31.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8637 — APG/Hines/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 370/06)

1.

Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

APG Strategic Real Estate Pool (“APG”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Stichting Pensioenfonds ABP (“ABP”, in-Netherlands),

—

Hines International Real Estate Holdings LP (“Hines”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

APG u Hines jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq impriża konġunta (joint venture, JV) maħluqa ġdida, permezz ta’ Irish Collective Asset management Vehicle, biex jixtru u jiżviluppaw ċerti plottijiet ta’ art f’Dublin, l-Irlanda għal skopijiet residenzjali u kummerċjali.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal APG: fond ta’ investiment immobiljarju li s-sid benefiċjarju aħħari tiegħu huwa ABP, organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-pensjonijiet li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku,

—   għal Hines: investiment immobiljarju, żvilupp u ġestjoni tal-proprjetà immobbli.

—   għall-JV: se tixtri u tiżviluppa ċerti plottijiet tal-art f’Dublin, l-Irlanda għal skopijiet residenzjali u kummerċjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem jinħtieġ li tiġi speċifikata:

M.8637 — APG/Hines/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.