|
26.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 379/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1871
tat-22 ta’ Ottubru 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa
(notifikata bid-dokument C(2021) 7514)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprevedi li l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lill-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. Iridu jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta’ prodotti. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE (2) tistabbilixxi l-kriterji, u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u tal-verifiki, għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa |
|
(3) |
F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE (REFIT) tat-30 ta’ Ġunju 2017 (3), is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw ir-rilevanza ta’ emenda li tiżgura adozzjoni għolja tal-iskema għal dak il-grupp ta’ prodotti. Il-partijiet ikkonċernati pubbliċi ġew ikkonsultati wkoll. |
|
(4) |
Dik il-valutazzjoni kkonfermat li hemm bżonn deroga għall-pigment tad-diossidu tat-titanju (TiO2), Nru tal-CAS 13463-67-7, u għall-addittiv tal-pigment trimetilolpropan (TMP), Nru tal-CAS 77-99-6, biex ikun żgurat li l-kriterji jibqgħu għalkollox operattivi. |
|
(5) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 (4), il-pigment TiO2, fil-forma ta’ trab niexef, ingħata l-klassifikazzjoni armonizzata ta’ karċinoġenu tal-kategorija 2 permezz tan-nifs, bil-kodiċi ta’ periklu assoċjat H351 u d-dikjarazzjoni ta’ periklu “suspettat li jikkawża l-kanċer”, jekk 1 % jew aktar tal-partikoli TiO2 ikollhom dijametru ajrudinamiku ta’ 10 μm jew inqas. Din il-klassifikazzjoni se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2021 u minn dik id-data mhux se jkun aktar possibbli li jintuża d-diossidu tat-titanju fil-prodotti taż-żebgħa u l-verniċ bl-Ekotikketta tal-UE, f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu ż-0,010 % piż/piż, sakemm ma jkunx hemm deroga espliċita mir-rekwiżiti tal-kriterju 5(a)(i) stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE. |
|
(6) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet ikkonċernati tal-industrija, il-membri tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE u d-detenturi tal-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE, it-TiO2 bħalissa jintuża f’mill-inqas 91 % tal-prodotti taż-żebgħa u l-verniċ bl-Ekotikketta tal-UE, (il-kontenut tipiku tat-TiO2 hu 3-30 % piż/piż fiż-żebgħa u l-verniċ, u sa 65 % fil-pejsts li jagħtu l-lewn). Ekotikketti oħra tat-Tip I tal-ISO 14024 fl-Unjoni diġà jidderogaw l-użu tat-TiO2 irrispettivament mill-konċentrazzjoni fiż-żebgħa u l-verniċ likwidi li ma jkollhomx il-kodiċi tal-periklu H351. |
|
(7) |
It-TiO2 hu pigment superjuri għall-alternattivi magħrufa l-oħra kollha minħabba l-luminożità għolja tiegħu u l-indiċi rifrattiv għoli tiegħu. Biex tingħata opaċità partikolari lil kisja, iż-żebgħa u l-verniċ b’pigmenti alternattivi, bħall-ossidu taż-żirkonju, l-ossidu taż-żingu, is-sulfat tal-barju jew is-sulfat taż-żingu, jeħtieġ ikun fihom kontenut ogħla ta’ pigment jew jiġu applikati f’kisjiet aktar densi, b’impatt ambjentali akbar. |
|
(8) |
It-talba għal deroga għall-użu tat-TiO2 fiż-żebgħa u l-verniċ bl-Ekotikketta tal-UE jenħtieġ tapplika biss għat-taħlitiet fejn il-preżenza tat-TiO2 ma tagħtix lok għall-klassifikazzjoni tal-prodott finali bil-kodiċi ta’ periklu H351. Madankollu, skont ir-Regolament Delegat (UE) 2020/217, it-tikketta fuq l-imballaġġ ta’ taħlitiet likwidi li fihom 1 % jew aktar ta’ partikoli tat-TiO2 b’dijametru ajrudinamiku ta’ 10 μm jew inqas, jenħtieġ ikollha d-dikjarazzjoni EUH211: “Twissija! Jista’ jifforma qtar perikoluż li jinġibed man-nifs waqt l-isprejjar tiegħu. Tiġbidx l-isprej jew ir-raxx man-nifs.” kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(9) |
F’Marzu 2020, bħala parti minn sottomissjoni konġunta għall-inventarju tal-klassifikazzjoni u tat-tikkettar immexxi mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-addittiv tal-pigment TMP ngħata l-klassifikazzjoni tal-kategorija 2 ta’ reprotossiċi, bil-kodiċi ta’ periklu H361fd assoċjat u d-dikjarazzjoni ta’ periklu “suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità jew lit-tarbija fil-ġuf”. It-TMP ma jintużax direttament mill-produtturi taż-żebgħa, iżda jista’ jkun preżenti fil-pigmenti, bħala addittiv, f’konċentrazzjonijiet sa 1,0 % piż/piż tal-pigment (l-aktar komuni sa 0,6 %). Il-pigmenti trattati bit-TMP ma jistgħux jintużaw fil-prodotti taż-żebgħa u l-verniċ bl-Ekotikketta tal-UE, f’konċentrazzjonijiet tat-TMP fiż-żebgħa u l-verniċ li jaqbżu ż-0,010 % piż/piż. Biex tiffaċilita l-użu tal-pigmenti trattati bit-TMP, il-preżenza tat-TMP teħtieġ deroga espliċita mir-rekwiżiti tal-kriterju 5(a) “Restrizzjonijiet ġenerali għall-klassifikazzjonijiet ta’ periklu u l-frażijiet ta’ riskju” tad-Deċiżjoni 2014/312/UE. |
|
(10) |
Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-partijiet ikkonċernati tal-industrija, il-membri tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE u d-detenturi tal-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE, il-pigmenti jiġu ttrattati bit-TMP biex jitjieb il-fluss tal-massa tagħhom waqt id-dożaġġ u titjieb id-dispersjoni waqt it-taħlit. Il-pigmenti trattati bit-TMP jiffaċilitaw livelli ogħla ta’ dispersjoni u jnaqqsu l-ħin tat-taħlit (tnaqqis stmat ta’ 30 %), u dan jiffranka l-enerġija u jżid ir-rati tal-produttività tal-impjanti. Bħalissa ma hemm l-ebda alternattiva magħrufa li tipprovdi l-fluss tal-massa u l-benefiċċji tad-dispersjoni tat-TMP. Hu stmat li l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ alternattivi mhux perikolużi jew inqas perikolużi għat-TMP jieħdu mill-inqas sentejn mingħajr garanzija ta’ suċċess. L-użu kontinwu tal-pigmenti trattati bit-TMP fil-prodotti taż-żebgħa u l-verniċ diġà ġie permess f’diversi ekotikketti oħra tat-Tip I tal-ISO 14024 fl-Unjoni. |
|
(11) |
Il-ħtieġa għal derogi għat-TiO2 u għat-TMP wara l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2014/312/UE jenħtieġ tiġi vvalutata bir-reqqa waqt il-proċess ta’ reviżjoni tal-kriterji relatati. Fil-frattemp, l-industrija hi mħeġġa ssib alternattivi aktar sikuri għal dawk is-sustanzi. |
|
(12) |
Għaċ-ċarezza, fl-Appendiċi tal-Anness tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, fil-punt 1.(iii), jeħtieġ jinbidel il-limitu ta’ 0,0200 % indikat għas-sustanza 2-metil-2H-iżotijażol-3on (MIT), Nru tal-CAS 2682-20-4; Nru tal-CAS 220-239-6 jeħtieġ jiġi sostitwit b’0,0015 %, biex il-kontenut tal-Kriterju 5(a) ta’ dak l-Anness jiġi armonizzat mat-13-il adattament għall-progress tekniku u xjentifiku (ATP) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (6), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2020. |
|
(13) |
It-13-il adattament għall-progress tekniku u xjentifiku (ATP) fil-fatt baxxa l-konċentrazzjoni tal-limitu tal-MIT għal 0,0015 % li twassal għall-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala sensitizzatur tal-ġilda, il-kategorija 1 A bil-kodiċi ta’ periklu assoċjat H317 u d-dikjarazzjoni ta’ periklu “tista’ tikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda”. Il-kriterju 5(a) ma jippermettix li l-prodott finali taż-żebgħa jew l-verniċ bl-Ekotikketta tal-UE jiġi kklassifikat bil-kodiċi ta’ periklu H317 sakemm ma jkunx hemm deroga espliċita. Għalhekk, il-limitu ta’ 0,0200 % indikat għall-MIT fl-Appendiċi tal-Ekotikketta tal-UE tal-Anness tad-Deċiżjoni 2014/312/UE hu kontradittorju u jenħtieġ jiġi sostitwit b’0,0015 %. |
|
(14) |
Għaċ-ċarezza, fl-Appendiċi tal-Anness tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, fil-punt 1.(iii), il-limitu ta’ 0,0500 % indikat għas-sustanza 2-ottil-2H-isotijażol-3-on (OIT), Nru tal-CAS 26530-20-1; Nru tal-KE 247-761-7, jeħtieġ jiġi sostitwit b’0,0015 %, biex il-kontenut tal-Kriterju 5(a) ta’ dak l-Anness jiġi armonizzat mal-15-il adattament għall-progress tekniku u xjentifiku (ATP) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, li se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2022. |
|
(15) |
Il-15-il adattament għall-progress tekniku u xjentifiku (ATP) hu biex il-konċentrazzjoni tal-limitu tal-OIT titbaxxa għal 0,0015 %, u dan iwassal għal klassifikazzjoni tat-taħlita bħala sensitizzatur tal-ġilda, il-kategorija 1 A bil-kodiċi ta’ periklu assoċjat H317 u d-dikjarazzjoni ta’ periklu “tista’ tikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda”. Il-kriterju 5(a) ma jippermettix li l-prodott finali taż-żebgħa jew l-verniċ bl-Ekotikketta tal-UE jiġi kklassifikat bil-kodiċi ta’ periklu H317 sakemm ma jkunx hemm deroga espliċita. Għalhekk il-limitu ta’ 0,0500 % indikat għall-OIT fl-Appendiċi tal-Ekotikketta tal-UE ikun kontradittorju mill-1 ta’ Marzu 2022 u jenħtieġ jiġi sostitwit b’0,0015 %, b’effett minn dik id-data ’l quddiem. |
|
(16) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2014/312/UE jenħtieġ tiġi emendata skont dan. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/312/UE hu emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 45).
(3) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 122/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355 final).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU L 44, 18.2.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 tal-4 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (ĠU L 251, 5.10.2018, p. 1).
ANNESS
L-Appendiċi tal-Anness tad-Direttiva 2014/312/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-Taqsima intitolata “1. Preservattivi miżjuda ma’ koloranti, sustanzi li jgħaqqdu u l-prodott finali, (iii) Total totali permess ta’ sustanzi u komposti tal-iżotijażolinon fil-prodott lest għall-użu” hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fit-Taqsima intitolata “5. Sustanzi funzjonali mixxellanji b’applikazzjoni ġenerali”, il-punt (f) (Pigmenti) hu sostitwit b’dan li ġej:
|