|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/235 |
16.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/235
tal-15 ta’ Jannar 2024
li japprova l-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12-C16)) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12-C16)) għat-tip ta’ prodott 2 (Nru CAS: 68424-85-1). |
|
(2) |
Il-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12-16)) ġie evalwat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2, diżinfettanti taż-żona privata u taż-żona tas-saħħa pubblika u prodotti bijoċidali oħra, kif deskritt fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jikkorrisondi għat-tip ta’ prodott 2, diżinfettanti u alkaċidi mhux maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew l-annimali, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
L-Italja nħatret bħala l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tagħha ppreżentat ir-rapport ta’ valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Settembru 2012. Wara s-sottomissjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni, saru diskussjonijiet f’laqgħat tekniċi organizzati mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 90(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 is-sustanzi li għalihom l-evalwazzjoni tal-Istati Membri tlestiet sal-1 ta’ Settembru 2013, għandhom jiġu evalwati f’konformità mad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 75(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali jħejji l-opinjoni tal-Aġenzija rigward l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi. F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, meħud flimkien mal-Artikolu 75(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjoni tal-Aġenzij fit-2 ta’ Diċembru 2021 (4), filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. Fl-opinjoni tagħha l-Aġenzija kkonkludiet li l-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12-16)) jista’ jiġi approvat bħala sustanza attiva, iżda tliet membri tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali pprovdew opinjonijiet tal-minoranza li esprimew tħassib dwar riskju possibbli għall-kompartiment tal-ħamrija. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni ulterjuri mal-Istati Membri dwar il-kwistjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, fejn ġie deċiż li kienet meħtieġa aktar diskussjoni fil-livell tekniku rigward ir-riskju għall-kompartiment tal-ħamrija. Sussegwentement, tressqet talba għal opinjoni lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 75(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta opinjoni riveduta tal-Aġenzija fis-7 ta’ Ġunju 2023 (5), fejn ikkonkluda li r-riskju għall-kompartiment tal-ħamrija huwa aċċettabbli. Skont dik l-opinjoni tal-Aġenzija, wieħed jista’ jistenna li l-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 li fihom il-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12-16)) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punti (b), (c) u (d), tad-Direttiva 98/8/KE, sakemm ikun hemm konformità ma’ ċerti rekwiżiti dwar l-użu tagħhom. |
|
(7) |
Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija, jixraq li l-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12-16)) jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2, soġġett għall-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta’ tħejjija biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12-C16)) huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
(4) L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva, il-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju; Tip ta’ Prodott: 2; ECHA/BPC/310/2021, adottata fit-2 ta’ Diċembru 2021.
(5) L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva, il-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju; Tip ta’ Prodott: 2; ECHA/BPC/387/2023, adottata fis-7 ta’ Ġunju 2023.
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||
|
Klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12-C16)) |
Isem IUPAC: - Nru KE: 270-325-2 Nru CAS: 68424-85-1 |
972 g/kg ta’ piż niexef |
fl-1 ta’ Lulju 2025. |
fit-30 ta’ Ġunju 2035. |
2 |
L-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jużaw il-klorur tal-alkil (C12-16) dimetilbenżil ammonju (ADBAC/BKC (C12-C16)) bħala s-sustanza attiva hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purità ugwali jew differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/235/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)