European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4091

27.7.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1836 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1838 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(C/2026/4091)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1836 (2) u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1838 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati attwalment fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 267/2012 ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u l-entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel id-29 ta' Jannar 2027, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq jenħtieġ terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)   ĠU L, 2026/1836, 27.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1836/oj.

(3)   ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(4)   ĠU L, 2026/1838, 27.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1838/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4091/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)