01992D0260 — MT — 13.10.2017 — 032.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ l-10 ta’ April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati (ĠU L 130 15.5.1992, p. 67) |
Emendat bi:
Emendat bi:
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
||
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut b'
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-10 ta’ April 1992
dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati
(92/260/KEE)
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE, Stati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati:
— li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fl-Anness I,
— li jkunu konformi mal-ħtiġijiet eżiġiti f’wieħed mill-mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Anness II.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Il-Grupp Sanitarju A ( 1 )
L-Isvizzera (CH), il-Groenlandja (GL), l-Islanda (IS)
Il-Grupp Sanitarju B (1)
L-Awstralja (AU), il-Belarus (BY), ►M26 ————— ◄ il-Montenegro (ME), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ( 2 ) (MK), New Zealand(NZ), is-Serbja(RS), ir-Russja ( 3 ) (RU), l-Ukrajna (UA)
Il-Grupp Sanitarju C (1)
Il-Kanada (CA), iċ-Ċina (3) (CN), Ħong Kong (HK), l-Indja (3) (IN), il-Ġappun (JP), ir-Repubblika tal-Korea (KR), il-Makaw (MO), il-Malasja (peniżola) (MY), Singapor (SG), it-Tajlandja (TH), l-Istati Uniti tal-Amerika (US)
Il-Grupp Sanitarju D (1)
L-Arġentina (AR), Barbados (BB), Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (3) (BR), iċ-Ċile (CL), il-Kosta Rika (3) (CR), Kuba (CU), il-Ġamajka (JM), il-Messiku (3) (MX), il-Perù (3) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)
Il-Grupp Sanitarju E (1)
L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (3) (EG), l-Iżrael ( 4 ) (IL), il-Ġordan (JO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Katar (QA), l-Arabja Sawdija (3) (SA), it-Tuniżija (TN), it-Turkija (3) (TR)
Il-Grupp Sanitarju F (1)
L-Afrika t’Isfel (3) (ZA)
ANNESS II
|
A. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp A. |
|
B. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp B. |
|
Ċ. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp Ċ. |
|
D. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp D. |
|
E. |
Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp E. |
|
F. |
Ċertifikat tas-saħħa għad-dħul temporanju taż-żwiemel reġistrati minn pajjiżi terzi assenjati lill-grupp F. |
A
B
Ċ
►(5) M28
►(5) M18
►(5) C1
►(5) M29
►(5) M29
D
►(4) M6
►(4) M27
►(4) M29
►(4) M30
E
►(5) M19
►(5) A2
►(5) M24
►(5) M27
►(5) M33
F
( 1 ) Il-grupp sanitarju kif indikat fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. Pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom assenjati lil dak il-grupp sanitarju għandhom jużaw iċ-ċertifikat tas-saħħa bl-istess ittra stipulata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
( 2 ) Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun approvata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.
( 3 ) Parti mill-pajjiż terz jew territorju f’konformità mal-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 90/426/KEE kif indikat fil-kolonni 3 u 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.
( 4 ) Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael minn Ġunju tal-1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, il-Medda ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-kumplament tax-Xatt tal-Punent.