European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5200

6.10.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Ottubru 2026

li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Ċipru

(C/2026/5200)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Aristodemos ECONOMIDES, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvernijiet.

(3)

Il-Gvern ta' Ċipru iddeżinja kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Chrysanthos SAVVIDES huwa maħtur membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sur Aristodemos ECONOMIDES għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

J. O’CALLAGHAN


(1)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 19).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5200/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)