17.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/60


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/604

tas-16 ta' April 2015

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għat-tuberkolożi bovina fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X u BOV-Y u l-entrati għal Iżrael, New Zealand u l-Paragwaj fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' annimali ħajjin u laħam frisk

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (2), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subpragrafu tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), u l-Artikolu 13(1)(e) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/68/KE tistabbilixxi, fost oħrajn, ir-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' annimali ungulati ħajjin li għandhom ikunu bbażati fuq ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-mard li għalih dawk l-annimali huma suxxettibbli.

(2)

Id-Direttiva 2004/68/KE tipprovdi wkoll li jistgħu jiġu stabbiliti kundizzjonjiet speċifiċi għal pajjiżi terzi li għalihom l-ekwivalenza ġiet rikonoxxuta b'mod formali mill-Unjoni abbażi ta' garanziji uffiċjali tas-saħħa pprovduti mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) jistabbilixxi, fost oħrajn, ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti kunsinni ta' annimali ħajjin, inklużi kunsinni ta' annimali bovini domestiċi. L-Anness I ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn dawn il-kunsinni jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni, kif ukoll il-Kundizzjonijiet Speċifiċi għal kunsinni minn ċerti pajjiżi terzi.

(4)

Barra minn hekk, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistabbilixxi mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni (BOV-X) u mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni (BOV-Y), li jinkludu garanziji għal tuberkulożi bovina.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (4) tistabbilixxi regoli għall-kummerċ ta' annimali bovini fl-Unjoni u tistipula l-monitoraġġ u programmi ta' eradikazzjoni għal ċertu mard li jaffettwa dawk l-annimali, inkluż it-tuberkolożi. New Zealand talbet għar-rikonoxximent tal-programm tagħha ta' kontroll kontra t-tuberkolożi bovina bħala ekwivalenti għall-programmi ta' monitoraġġ u ta' eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina li huma implimentati mill-Istati Membri b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE. L-informazzjoni pprovduta minn New Zealand dwar il-programm ta' kontroll kontra t-tuberkolożi bovina tagħha juri li l-istatus tat-tuberkulożi bovina ta' merħla bovina kklassifikata bħala “C2”, skont l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Pesti għat-tuberkolożi bovina ta' New Zealand, hija ekwivalenti għall-istatus tat-tuberkulożi bovina ta' merħla bovina fi Stat Membru rikonoxxuta bħala “merħla bovina uffiċjalment libera mit-tuberkulożi” b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A.I għad-Direttiva 64/432/KEE.

(6)

Għaldaqstant, il-lista u l-Kundizzjonijiet Speċifiċi stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X u BOV-Y stabbiliti fil-Parti 2 ta' dak l-Anness għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu l-kundizzjonijiet speċjali li bihom l-Unjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-klassifikazzjoni ta' merħliet bovini bħala “C2” fi ħdan il-qafas tal-programm ta' kontroll kontra t-tuberkulożi bovina implimentat fi New Zealand mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE għal merħla bovina fi Stat Membru rikonoxxuta bħala “merħla bovina uffiċjalment libera mit-tuberkulożi”.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistabbilixxi, fost oħrajn, il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi. Għal dan l-għan, fl-Anness II tiegħu jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom mnejn dawn il-kunsinni jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni u l-mudelli ta' ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjaw dawk il-kunsinni, fid-dawl tal-kundizzjonijiet speċifiċi jew garanziji supplementari meħtieġa.

(8)

Fid-19 ta' Settembru 2011, il-Paragwaj għarraf lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (5) b'tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD). Wara dik in-notifika, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1112/2011 (6), issospenda l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi minn dak il-pajjiż terz.

(9)

L-aħħar tifqigħa ta' FMD fil-Paragwaj seħħet f'Jannar 2012. Sa Novembru 2013, l-OIE irrikonoxxiet lill-Paragwaj bħala pajjiż b'żewġ żoni ħielsa mill-FMD, li jkopru t-territorju kollu tal-Paragwaj, fejn hemm il-prattika tat-tilqim (7).

(10)

F'April 2014, il-Kummissjoni għamlet awditu biex tivverifika l-effikaċja tal-miżuri meħuda u tal-kontrolli uffiċjali fl-għoti ta' garanziji tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-FMD (8). L-FVO ikkonkluda li s-sistema ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fil-Paragwaj toffri garanziji sodisfaċenti fir-rigward tal-marda tal-FMD, b'konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, jew ekwivalenti magħhom, għall-introduzzjoni ta' laħam frisk dissussat u staġjonat ta' annimali bovini domestiċi. Madankollu, il-Paragwaj kien mitlub jissostanzja n-nuqqas tal-virus tal-marda tal-FMD fit-territorju tiegħu u l-effettività tal-programm tat-tilqim tiegħu.

(11)

Matul it-tieni nofs tal-2014, il-Paragwaj wettaq stħarriġ seroloġiku bbażat fuq il-linji gwida stipulati fil-Kapitolu 8.7. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, Edizzjoni 2014 (9). Wara evalwazzjoni tar-riżultati, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm biżżejjed evidenza biex tissostanzja n-nuqqas tal-virus tal-FMD fil-Paragwaj u kienet issodisfata bl-effettività tal-programm tat-tilqim. Għaldaqstant il-Paragwaj jipprovdi garanziji suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u talab li jkun awtorizzat jesporta lejn l-Unjoni laħam frisk dissussat u staġjonat ta' annimali bovini domestiċi.

(12)

Barra minn hekk, hemm referenza għal Iżreal fil-lista li tinsab fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010. Għal raġunijiet ta' trasparenza tas-suq u skont il-liġi internazzjonali, għandu jiġi ċċarat li fil-każ ta' Iżrael, il-kopertura territorjali taċ-ċertifikati veterinarji hija limitata għat-territorju tal-Istat ta' Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju 1967 lil hawn, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(13)

Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha għalhekk tiġi emendata biex jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi mill-Paragwaj u biex tiġi emendata l-entrata għal Iżrael.

(14)

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(15)

Biex jiġi evitat kull tfixkil fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' kunsinni ta' annimali bovini, l-użu ta' ċertifikati maħruġa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fil-verżjonijiet tagħhom qabel ma ġew introdotti l-emendi permezz ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu awtorizzati matul perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(16)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2015, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni kunsinni ta' annimali ħajjin akkumpanjati miċ-ċertifikat veterinarji xierqa, maħruġa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2015 skont il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “BOV-X”, u “BOV-Y” stipulati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fil-verżjonijiet tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

(5)  http://www.oie.int/wahis_2/public/wahid.php/Reviewreport/Review?page_refer=MapFullEventReport&reportid=11022

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1112/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata għall-Paragwaj fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati biex jintroduċu fl-Unjoni ċertu laħam frisk (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 32.)

(7)  http://www.oie.int/animal-health-in-the-world/official-disease-status/fmd/list-of-fmd-free-members/

(8)  http://ec.europa.eu/food/fvo/audit_reports/details.cfm?rep_id=3317

(9)  http://www.oie.int/index.php?id=169&L=0&htmfile=chapitre_fmd.htm


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għal New Zealand tinbidel b'dan li ġej:

“NZ — New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y,

RUM,

POR-X, POR-Y

OVI-X, OVI-Y

 

III

V

XII”

(ii)

l-entrata li ġejja tiżdied mal-Kundizzjonijiet Speċifiċi:

“‘XII’

:

territorju rikonoxxut li għandu merħliet bovini uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi ekwivalenti għal dawk rikonoxxuti abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE, għall-finijiet tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju BOV-X jew BOV-Y.”

(b)

Fil-Parti 2, il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X u BOV-Y jinbidlu b'dan li ġej:

“

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

Image 11

Test ta 'immaġni ”

(2)

Il-parti 1 tal-Anness II hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Paragwaj tinbidel b'dan li ġej:

“PY — Paraguay

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

PY-0

Il-pajjiż kollu

BOV,

A

1

 

Is-17 ta' April 2015”

(b)

l-entrata għal Iżrael tinbidel b'dan li ġej:

“IL — Iżrael (6)

IL-0

Il-pajjiż kollu

—”

 

 

 

 

(c)

tiżdied din in-nota (6) f'qiegħ il-paġna:

“(6)

Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni ta' Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.”