Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l‑elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), sa fejn tindika s-sit imsejjaħ “Artos de El Ejido”, li fih jinsabu l-artijiet tar-rikorrenti, bħala sit ta’ importanza Komunitarja għar‑reġjun bioġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2) Manuel José Espinosa Labella, Josefa Labella Dávalos, María Pilar Espinosa Labella, María José Espinosa Labella, Tomasa Peñuela Ortiz, Tomás Espinosa Peñuela, Francisco José Espinosa Peñuela, Juan Manuel Espinosa Peñuela, María Lourdes Espinosa Peñuela, Adela Espinosa Peñuela, Jorge Jesús Espinosa Peñuela u l-eredi ta’ Rafael Espinosa Peñuela huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill‑Kummissjoni.
3) Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.