|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5227 |
23.9.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1932 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
(C/2025/5227)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1932 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jenħtieġ li jkomplu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 u fir-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/2147, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel id-29 ta' Mejju 2026, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135.
L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj.
(2) ĠU L, 2025/1932, 23.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1932/oj.
(3) ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5227/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)