għal dak il-għan, l-attività għandha tissodisfa ż-żewġ kriterji li ġejjin:

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

tmur lil hinn mir-rekwiżiti statutorji tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

(a)

tmur lil hinn mir-rekwiżiti statutorji tal-Unjoni u dawk nazzjonali fil-livell tal-operatur individwali ;

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1– punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

isseħħ minħabba l-effett ta’ inċentiv taċ-ċertifikazzjoni.

(b)

l-effett ta’ inċentiv taċ-ċertifikazzjoni huwa meħtieġ biex l-attività ssir finanzjarjament attraenti .

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)   Meta l-linja bażi tkun stabbilita skont l-Artikolu 4(5), l-addizzjonalità kif imsemmija fil-paragrafu 1 titqies li tkun ġiet osservata. Meta l-linja bażi tiġi stabbilita skont l-Artikolu 4(6), l-addizzjonalità kif imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b), għandha tintwera permezz ta’ testijiet speċifiċi.

(2)   Meta l-linja bażi tkun stabbilita skont l-Artikolu 4(5) jew (5a) , l-addizzjonalità kif imsemmija fil-paragrafu 1 (a) titqies li tkun ġiet osservata. Meta l-linja bażi tiġi stabbilita skont l-Artikolu 4(6), l-addizzjonalità kif imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b), għandha tintwera permezz ta’ testijiet speċifiċi stabbiliti fl-ambitu tal-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 .

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħżin fit-tul

Rekwiżiti dwar it-tul ta’ żmien tal-ħżin, il-monitoraġġ u r-responsabbiltà

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Operatur jew grupp ta’ operaturi għandu juri li attività tal-assorbiment tal-karbonju għandha l-għan li tiżgura l-ħżin fit-tul tal-karbonju.

1.   Operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jiżgura u juri li attività tal-assorbiment tal-karbonju tirriżulta fil-ħżin permanenti tal-karbonju.

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jiżgura u juri li attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola tirriżulta fis-sekwestru fit0tul tal-karbonju, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew it-tnejn.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jiżgura u juri li l-attività tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti tirriżulta fil-ħżin fit-tul tal-karbonju.

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jikkonforma maż-żewġ kriterji li ġejjin:

2.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 , 1a u 1b , operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-paragrafu 2a sa 2e.

(a)

għandu jimmonitorja u jimmitiga kwalunkwe riskju ta’ rilaxx tal-karbonju maħżun li jseħħ matul il-perjodu ta’ monitoraġġ;

 

(b)

għandu jkun soġġett għal mekkaniżmi ta’ responsabbiltà xierqa sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe rilaxx tal-karbonju maħżun li jseħħ matul il-perjodu ta’ monitoraġġ.

 

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jimmonitorja u jimmitiga kwalunkwe riskju ta’ rilaxx tal-karbonju maħżun li jseħħ matul il-perjodu ta’ monitoraġġ, li għandu jiġi stabbilit kif ġej:

 

(a)

għal attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju, il-perjodu ta’ monitoraġġ u r-rekwiżiti għandhom ikunu konsistenti mal-Artikoli 13, 17 u 18 tad-Direttiva 2009/31/KE;

 

(b)

għal attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-perjodu ta’ monitoraġġ u r-rekwiżiti għandhom ikopru tal-inqas il-perjodu kollu li r-riżultati tal-attività huma previsti li jkomplu kif stabbilit fil-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni applikabbli.

 

(c)

għal attivitajiet ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti, il-perjodu ta’ monitoraġġ għandu jkopri l-ħajja kollha tal-prodott sa u inkluż it-tmiem tal-ħajja tal-prodott.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Operatur jew grupp ta’ operaturi tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jista’ jaħtar persuna ġuridika jew awtorità rilevanti, bħall-aġenzija tal-pagamenti skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/2116 fil-każ ta’ attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola rreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni għall-irqajja’ agrikoli, li tkun responsabbli għall-monitoraġġ, soġġett li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha skont dan ir-Regolament.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.     Operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jkun soġġett għal mekkaniżmi ta’ responsabbiltà xierqa u jaħtar persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex tkun responsabbli ħalli tindirizza kwalunkwe treġġigħ lura, anki minħabba forza maġġuri, fi kwalunkwe punt matul l-attività.

 

(a)

għal attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju, il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà għandu jkun konsistenti mal-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà msemmi fid-Direttiva 2009/31/KE;.

 

(b)

għal attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà għandu jiġi stabbilit u approvat fil-qafas tal-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni applikabbli u għandu jiżgura li jiġi ġġenerat sekwestru tal-karbonju ekwivalenti bħala kumpens għat-treġġigħ lura;

 

(c)

għal attivitajiet tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà għandu jiġi stabbilit u approvat fil-qafas tal-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni applikabbli u għandu jiżgura li jiġi ġġenerat ħżin tal-karbonju ekwivalenti bħala kumpens għat-treġġigħ lura.

 

L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jimmonitorjaw b’mod kostanti u jiżguraw id-disponibbiltà u t-tħejjija tal-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà matul il-perjodu ta’ monitoraġġ kollu ta’ attività.

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d.     F’każ ta’ treġġigħ lura, l-unitajiet korrispondenti għandhom jiġu sospiżi fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni fejn ikunu rreġistrati sakemm t-treġġigħ lura jkun ġie indirizzat mill-mekkaniżmu tar-responsabbiltà f’konformità mal-paragrafu 2c.

 

Meta treġġigħ lura ma jiġix indirizzat fi żmien raġonevoli permezz tal-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà f’konformità mal-paragrafu 2c, il-validità ta’ ċertifikat għandha tiskadi u l-unitajiet korrispondenti għandhom jiġu kkanċellati fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni fejn ikunu rreġistrati.

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2e.     Meta l-validità ta’ ċertifikat tkun skadiet f’konformità mal-paragrafu 2a(c), l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi għandu jħallas penali korrettiva li tirrifletti l-kost tal-karbonju tal-ammont ta’ karbonju rilaxxat fl-atmosfera. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-formula għall kalkolu tal-penali u l-arranġamenti għall-ħlas ta’ penali.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Għas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u għall-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, il-karbonju li jinħażen b’attività tal-assorbiment tal-karbonju għandu jitqies rilaxxat fl-atmosfera fi tmiem il-perjodu ta’ monitoraġġ.

3.   Għas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u għall-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, il-benefiċċju nett iġġenerat mill-attività matul il-ħajja kollha tal-attività għandu jitqies rilaxxat fl-atmosfera fi tmiem il-perjodu ta’ monitoraġġ jew, fil-każ li l-monitoraġġ ikun twaqqaf, qabel tmiem il-perjodu ta’ monitoraġġ, u l-unitajiet korrispondenti għandhom jiġu kkanċellati fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni fejn ikunu rreġistrati, sakemm l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi ma jwettqux ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-attività u juru l-kontinwazzjoni tal-attività u l-perjodu ta’ monitoraġġ . Madankollu, attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola ma għandhiex twassal għal bir ta’ karbonju mnaqqas, kif definit fir-Regolament (UE) 2018/841, meta mqabbel mal-linja bażi lil hinn mill-perjodu ta’ monitoraġġ;

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Attività tal-assorbiment tal-karbonju għandu jkollha impatt newtrali fuq jew tiġġenera kobenefiċċji għall-objettivi ta’ sostenibbiltà kollha li ġejjin:

1.   Attività tal-assorbiment tal-karbonju għandu jkollha tal-anqas impatt newtrali fuq kull objettiv ta’ sostenibblità, u tista’ tiġġenera kobenefiċċji għall-wieħed jew aktar objettivi ta’ sostenibbiltà kollha li ġejjin:

(a)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima lil hinn mill-benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(1);

(a)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima lil hinn mill-benefiċċju nett tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(1);

 

(aa)

l-evitar tar-riskju tat-tnixxija tal-karbonju f’pajjiżi terzi;

(b)

l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(b)

l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(c)

l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar;

(c)

l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar;

(d)

it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;

(d)

it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari , inkluż l-użu effiċjenti ta’ materjali b’bażi bijoloġika miksuba b’mod sostenibbli ;

(e)

il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;

(e)

il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;

(f)

il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi.

(f)

il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi.

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola għandha mill-inqas tiġġenera kobenefiċċji għall-objettiv ta’ sostenibbiltà msemmi fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, uli dak għandha mill-inqas ikollha impatt newtrali fuq kull wieħed mill-objettivi ta’ sostenibbiltà elenkati fil-punti (a) sa (ea) jew tista’ tiġġenera kobenefiċċji għal wieħed jew aktar mill-objettivi ta’ sostenibbiltà elenkati fil-punti (a) sa (ea) kif ġej:

 

(a)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima lil hinn mill-benefiċċju tas-sekwestru nett tal-karbonju f’art agrikola msemmi fl-Artikolu 4(1a);

 

(b)

l-adattament għat-tibdil fil-klima;

 

(c)

l-użu sostenibbli u l-protezzjoni jew it-titjib tal-kwalità tal-ilma u r-riżorsi tal-baħar;

 

(d)

it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż l-użu effiċjenti ta’ materjali b’bażi bijoloġika miksuba b’mod sostenibbli;

 

(e)

il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;

 

(ea)

il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija, ir-restawr tal-ħamrija, it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u tal-ġestjoni tan-nutrijenti u l-bijota tal-ħamrija;

 

(f)

il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Attività ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti għandu tal-anqas jkollha impatt newtrali fuq kull wieħed mill-objettivi ta’ sostenibbiltà kollha li ġejjin, u għandha tiġġenera kobenefiċċji għal dawn:

 

(a)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima lil hinn mill-benefiċċju tas-sekwestru nett tal-karbonju f’art agrikola msemmi fl-Artikolu 4(1a);

 

(b)

l-adattament għat-tibdil fil-klima;

 

(c)

l-użu sostenibbli u l-protezzjoni jew it-titjib tal-kwalità tal-ilma u r-riżorsi tal-baħar;

 

(d)

it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż l-użu effiċjenti ta’ materjali b’bażi bijoloġika miksuba b’mod sostenibbli;

 

(e)

il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;

 

(ea)

il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija, ir-restawr tal-ħamrija, it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u tal-ġestjoni tan-nutrijenti u l-bijota tal-ħamrija;

 

(f)

il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi.

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     L-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola ma għandhomx jolqtu b’mod negattiv is-sigurtà alimentari tal-Unjoni u ma għandhomx iwasslu għall-ħtif tal-art jew għall-ispekulazzjoni tal-art. Huma għandhom jirrispettaw id-drittijiet tal-komunitajiet lokali u tal-popolazzjonijiet indiġeni affettwati minn dawn l-attivitajiet, kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra minnha, u l-bilanċ bejn l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali fuq il-komunitajiet lokali u l-maniġers tal-art fuq skala żgħira.

 

Attività li tidħol fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv attivitajiet oħra fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, attività tal-assorbiment tal-karbonju għandha tikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà stabbiliti fil-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni, stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 8.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, 1a u 1c, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà għal kull tip ta’ attività fil-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni rilevanti, fil-qafas tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 8. Ir-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà għandhom iqisu l-impatti kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha u l-kundizzjonijiet lokali. Dawk ir-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà għandhom, fejn xieraq, ikunu konsistenti mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku għall-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal dak li jikkonċerna l-attivitajiet tal-forestrija u l-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art tas-CO2, stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139, u għandhom jippromwovu s-sostenibbiltà tal-materja prima li ġejja mill-bijomassa tal-foresti u tal-agrikoltura f’konformità mal-kriterjili dak tas-sostenibbiltà u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet GHG applikabbli għall-bijomassa stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta operatur jew grupp ta’ operaturi jirrapporta kobenefiċċji li jikkontribwixxu għall-objettivi tas-sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 lil hinn mir-rekwiżiti minimi tas-sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu 2, dan għandu jikkonforma mal-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8. Il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni għandhom jinċentivaw kemm jista’ jkun il-ġenerazzjoni ta’ kobenefiċċji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi tas-sostenibbiltà , b’mod partikolari għall-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1(f).

3.   Meta operatur jew grupp ta’ operaturi jirrapporta kobenefiċċji li jikkontribwixxu għall-objettivi tas-sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, 1a jew 1b lil hinn mir-rekwiżiti minimi tas-sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu 2, dan għandu jikkonforma mal-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8. Il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni għandhom jinċentivaw il-ġenerazzjoni ta’ kobenefiċċji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi tas-sostenibbiltà għall-objettivi msemmija fil-paragrafu 1a u għandhom jipprevedu l-possibbiltà li jiġi ġġenerat primjum tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola għal tali kobenefiċċji, li għal dan il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-metodoloġija permezz ta’ atti delegati sa... [jekk jogħġbok daħħal id-data – sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Iċ-ċertifikati għandhom jindikaw jekk attività għandhiex impatt newtrali jew tiġġenerax kobenefiċċji pożittivi għall-objettivi ta’ sostenibbiltà.

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex tistabbilixxi l-metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal attivitajiet relatati mal-ħżin permanenti tal-karbonju, mas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u mal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti. Dawk il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex tistabbilixxi l-metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal kull tip ta’ attività. Kull metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni għal kull tip ta’ attività għandha tkun soġġetta għal att delegat separat. Dawk il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness I. L-ewwel tali att delegat għandu jiġi adottat sa ... [jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.]

 

Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-iżvilupp ta’ metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni għal dawk it-tipi ta’ attivitajiet li jkunu l-aktar maturi, ikollhom il-potenzjal li jiġġeneraw l-akbar benefiċċji netti u l-potenzjal li jipprovdu l-akbar kobenefiċċji. Fil-każ tal-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, tali prijorità jenħtieġ li tqis ukoll il-fatt jekk l-attivitajiet jikkontribux għall-ġestjoni sostenibbli tal-art agrikola u tal-foresti.

 

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu riveduti perjodikament biex jinkludu attivitajiet ġodda jew innovattivi, imħejjin skont il-kriterji elenkati fil-paragrafi 2a u 3.

 

Il-metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni għall-attivitajiet relatati mal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti għandhom jiġu żviluppati biss wara r-rapport li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2018/841 u abbażi tiegħu.

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Qabel ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 8a fir-rigward tal-metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Għal kull abbozz ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, li għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika konklużiva u konsultazzjoni pubblika għal perjodu ta’ tal-inqas erba’ xhur, u r-riżultati finali tagħha għandhom jiġu ppubblikati meta jiġi adottat l-att delegat relatat.

 

Fi żmien 6 xhur mid-data [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-paragrafu 2 u wara li tikkonsulta mal-Pjattaforma, tippubblika gwida għall-operaturi jew gruppi ta’ operaturi potenzjali tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola dwar il-lista ta’ attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola li għandhom jingħataw prijorità fit-tħejjija tal-metodoloġiji. Dik il-lista tista’ tiġi riveduta u estiża perjodikament.

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-objettivi li tiġi żgurata r-robustezza tal-assorbimenti tal-karbonju u li jiġu rikonoxxuti l-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi;

(a)

l-objettivi li tiġi żgurata r-robustezza tal-attivitajiet u li jiġu rikonoxxuti l-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi;

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli u l-prinċipju ta’ prekawzjoni minqux fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

l-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika u l-parir tal-Pjattaforma;

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt ac (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)

l-istandards eżistenti u l-aħjar prattiki fil-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni, meta jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament;

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-objettiv li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi, b’mod partikolari għall-operaturi tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola fuq skala żgħira;

(b)

l-objettiv li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv u finanzjarju u li l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tinżamm kemm jista’ jkun sempliċi għall-operaturi, b’mod partikolari għall-operaturi tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola fuq skala żgħira u għall-impriżi żgħar u ta’ daqsx medju, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-assorbimenti tal-karbonju jew il-kobenefiċċji ;

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni għandhom ikunu faċli biex jintużaw u mfassla b’mod li jiffaċilita l-verifika tal-konformità magħhom.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Pjattaforma dwar Attivitajiet tal-Assorbiment tal-Karbonju, tas-Sekwestru tal-Karbonju f’Art Agrikola u tal-Ħżin tal-Karbonju fil-Prodotti

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Pjattaforma dwar Attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju u tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola (il-“Pjattaforma”). Din għandha tkun magħmula b’mod bilanċjat mill-gruppi li ġejjin:

 

(a)

rappreżentanti ta’:

 

(i)

l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

 

(ii)

il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit fl-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a);

 

(b)

esperti li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati privati rilevanti, inklużi l-bdiewa u s-sidien jew il-maniġers tal-foresti, u s-setturi tan-negozju, li jirrappreżentaw l-industriji rilevanti, involuti fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament;

 

(ba)

rappreżentanti tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni;

 

(c)

esperti li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili b’għarfien espert fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament;

 

(d)

esperti maħtura f’kapaċità personali, li għandhom għarfien u esperjenza bil-prova fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament;

 

(e)

esperti li jirrappreżentaw l-akkademja, inklużi universitajiet, istituti tar-riċerka u organizzazzjonijiet xjentifiċi oħra.

 

Il-membri tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-assorbimenti tal-karbonju għandhom jiġu integrati fil-gruppi ta’ rappreżentanti u esperti msemmija fil-punti (a) sa (e) b’mod li jiggarantixxi li l-gruppi fil-punti (a) sa (e) ikunu rappreżentati b’mod ibbilanċjat.

 

2.     Il-Pjattaforma għandha:

 

(a)

tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8, inkluż dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7, kif ukoll dwar il-ħtieġa possibbli li jiġu aġġornati dawk il-metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni;

 

(b)

tanalizza l-impatt tal-metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni f’termini tal-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali tal-applikazzjoni tagħhom;

 

(c)

tassisti lill-Kummissjoni fl-analiżi tat-talbiet minn partijiet ikkonċernati biex tiżviluppa jew tirrevedi metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni għal attività partikolari;

 

(d)

timmonitorja u tirrapporta regolarment lill-Kummissjoni dwar ix-xejriet fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-assorbiment tal-karbonju u s-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola;

 

(e)

tagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa possibbli li jiġu żviluppati aktar miżuri biex jitjiebu d-disponibbiltà u l-kwalità tad-data.

 

(f)

tagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta’ użu tal-metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni, b’kont meħud tal-ħtieġa li jkunu evitati piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa;

 

(g)

tagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa possibbli biex jiġi emendat dan ir-Regolament;

 

(h)

tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni minima inkluża fiċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 9, kif ukoll dwar ir-regoli u l-proċeduri relatati mal-awditi u l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni, u dwar il-ħtieġa possibbli li dawk ir-regoli u l-proċeduri jiġu aġġornati.

 

3.     Il-Pjattaforma għandha tieħu kont tal-fehmiet ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. L-għażla tal-membri għandu jkollha l-għan li tiżgura kompetenza dixxiplinarja u settorjali varjata, kif ukoll bilanċ bejn is-sessi u bilanċ ġeografiku;

 

4.     Il-Pjattaforma għandha tkun ippreseduta minn membru tal-Pjattaforma elett mill-Pjattaforma u tkun magħmula f’konformità mar-regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-operat ta’ gruppi esperti tal-Kummissjoni. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti b’għarfien espert speċifiku fuq bażi ad hoc.

 

5.     Il-Pjattaforma għandha twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-Pjattaforma u dokumenti rilevanti oħra fis-sit web tal-Kummissjoni.

 

6.     Meta l-operaturi jew il-gruppi ta’ operaturi jqisu li attività li ma tikkonformax mal-metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti skont dan ir-Regolament, jew li għaliha għadhom ma ġewx stabbiliti tali metodoloġiji tekniċi ta’ ċertifikazzjoni, għandha tkun eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skont dan ir-Regolament, huma jistgħu jinfurmaw lill-Pjattaforma b’dan.

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Biex japplika għal ċertifikazzjoni ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jissottometti applikazzjoni għal skema ta’ ċertifikazzjoni. Malli dik l-applikazzjoni tiġi aċċettata, l-operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jissottometti lil korp ta’ ċertifikazzjoni deskrizzjoni komprensiva tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju , inkluża l-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni applikata biex jiġu vvalutati l-konformità mal-Artikoli 4 sa 7 , it-total mistenni tal-assorbimenti tal-karbonju u l-benefiċċju tal-assorbiment nett tal-karbonju . Il-gruppi ta’ operaturi għandhom jispeċifikaw ukoll kif jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza dwar l-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju , b’mod partikolari lill-operaturi tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola fuq skala żgħira .

1.   Biex japplika għal ċertifikazzjoni ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jissottometti applikazzjoni għal skema ta’ ċertifikazzjoni. Malli dik l-applikazzjoni tiġi aċċettata, l-operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jissottometti lil korp ta’ ċertifikazzjoni deskrizzjoni komprensiva tal-attività, inkluża l-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni applikata biex jiġu vvalutati l-konformità mal-Artikoli 3a sa 7 u t-total mistenni tal-benefiċċju nett . Il-gruppi ta’ operaturi għandhom jispeċifikaw ukoll kif jiġu pprovduti s-servizzi ta’ konsulenza dwar l-attivitajiet, b’mod partikolari lill-operaturi fuq skala żgħira, u liema miżuri jittieħdu biex jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-maniġers tal-art. Għal operaturi jew gruppi ta’ operaturi involuti fi proġetti transfruntiera jew li jinvolvu bosta pajjiżi, jista’ jinħatar korp ta’ ċertifikazzjoni uniku għall-proġetti kollha transfruntiera u li jinvolvu bosta pajjiżi.

 

Għall-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu pariri lill-bdiewa fil-qafas tas-servizzi konsultattivi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

 

Għas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-irqajja’ agrikoli rreġistrati fis-Sistema għall-Identifikazzjoni tal-Bċejjeċ tar-Raba’ (LPIS) stabbilita fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/2116 li fuqhom qed isseħħ attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola ċċertifikata minn skema ta’ ċertifikazzjoni ma jistgħux jiġu ċċertifikati għall-istess attività minn skema ta’ ċertifikazzjoni differenti.

 

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Anness I(c), għas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi rreġistrata fis-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, prevista fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/2116, fejn applikabbli: prattiki ta’ ġestjoni relatati mal-attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju, l-isem tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni u n-numru jew il-kodiċi uniku taċ-ċertifikat għal roqgħa raba’ partikolari.

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jwettaq awditu ta’ ċertifikazzjoni biex jivverifika l-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1 u biex jikkonferma l-konformità tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju mal-Artikoli 4 sa 7 . Bħala riżultat ta’ dak l-awditu ta’ ċertifikazzjoni, il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu joħroġ rapport tal-awditur ta’ ċertifikazzjoni, li jinkludi sommarju, u ċertifikat li jkun fih, bħala minimu, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II. L-iskema ta’ ċertifikazzjoni għandha tikkontrolla r-rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni u ċ-ċertifikat, u tagħmel is-sommarju tar-rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni u ċ-ċertifikat disponibbli għall-pubbliku f’reġistru msemmi fl-Artikolu 12.

2.    L-iskema ta’ ċertifikazzjoni għandha taħtar korp ta’ ċertifikazzjoni li għandu jwettaq awditu ta’ ċertifikazzjoni biex jivverifika li l-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1 hija preċiża u affidabbli, u jikkonferma l-konformità tal-attività mal-Artikoli 3a sa 7. Meta jseħħu diversi attivitajiet differenti tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola fil-livell tal-azjenda agrikola, l-awditi taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jitwettqu f’okkażjoni waħda. Meta bħala riżultat ta’ dak l-awditu ta’ ċertifikazzjoni, il-konformità tal-informazzjoni sottomessa skont il-paragrafu 1 ġiet ivverifikata, il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu joħroġ rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni, li jinkludi sommarju, u ċertifikat li jkun fih, bħala minimu, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II. L-iskema ta’ ċertifikazzjoni għandha tikkontrolla r-rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni u ċ-ċertifikat, u tagħmel ir-rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni u ċ-ċertifikat disponibbli għall-pubbliku b’mod sħiħ jew, meta meħtieġ biex tippreżerva l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali, b’mod li jeskludi dik l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva, fir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jwettaq awditi perjodiċi ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid biex jikkonferma mill-ġdid il-konformità tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju mal-Artikoli 4 sa 7 u jivverifika l-benefiċċju tal-karbonju ġġenerat . Bħala riżultat ta’ dak l-awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu joħroġ rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, li jinkludi sommarju, u ċertifikat aġġornat. L-iskema ta’ ċertifikazzjoni għandha tikkontrolla r-rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid u ċ-ċertifikat aġġornat, u tagħmel is-sommarju tar-rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, iċ-ċertifikat aġġornat u l-unitajiet ċċertifikati tal-assorbiment tal-karbonju disponibbli għall-pubbliku f’reġistru msemmi fl-Artikolu 12.

3.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jwettaq awditi perjodiċi ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid biex jikkonferma mill-ġdid il-konformità tal-attività mal-Artikoli 3a sa 7 u jivverifika l-benefiċċju nett iġġenerat. L-awditi taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid għandhom isiru mill-inqas kull ħames snin għal attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, u mill-inqas kull 10 snin għal attivitajiet oħra, skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju . Bħala riżultat ta’ dak l-awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu joħroġ rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, li jinkludi sommarju, u ċertifikat aġġornat. L-iskema ta’ ċertifikazzjoni għandha tikkontrolla r-rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid u ċ-ċertifikat aġġornat, u tagħmel ir-rapport tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, iċ-ċertifikat aġġornat u l-unitajiet ċċertifikati tal-assorbiment tal-karbonju disponibbli għall-pubbliku b’mod sħiħ jew, meta meħtieġ biex tiġi ppreżervata l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali, b’mod li jeskludi dik l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva, fir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12.

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jappoġġa lill-korp ta’ ċertifikazzjoni matul l-awditi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, b’mod partikolari billi jagħti aċċess għall-bini tal-attività u jipprovdi d-data u d-dokumentazzjoni rilevanti .

4.   L-operatur jew grupp ta’ operaturi għandu jappoġġa lill-korp ta’ ċertifikazzjoni matul l-awditi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid, b’mod partikolari billi jagħti aċċess għall-bini tal-attività u jipprovdi kwalunkwe data u d-dokumentazzjoni meħtieġa .

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu remunerati mill-iskema ta’ ċertifikazzjoni sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-awditi taċ-ċertifikazzjoni jew taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid.

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – Paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi tad-deskrizzjoni komprensiva tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju msemmija fil-paragrafu 1, u tar-rapporti tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid imsemmija fil-paragrafi 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

5.   Il-Kummissjoni għandha mhux aktar tard minn... [jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi tad-deskrizzjoni komprensiva tal-attività msemmija fil-paragrafu 1, u tar-rapporti tal-awditu ta’ ċertifikazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid imsemmija fil-paragrafi 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni maħtura minn skemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jiġu akkreditati minn awtorità nazzjonali tal-akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37).

1.   Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni maħtura minn skemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jiġu akkreditati minn awtorità nazzjonali tal-akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37). Il-lista ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni akkreditati għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

indipendenti mill-operaturi jew minn grupp ta’ operaturi, u jwettqu l-attivitajiet meħtieġa skont dan ir-Regolament fl-interess pubbliku.

(b)

legalment u finanzjarjament indipendenti mill-operaturi jew minn grupp ta’ operaturi, u jwettqu l-attivitajiet meħtieġa skont dan ir-Regolament fl-interess pubbliku.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jissorveljaw t-tħaddim tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jippreżentaw, fuq talba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex jissorveljaw l-operat tagħhom, inklużi d-data, il-ħin u l-post tal-awditi msemmija fl-Artikolu 9. Meta l-Istati Membri jsibu kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, huma għandhom jinformaw lill-korp ta’ ċertifikazzjoni u lill-iskema ta’ ċertifikazzjoni rilevanti b’dan mingħajr dewmien.

4.   L-Istati Membri , u meta applikabbli, l-awtoritajiet reġjonali għandhom jissorveljaw t-tħaddim tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jippreżentaw, fuq talba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u meta applikabbli, dawk reġjonali , l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex jissorveljaw l-operat tagħhom, inklużi d-data, il-ħin u l-post tal-awditi msemmija fl-Artikolu 9. Meta l-Istati Membri , u meta applikabbli, l-awtoritajiet reġjonali, jsibu kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, huma għandhom jinformaw lill-korp ta’ ċertifikazzjoni u lill-iskema ta’ ċertifikazzjoni rilevanti b’dan mingħajr dewmien u jippubblikaw dan l-avviż fir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12 .

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom joperaw abbażi ta’ regoli u proċeduri affidabbli u trasparenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni u l-monitoraġġ interni, il-ġestjoni tal-ilmenti u l-appelli , il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, it-trasparenza u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, il-ħatra u t-taħriġ tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni , l-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità , l-iżvilupp u l-ġestjoni tar-reġistri .

2.   L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom joperaw abbażi ta’ regoli u proċeduri affidabbli u trasparenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni u l-monitoraġġ interni, il-ġestjoni tal-ilmenti u r-rikorsi , il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, it-trasparenza u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, il-ħatra u t-taħriġ tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll l-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità . Għall-fini tat-trattament tal-ilmenti u r-rikorsi, l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ lment u rikors faċilment aċċessibbli. Dawk il-proċeduri għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12.

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jivverifikaw jekk l-informazzjoni u d-data sottomessi mill-operatur jew minn grupp ta’ operaturi għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 9 kinux soġġetti għal awditjar indipendenti u jekk iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità twettqitx b’mod akkurat, affidabbli u kosteffettiv.

3.   L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jivverifikaw jekk l-informazzjoni u d-data sottomessi mill-operatur jew minn grupp ta’ operaturi għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 9 kinux soġġetti għal awditjar indipendenti u jekk iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità u ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tar-rapporti ta’ awditu twettqux b’mod akkurat, affidabbli u kosteffettiv.

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jippubblikaw, mill-inqas darba fis-sena, lista tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni maħtura, li tiddikjara għal kull korp ta’ ċertifikazzjoni permezz ta’ liema entità jew awtorità pubblika nazzjonali ġie rikonoxxut u liema entità jew awtorità pubblika nazzjonali tkun qed timmonitorjah.

4.   L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jippubblikaw, mill-inqas darba fis-sena, lista tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni maħtura fir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12 , li tiddikjara għal kull korp ta’ ċertifikazzjoni permezz ta’ liema entità jew awtorità pubblika nazzjonali jew, meta applikabbli, reġjonali, ġie rikonoxxut u liema entità jew awtorità pubblika nazzjonali jew, meta applikabbli, reġjonali, tkun qed timmonitorjah.

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi u l-proċess imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4, li għandhom japplikaw għall-iskemi kollha ta’ ċertifikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

5.   Il-Kummissjoni għandha mhux aktar tard minn... [jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi u l-proċess imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4, li għandhom japplikaw għall-iskemi kollha ta’ ċertifikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Reġistri

Reġistru tal-Unjoni

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Skema ta’ ċertifikazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm kif xieraq reġistru pubbliku biex tagħmel l-informazzjoni relatata mal-proċess ta’ ċertifikazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku , inklużi ċ-ċertifikati u ċ-ċertifikati aġġornati , u l-kwantità tal-unitajiet tal-assorbimenti tal-karbonju ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 9 . Dawk ir-reġistri għandhom jużaw sistemi awtomatizzati, inklużi mudelli elettroniċi , u għandhom ikunu interoperabbli .

1.    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm kif xieraq reġistru pubbliku (“reġistru tal-Unjoni”) biex tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni relatata mal-proċess ta’ ċertifikazzjoni b’mod aċċessibbli , li jkun fiha bħala minimu , l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IIa . Ir-reġistru tal-Unjoni għandu juża sistemi awtomatizzati, inklużi mudelli elettroniċi.

 

Skemi ta’ ċertifikazzjoni għandha tissottometti -data u r-rapportar rilevanti kollha li huma meħtieġa li jiġu inklużi fir-reġistru tal-Unjoni skont l-Anness IIa u li huma meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament .

Emenda 128

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u d-dettalji tekniċi tar-reġistri pubbliċi , u tar-reġistrazzjoni, taż-żamma jew tal-użu ta’ unitajiet tal-assorbiment tal-karbonju , kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

2.   Il-Kummissjoni , mhux aktar tard minn [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u d-dettalji tekniċi tar-Reġistru tal-Unjoni , u r-regoli u l-proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni kollha , kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

Emenda 129

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jirrapportaw is-sehem medju tad-dħul relatat mal-bejgħ ta’ unitajiet iċċertifikati għal kull attività li hija għaddiet lill-operatur. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rapporti sottomessi u tirrapporta s-sejbiet tagħha kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Skema ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuta mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni biss tista’ tintuża minn operaturi jew minn grupp ta’ operaturi biex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Tali deċiżjoni għandha tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin.

1.   Skema ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuta mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni biss tista’ tintuża minn operaturi jew minn grupp ta’ operaturi biex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Tali deċiżjoni għandha tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin , u għandha ssir pubblika fir-Reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-iskema ta’ ċertifikazzjoni dwar id-deċiżjoni tagħha għal rikonoxximent mhux aktar tard minn xahar wara li tkun ġiet amministrata n-notifika.

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni pubblika. Ir-rappreżentant legali ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni privata għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni privata.

2.   Stat Membru , jew meta rilevanti, l-awtoritajiet reġjonali, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni pubblika. Ir-rappreżentant legali ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni privata għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni privata.

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni tista’ tħassar deċiżjoni li tirrikonoxxi skema ta’ ċertifikazzjoni skont il-paragrafu 1 meta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tonqos milli timplimenta l-istandards u r-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(5). Meta Stat Membru jqajjem tħassib li skema ta’ ċertifikazzjoni ma taħdimx f’konformità mal-istandards u r-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(5) li jikkostitwixxu l-bażi għad-deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-kwistjoni u għandha tieħu azzjoni xierqa, inkluż li tħassar id-deċiżjoni rilevanti.

3.   Il-Kummissjoni tista’ , wara konsultazzjoni xierqa mal-iskema ta’ ċertifikazzjoni, tħassar deċiżjoni li tirrikonoxxi skema ta’ ċertifikazzjoni skont il-paragrafu 1 meta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tonqos milli timplimenta l-istandards u r-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(5). Meta Stat Membru jew meta rilevanti, l-awtorità reġjonali, iqajmu tħassib, jew persuna ġuridika, operatur jew grupp ta’ operaturi jqajmu tħassib fondat kif xieraq, li skema ta’ ċertifikazzjoni ma taħdimx f’konformità mal-istandards u r-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(5) li jikkostitwixxu l-bażi għad-deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-kwistjoni u għandha tieħu azzjoni xierqa, inkluż li tħassar id-deċiżjoni rilevanti.

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u d-dettalji tekniċi tal-proċessi ta’ notifika u rikonoxximent imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

4.   Il-Kummissjoni għandha sa [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u d-dettalji tekniċi tal-proċessi ta’ notifika u rikonoxximent imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk ir-rapporti disponibbli għall-pubbliku, b’mod sħiħ jew, fejn meħtieġ , biex tippreserva l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva , f’forma aggregata .

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk ir-rapporti disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12 , b’mod sħiħ jew, fejn meħtieġ biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali , b’mod li jeskludi din l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva .

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u d-dettalji tekniċi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

3.   Il-Kummissjoni għandha sa [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u d-dettalji tekniċi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17.

Emenda 136

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida teknika lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 13(2) u (3).

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex temenda l-Anness II sabiex tadatta l-lista ta’ informazzjoni minima inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 9.

Il-Kummissjoni , wara li tikkonsulta l-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 8a, għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex temenda l-Anness II sabiex tadatta l-lista ta’ informazzjoni minima inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 9.

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 8 u 15 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3a, 8 u 15 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 8 u 15 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli  3a, 8 u 15 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjoni pubblika ta’ erba’ ġimgħat u għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Atti delegati adottati skont l-Artikoli 8 u 15 għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Atti delegati adottati skont l-Artikoli 3a, 8 u 15 għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-ambitu ta’ dan ir-rappurtar, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-benefiċċji u l-kompromessi possibbli tal-inklużjoni ta’ prodotti oħra għall-ħżin tal-karbonju b’ħajja twila abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika u tista’, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament u lill-Kunsill.

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Sa ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva u valutazzjoni tal-impatt, dwar l-istabbiliment ta’ miri tal-Unjoni għall-assorbimenti permanenti tal-karbonju u għas-sekwestru bbażat fuq l-art bħala parti integrali mill-qafas klimatiku tal-Unjoni għal wara l-2030.

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Il-Kummissjoni għandha teżamina l-għażliet biex jiżdied it-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-katina tal-provvista tal-ikel, inkluż għażliet relatati mal-użu tal-unitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, u għandha, fejn xieraq, sa... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tippreżenta proposta leġiżlattiva akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt għal dak l-għan.

Emenda 145

Proposta għal regolament

Anness I

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Elementi tal-metodoloġiji taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8

Elementi tal-metodoloġiji taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8

Meta jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 8, il-metodoloġiji taċ-ċertifikazzjoni għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

Meta jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 8, il-metodoloġiji taċ-ċertifikazzjoni għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

 

(-a)

deskrizzjoni tat-tip ta’ attività koperta (l-assorbiment tal-karbonju, ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tan-nitroġenu jew tal-metan, jew il-ħżin tal-karbonju fil-prodotti);

(a)

id-deskrizzjoni tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju koperta, inkluż il-perjodu ta’ monitoraġġ tagħha;

(a)

deskrizzjoni dettaljata tal-attività koperta, inkluża d-durabbiltà prevista tar-riżultati tagħha u l-perjodu ta’ monitoraġġ tagħha;

 

(b)

għall-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju:

(b)

ir-regoli għall-identifikazzjoni tal-bjar kollha tal-assorbiment tal-karbonju u s-sorsi kollha tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(1);

(i)

ir-regoli għall-identifikazzjoni tal-bjar kollha tal-assorbiment tal-karbonju u s-sorsi kollha tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(1);

(c)

ir-regoli għall-kalkolu tal-assorbimenti tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(1)(a);

(ii)

ir-regoli għall-kalkolu tal-assorbimenti tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(1)(a);

(d)

ir-regoli għall-kalkolu tal-assorbimenti totali tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4(1)(b);

(iii)

ir-regoli għall-kalkolu tal-assorbimenti totali tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4(1)(b);

(e)

ir-regoli għall-kalkolu taż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(1)(c);

(iv)

ir-regoli għall-kalkolu taż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(1)(c);

 

(c)

għall-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola:

 

(i)

ir-regoli għall-identifikazzjoni tal-bjar kollha tas-sekwestru tal-karbonju u tat-tnaqqis kollu tas-sekwestru tal-karbonju u tat-tnaqqis u tas-sorsi kollha tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(2);

 

(ii)

għall-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu tas-sekwestru tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a);

 

(iii)

għall-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu tas-sekwestru totali tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b);

 

(iv)

għall-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu taż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c);

 

(v)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a);

 

(vi)

għat-tnaqqis tal-karbonju mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu tat-tnaqqis totali tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b);

 

(vii)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu taż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt(c);

 

(viii)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu tal-emissjonijiet N20 taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (d);

 

(ix)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu tat-tnaqqis totali tal-emissjonijiet N20 imsemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (e);

 

(x)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu tal-emissjonijiet CH4 taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (f);

 

(xi)

għat-tnaqqis tal-karbonju mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu tal-emissjonijiet CH4 totali msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (g);

 

(d)

għall-attivitajiet ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti:

(i)

ir-regoli għall-identifikazzjoni tal-bjar kollha tas-sekwestru tal-karbonju u s-sorsi kollha tal-emissjonijiet GHG msemmija fl-Artikolu 4(2a);

 

(ii)

ir-regoli għall-kalkolu tal-assorbimenti tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2a), il-punt (a);

 

(iii)

ir-regoli għall-kalkolu tas-sekwestru totali tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4(2a), il-punt (b);

 

(iv)

ir-regoli għall-kalkolu taż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(2a), il-punt (c);

(f)

ir-regoli biex jiġu indirizzati l-inċertezzi fil-kwantifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju msemmija fl-Artikolu  4(8) ;

(e)

ir-regoli biex jiġu indirizzati l-inċertezzi fil-kwantifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju msemmija fl-Artikolu  4(4) ;

 

(f)

il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(5), 4(5a) jew 4(6), inklużi r-regoli u l-ġustifikazzjoni għal-linja bażi stabbilita;

(g)

ir-regoli għat-twettiq tat-testijiet speċifiċi tal-addizzjonalità msemmija fl-Artikolu 5(2);

(g)

ir-regoli għat-twettiq tat-testijiet speċifiċi tal-addizzjonalità msemmija fl-Artikolu 5(2);

(h)

ir-regoli dwar il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni ta’ kwalunkwe riskju ta’ rilaxx tal-karbonju maħżun imsemmi fl-Artikolu 6(2 )( a);

(h)

ir-regoli dwar il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni ta’ kwalunkwe riskju ta’ rilaxx tal-karbonju maħżun imsemmi fl-Artikolu 6(2a);

(i)

ir-regoli dwar il-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà xierqa msemmija fl-Artikolu  6(2)(b) ;

(i)

ir-regoli dwar il-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà xierqa msemmija fl-Artikolu 6(2c) ;

 

(ia)

ir-regoli dwar il-validità u l-penali msemmija fl-Artikolu 6(2d) u 6(2e);

(j)

ir-regoli dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7(2);

(j)

l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7(2);

(k)

ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-kobenefiċċji msemmija fl-Artikolu 7(3).

(k)

ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-kobenefiċċji msemmija fl-Artikolu 7(3).

Emenda 146

Proposta għal regolament

Anness II

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni minima inkluża fiċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 9

Informazzjoni minima inkluża fiċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 9

Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-informazzjoni minima li ġejja:

Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-informazzjoni minima li ġejja:

(a)

l-isem u t-tip tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju, inkluż l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi;

(a)

l-isem u t-tip tal-attività , inkluż jekk l-attività tikkostitwix attività tal-assorbiment tal-karbonju, tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, tat-tnaqqis ta’ emissjoni tan-nitroġenu jew il-metan, jew tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti inkluż l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi;

(b)

il-post tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju , inkluż il-post ġeografikament espliċitu tal-konfini tal-attività, li jħares ir-rekwiżiti tal-iskala tal-immappjar 1:5000 għall-Istat Membru;

(b)

il-post tal-attività, inkluż il-post ġeografikament espliċitu tal-konfini tal-attività, li jħares ir-rekwiżiti tal-iskala tal-immappjar 1:5000 għall-Istat Membru;

 

(ba)

għall-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, fejn applikabbli, identifikazzjoni unika tar-roqgħa agrikola kif irreġistrata fis-sistema ta’ sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’ prevista fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/2116 li fuqhom qed isseħħ l-attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola;

(c)

id-data tal-bidu u d-data ta’ tmiem l-attività tal-assorbiment tal-karbonju ;

(c)

id-data tal-bidu u d-data ta’ tmiem mistennija tal-attività ;

(d)

l-isem tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni;

(d)

l-isem tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni;

(e)

l-isem u l-indirizz tal-korp li jiċċertifika u tal-logo;

(e)

l-isem u l-indirizz tal-korp li jiċċertifika u tal-logo;

(f)

in-numru jew il-kodiċi (uniku) taċ-ċertifikat;

(f)

in-numru jew il-kodiċi (uniku) taċ-ċertifikat;

(g)

il-post u d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat;

(g)

il-post u d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat;

(h)

ir-referenza għall-metodoloġija taċ-ċertifikazzjoni applikabbli msemmija fl-Artikolu 8;

(h)

ir-referenza għall-metodoloġija taċ-ċertifikazzjoni applikabbli msemmija fl-Artikolu 8;

 

(i)

għall-attivitajiet tal-assorbiment tal-karbonju:

(i)

il-benefiċċju nett tal-assorbiment tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(1);

(i)

il-benefiċċju nett tal-assorbiment tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(1);

(j)

l-assorbimenti tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(1)(a);

(ii)

l-assorbimenti tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(1)(a);

(k)

l-assorbimenti totali tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4(1)(b);

(iii)

l-assorbimenti totali tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4(1)(b);

 

(ia)

għall-attivitajiet tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola:

 

(i)

għall-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-benefiċċju nett tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola msemmi fl-Artikolu 4(2);

 

(ii)

għall-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, is-sekwestru tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmi fl-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a);

 

(iii)

għall-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, is-sekwestru totali tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b);

(l)

iż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4( 1 )(c);

(iv)

għall-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4( 2 ) , l-ewwel subparagrafu, il-punt (c);

 

(v)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, il-benefiċċju nett tat-tnaqqis ta’ emissjoni mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola msemmi fl-Artikolu 4(2):

 

(vi)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-emissjonijiet tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a);

 

(vii)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, ir-regoli għall-kalkolu tat-tnaqqis totali tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b);

 

(viii)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (c);

 

(ix)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-emissjonijiet N20 taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (d);

 

(x)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, it-tnaqqis totali tal-emissjonijiet N20 msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (e);

 

(xi)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-emissjonijiet GH4 taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (f);

 

(xii)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, l-emissjonijiet CH4 totali msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (g);

 

(ib)

għall-attivitajiet ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti;

 

(i)

il-benefiċċju nett tas-sekwestru nett tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(2a);

 

(ii)

is-sekwestru tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2a), il-punt (a);

 

(iii)

is-sekwestru totali tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(2a), il-punt (b);

 

(iv)

iż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(2a), il-punt (c);

(m)

analiżi dettaljata skont il-gassijiet, is-sorsi, il-bjar tal-karbonju u l-ħażniet fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punti ( j ) , ( k ) u ( l ) ta’ dan l-Anness;

(m)

analiżi dettaljata skont il-gassijiet, is-sorsi, il-bjar tal-karbonju u l-ħażniet fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punti ( i ) u ( ia ) u ( ib ) ta’ dan l-Anness;

(n)

id-durata tal-perjodu ta’ monitoraġġ tal-attività tal-assorbiment tal-karbonju ;

(n)

il-mezz ta’ ħżin, id-durata mistennija tar-riżultati u d-durata tal-perjodu ta’ monitoraġġ tal-attività f’konformità mal-Artikolu 6(2a) ;

 

(na)

mekkaniżmu dettaljat ta’ responsabbiltà u persuna ġuridika jew fiżika responsabbli f’konformità mal-Artikolu 6(2b) ;

 

(nb)

fil-każ ta’ treġġigħ lura, l-ammont ta’ karbonju totali rilaxxat fl-atmosfera minn bjar tal-karbonju ġeoloġi1i jew bijoġeniċi;

(o)

kwalunkwe kobenefiċċji sostenibbli msemmi fl-Artikolu 7( 3 );

(o)

għal attività tal-assorbiment tal-karbonju, evidenza li l-attività tissodisfa l-objettivi ta’ sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7( 1 ) jew li l-attività tiġġenera l-kobenefiċċji ;

 

(oa)

għal attività tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, evidenza li l-attività tissodisfa l-objettivi ta’ sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7(1a) u li l-attività tiġġenera wkoll kobenefiċċji pożittivi fir-rigward tal-objettiv fil-punt (f);

 

(ob)

għal ħżin tal-karbonju f’attività ta’ prodott, evidenza li l-attività tissodisfa l-objettivi ta’ sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7(1b) u li l-attività tiġġenera wkoll kobenefiċċji pożittivi fir-rigward ta’ mill-inqas wieħed minn dawk l-objettivi;

 

(oc)

il-kwantità ta’ unitajiet iċċertifikati miċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 9;

(p)

referenza għal kwalunkwe ċertifikazzjoni oħra tal-assorbiment tal-karbonju.

(p)

referenza għal kwalunkwe ċertifikazzjoni oħra tal-assorbiment tal-karbonju jew sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jew ħżin tal-karbonju fil-prodotti .

Emenda 147

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS IIa

 

Informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża fir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12

 

Għal kull attività ċċertifikata, ir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12 għandu jinkludu mill-inqas informazzjoni minima li ġejja:

 

(a)

l-isem u t-tip tal-attività, inkluż jekk l-attività tikkostitwix attività tal-assorbiment tal-karbonju, attività tal-ħżin/assorbiment fil-kuntest tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, attività tat-tnaqqis ta’ emissjoni mis-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola għall-karbonju, in-nitroġenu jew il-metan, jew attività tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi;

 

(b)

id-data tal-bidu effettiv u d-data ta’ tmiem mistennija tal-attività;

 

(c)

l-isem tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni;

 

(d)

l-Istat Membru fejn isseħħ l-attività;

 

(e)

il-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni għal kull attività, f’konformità mal-Artikolu 8;

 

(f)

il-benefiċċju nett mistenni;

 

(g)

l-istatus attwali taċ-ċertifikat (attiv, irtirat, skadut);

 

(h)

fejn applikabbli, id-detentur fiżiku jew ġuridiku ta’ unità ċċertifikata, l-għan li għalih tinżamm dik l-unità ċċertifikata u l-prezz imħallas lill-operatur;

 

(i)

għal kull attività, link għar-rapport tal-awditu taċ-ċertifikazzjoni u, meta applikabbli, ir-rapport tal-awditu aġġornat, f’konformità mal-Artikolu 9;

 

Ir-reġistru tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12 għandu jinkludi wkoll lista tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti kollha, ir-regoli u l-proċeduri tagħhom f’konformità mal-Artikolu 11(2), ir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 14 u l-lista tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni maħtura tagħhom, li tiddikjara għal kull korp ta’ ċertifikazzjoni b’liema entità jew awtorità pubblika nazzjonali jiġi rikonoxxut u liema entità jew awtorità pubblika nazzjonali qed timmonitorjah, f’konformità mal-Artikolu 11(4).


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0329/2023).

(22)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).

(22)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).

(23)   Grupp ta’ Ħidma III tal-IPCC (2022), Sommarju Tekniku. Fi: Clmiate Change 2022: Mitigation of Climate Change. Sixth Assessment Report (link)

(23)   IPCC (2023). Sixth Assessment Report (AR 6 Synthesis Report) (Is-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni - Rapport ta’ Sinteżi).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(26)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(26)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(1a)   Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).

(27)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).

(27)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).

(28)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).

(28)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).

(29)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(29)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(30)   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli, COM(2021) 800.

(31)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(31)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(32)  Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(32)  Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(1a)   Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).

(37)  Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(37)  Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4235/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)