Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli tadotta, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tal-bini (ĠU L 1, p. 65).
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u r-regoli amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tal-bini, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.