European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2273

13.10.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2273

tat-12 ta’ Ottubru 2026

li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2619 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-aċidu idrokloriku għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

L-aċidu idrokloriku ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2. Għalhekk, skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jitqies bħala approvat skont dak ir-Regolament soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Fis-26 ta’ Ottubru 2022, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-aċidu idrokloriku għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 (“l-applikazzjoni”). L-applikazzjoni ġiet evalwata mill-awtorità kompetenti tal-Latvja.

(3)

Peress li l-approvazzjoni tal-aċidu idrokloriku kellha tiskadi fit-30 ta’ April 2024, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2619 (3) ipposponiet dik id-data tal-iskadenza għall-31 ta’ Ottubru 2026, biex ikun hemm biżżejjed żmien għall-eżami tal-applikazzjoni.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2246 (4) ġedded l-approvazzjoni tal-aċidu idrokloriku għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2, soġġett għall-kundizzjonijiet fl-Anness ta’ dak ir-Regolament, inkluża data tal-iskadenza tal-approvazzjoni ġdida. Għalhekk, jixraq li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2619 titħassar,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2619 titħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/8/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2619 tal-24 ta’ Novembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-aċidu idrokloriku għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2619, 27.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2619/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2246 tat-12 ta’ Ottubru 2026 li jġedded l-approvazzjoni tal-aċidu idrokloriku għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2026/2246 , 13.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2246/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2273/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)