|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4101 |
27.7.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12507 – LTM / RANDSTAD (DIGITAL SOLUTIONS BUSINESS))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/4101)
1.
Fis-17 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
LTM UK & Ireland Limited (“LTM UK”, ir-Renju Unit), sussidjarja kollha kemm hi ta’ LTM Limited (“LTM”, l-Indja), ikkontrollata minn Larsen & Toubro Limited (l-Indja), |
|
— |
Randstad Digital B.V. (in-Netherlands), Randstad Digital France SAS (Franza) u FinXL Professional Services Pty Ltd (l-Awstralja), flimkien ma’ Randstad Digital Solutions Business (“RDS”), attwalment ikkontrollati minn Randstad N.V. (in-Netherlands). |
LTM se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ RDS.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
LTM hija fornitur globali ta’ konsulenza tat-teknoloġija u soluzzjonijiet diġitali li toffri firxa komprensiva ta’ servizzi tal-IT f’diversi industriji, |
|
— |
RDS tipprovdi servizzi tal-IT u konsulenza lil firxa wiesgħa ta’ klijenti kummerċjali madwar l-Ewropa u l-Awstralja. Is-servizzi tagħha jinkludu servizzi ġenerali tal-cloud, tal-infrastruttura u tal-IT, inkluż fl-oqsma tal-esperjenza tal-klijent/tal-utent u tal-interfaċċa tal-utent, l-iżvilupp diġitali u tal-prodotti, id-data u l-analitika, is-soluzzjonijiet relatati mal-pjattaforma u mal-fluss tax-xogħol, iċ-ċibersigurtà, u servizzi oħra li jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali. Barra minn hekk, RDS toffri servizzi tar-riżorsi umani, inkluż ir-reklutaġġ u l-kollokament ta’ speċjalista diġitali, il-forniment ta’ ċentri globali tat-talent diġitali, soluzzjonijiet ġestiti u t-twettiq tal-programmi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12507 – LTM / RANDSTAD (DIGITAL SOLUTIONS BUSINESS)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4101/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)