|
2.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/212
tat-3 ta’ Novembru 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien dwar l-aċċess għas-servizzi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti marbuta mad-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1700, jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli għas-settijiet tad-data dwar l-aċċess għas-servizzi. |
|
(2) |
Is-suġġetti dettaljati dwar “L-użu ta’ servizzi, inkluż servizzi tal-kura u servizzi għal għajxien indipendenti”; “Affordabbiltà tas-servizzi”; u “Ħtiġijiet mhux issodisfati u raġunijiet” jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa mis-Semestru Ewropew, mill-Istrateġija dwar il-Kura Ewropea u mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jipprovdu wkoll informazzjoni għal diversi politiki oħra tal-UE marbuta mal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-faqar. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għadd u t-titlu tal-varjabbli fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-rigward tas-settijiet tal-varjabbli dwar l-aċċess għas-servizzi huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
L-għadd u t-titli tal-varjabbli ta’ kull sitt snin dwar l-aċċess għas-servizzi fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien
|
Modulu |
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem il-varjabbli |
|
Aċċess għas-servizzi |
Użu tas-servizzi, inkluż servizzi tal-kura u servizzi għal għajxien indipendenti (disa’ varjabbli miġbura) |
HC190 |
Preżenza ta’ nies li jeħtieġu għajnuna minħabba problemi ta’ saħħa fiżika jew mentali ta’ saħħa fit-tul, infermità jew minħabba x-xjuħija, fl-unità domestika |
|
HC200 |
Servizzi ta’ kura professjonali pprovduta fid-djar |
||
|
PC280 |
Frekwenza tal-użu tat-trasport pubbliku |
||
|
PC310 |
Intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad |
||
|
PC320 |
Intitolament għall-benefiċċji tal-mard |
||
|
PC330 |
Tħossok diskriminat(a) meta tkun f’kuntatt ma’ uffiċini amministrattivi jew ma’ servizzi pubbliċi (inkluż iċ-ċentru tal-impjiegi, is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali) |
||
|
PC340 |
Tħossok diskriminat(a) meta tfittex akkomodazzjoni |
||
|
PC350 |
Tħossok diskriminat(a) fl-edukazzjoni |
||
|
PC360 |
Tħossok diskriminat(a) fi spazji pubbliċi (ħwienet, kafetteriji, ristoranti, faċilitajiet ta’ divertiment eċċ.) |
||
|
Affordabbiltà tas-servizzi (ħames varjabbli miġbura) |
HC221 |
Pagament għas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar |
|
|
HC230 |
Affordabbiltà tas-servizzi ta’ kura professjonali fid-dar |
||
|
HC300 |
Piż finanzjarju tat-trasport pubbliku |
||
|
RC370 |
Pagament għas-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal |
||
|
HC040 |
Affordabbiltà tas-servizzi għall-indukrar formali tat-tfal |
||
|
Ħtiġijiet mhux issodisfati u raġunijiet (ħames varjabbli miġbura) |
HC240 |
Ħtiġijiet mhux issodisfati għas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar |
|
|
HC250 |
Raġuni ewlenija għaliex ma tirċevix (iktar) servizzi ta’ kura professjonali fid-djar |
||
|
RC380 |
Ħtiġijiet mhux issodisfati għas-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal |
||
|
RC390 |
Raġuni ewlenija għaliex ma tużax (aktar) servizzi tal-indukrar formali tat-tfal |
||
|
PC290 |
Raġuni ewlenija għaliex it-trasport pubbliku ma tużahx regolarment |