|
9.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9967 — Kohlberg/Mubadala/Partners Group/Pioneer UK Midco 1)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 335/08)
1.
Fl-1 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kohlberg & Co L.L.C. (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Mubadala Investment Company PJSC (l-Emirata Għarab Magħquda), |
|
— |
Partners Group AG (l-Isvizzera), |
|
— |
Pioneer UK Midco 1 Limited (ir-Renju Unit). |
Kolhberg & Co L.L.C., Mubadala Investment Company PJSC, u Partners Group AG se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Pioneer UK Midco 1 Limited kollha kemm hi u tas-sussidjarja tagħha PCI Pharma Services. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Kohlberg & Co., L.L.C.: kumpanija Amerikana ta’ ġestjoni tal-ekwità privata speċjalizzata f’investimenti f’kumpaniji tas-suq tan-nofs, b’portafoll ta’ kumpaniji attivi f’diversi industriji, bħalma huma l-manifattura industrijali, prodotti tal-konsumatur, servizzi tan-negozju, servizzi tal-kura tas-saħħa u servizzi finanzjarji. |
|
— |
Mubadala Investment Company PJSC: kumpanija pubblika tal-Emirati b’ishma bi sħab iffokata fuq l-investiment u l-iżvilupp f’għadd ta’ industriji, fosthom l-ajruspazju, l-ICT, is-semikondutturi, il-metalli u l-minjieri, l-enerġija rinnovabbli, iż-żejt u l-gass, il-petrokimiċi, l-utilitajiet, il-kura tas-saħħa, il-proprjetà immobbli, il-farmaċewtika u l-medtech, in-negozju agrikolu u għandha portafoll globali ta’ parteċipazzjonijiet finanzjarji. |
|
— |
Partners Group AG: kumpanija Żvizzera għall-ġestjoni tal-investiment fis-swieq privati li topera globalment fl-oqsma tal-ekwità privata, il-proprjetà immobbli privata, l-infrastruttura privata u d-dejn privat. |
|
— |
Pioneer UK Midco 1 Limited: kumpanija azzjonarja tar-Renju Unit li hija proprjetarja u tikkontrolla l-grupp ta’ kumpaniji li jagħmlu negozju bħala PCI, b’dan tal-aħħar ikun fornitur globali ta’ servizzi lill-industriji farmaċewtiċi u bijoteknoloġiċi fis-servizzi tal-provi kliniċi, l-imballaġġ kummerċjali u l-iżvilupp u l-manifattura tal-farmaċewtiċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9967 — Kohlberg/Mubadala/Partners Group/Pioneer UK Midco 1
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).