|
20.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 161/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 571/2008
tad-19 ta’ Ġunju 2008
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji għal reviżjoni tal-programmi ta’ monitoraġġ annwali dwar il-BSE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, l-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, l-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-annimali. Dan jistipula li kull Stat Membru jrid iwettaq programm ta’ monitoraġġ annwali għal TSEs imsejjes fuq sorveljanza attiva u passiva. |
|
(2) |
L-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li Stati Membri li jistgħu juru t-titjib tal-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom jistgħu japplikaw biex il-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom jiġu rriveduti. |
|
(3) |
Bosta Stati Membri fejn ġiet osservata xejra pożittiva fil-qagħda epidemjoloġika fir-rigward ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) esprimew interess fir-reviżjoni tal-programm ta’ monitoraġġ tal-BSE annwali tagħhom. Biex dawn l-Istati Membri jkunu jistgħu jibagħtu talba lill-Kummissjoni għal reviżjoni tal-programmi tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji għat-turija ta’ titjib fil-qagħda epidemjoloġika tal-BSE. |
|
(4) |
Dawn il-kriterji huma indikaturi epidemjoloġiċi li għandhom l-għan jevalwaw b’mod kwantifikat l-evoluzzjoni tal-qagħda tal-BSE fi Stati Membri tul is-snin. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza, dawn il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u jkun applikabbli direttament f’kull Stat Membru.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 357/2008 (ĠU L 111, 23.4.2008, p. 3).
ANNESS
Fil-Parti I tal-Kapitolu A ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jiżdied il-punt 7 li ġej:
“7. Reviżjoni tal-programmi ta’ monitoraġġ annwali dwar il-BSE (programmi ta’ monitoraġġ tal-BSE), kif stipulat fl-Artikolu 6(1b)
7.1. Applikazzjonijiet ta’ l-Istati Membri
Applikazzjonijiet mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għal reviżjoni tal-programm tagħhom ta’ monitoraġġ annwali tal-BSE għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
tagħrif dwar is-sistema ta’ monitoraġġ annwali tal-BSE fis-seħħ matul il-perjodu preċedenti ta’ sitt snin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, inkluża dokumentazzjoni dettaljata li tipprovdi konformità mal-kriterji epidemjoloġiċi stipulati fil-punt 7.2; |
|
(b) |
tagħrif dwar is-sistema ta’ identifikazzjoni u traċċabbiltà bovina, kif imsemmi fil-punt (b) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b), fis-seħħ matul il-perjodu preċedenti ta’ sitt snin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, inkluża deskrizzjoni dettaljata tat-tħaddim tad-database kompjuterizzata kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1); |
|
(ċ) |
tagħrif dwar projbizzjonijiet fuq l-għalf ta’ l-annimali matul il-perjodu preċedenti ta’ sitt snin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, inkluża deskrizzjoni dettaljata ta’ l-infurzar tal-projbizzjoni ta’ l-għalf għal annimali miżmuma fl-irziezet, kif imsemmi fil-punt (ċ) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b), inkluż il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni u l-għadd u t-tip ta’ ksur tal-liġi misjuba kif ukoll ir-riżultati ta’ segwitu; |
|
(d) |
deskrizzjoni dettaljata tal-programm propost u rivedut ta’ monitoraġġ tal-BSE li jinkludi ż-żona ġeografika li fiha se jiġi implimentat il-programm u deskrizzjoni tas-sottopopolazzjonijiet ta’ annimali bovini li se jiġu koperti mill-programm rivedut ta’ monitoraġġ tal-BSE, inklużi indikaturi tal-limiti fl-età u d-daqs tal-kampjuni għall-ittestjar; |
|
(e) |
ir-riżultat ta’ analiżi tar-riskju komprensiva li turi li l-programm rivedut ta’ monitoraġġ tal-BSE se jiżgura l-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali. Din l-analiżi tar-riskju għandha tinkludi analiżi koorta tat-twelid u studji oħrajn rilevanti li għandhom l-għan li juru li l-miżuri ta’ tnaqqis fir-riskju tat-TSE, inklużi l-projbizzjonijiet ta’ l-għalf kif imsemmija fil-punt (ċ) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b), ġew implimentati b’mod effiċjenti. |
7.2. Kriterji epidemjoloġiċi
Applikazzjonijiet għal reviżjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ tal-BSE jistgħu jiġu aċċettati biss jekk l-Istat Membru kkonċernat jista’ juri li, b’żieda mar-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b) u (ċ) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b), il-kriterji epidemjoloġiċi li ġejjin huma sodisfatti fit-territorju tiegħu:
|
(a) |
għal perjodu ta’ minn l-anqas sitt snin konsekuttivi wara d-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ittestjar tal-BSE tal-Komunità kif imsemmi fil-punt (b) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b): jew
|
|
(b) |
wara l-perjodu ta’ sitt snin imsemmi fil-punt (a), ma hemm l-ebda evidenza li l-qagħda epidemjoloġika tal-BSE qed tmur għall-agħar. |