6.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9764 — Red Rock Power/Capman Infra Lux Management/NH-Amundi Asset Management/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 73/05)

1.   

Fis-26 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Red Rock Power Limited (“Red Rock Power”), sussidjarja indiretta ta’ SDIC Power Holdings Co. Ltd (“SDIC Power”, iċ-Ċina),

—

Capman plc (“Capman”, il-Finlandja),

—

NH-Amundi Asset Management Co. Ltd (“NH-Amundi”, il-Korea), ikkontrollata bi sħab minn NongHyup Financial Group (li finalment hija proprjetà tal-Federazzjoni Nazzjonali Koreana tal-Kooperattivi tal-Bdiewa u Amundi Asset Management (li finalment hija proprjetà ta’ Crédit Agricole Group),

—

Cloud Snurran AB (“Cloud Snurran”, l-Isvezja).

Re Rock Power, CapMan, NH-Amundi jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Cloud Snurran. Cloud Snurran bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn CapMan, NH-Amundi and Macquarie.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Red Rock Power hija l-kumpanija azzjonarja għal investimenti Ewropej fis-settur tar-riħ ta’ SDIC Power; SDIC Power hija kumpanija bbażata fiċ-Ċina prinċipalment involuta fl-investiment, il-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-ġestjoni tal-impjanti tal-elettriku prinċipalment fiċ-Ċina,

—

CapMan hija investiment Nordiku u impriza speċjalizzata fil-ġestjoni tal-assi,

—

NH-Amundi hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi, li tipprovdi fiduċjarja ta’ investiment u ġestjoni ta’ fond reċiproku għat-tipi kollha ta’ investimenti,

—

Cloud Snurran hija l-joint venture (JV) li tiżviluppa, tibni u tħaddem park eoliku fuq l-art fl-Isvezja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9764 — Red Rock Power/Capman Infra Lux Management/NH-Amundi Asset Management/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.