European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2057

18.9.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2057

tas-17 ta’ Settembru 2026

li jżid mal-kwoti tas-sajd tal-2026 ċerti kwantitajiet miżmuma fl-2025 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, għal ħażniet soġġetti għal TAC analitika, Stat Membru li għalih tkun ġiet allokata kwota rilevanti jista’ jitlob lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta’ Ottubru tas-sena tal-applikazzjoni tal-kwota, biex iżomm 10 % tal-kwota tiegħu li trid tiġi ttrasferita għas-sena li jmiss.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2024/2903 (2), (UE) 2025/202 (3) u (UE) 2025/219 (4) jiffissaw il-kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut għall-2025 u jispeċifikaw liema stokkijiet tal-ħut jistgħu jkunu soġġetti għall-miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 847/96.

(3)

Ir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2025/2454 (5), (UE) 2026/249 (6) u (UE) 2026/266 (7) jiffissaw il-kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut għall-2026.

(4)

Ċerti Stati Membri talbu, qabel il-31 ta’ Ottubru 2025, li parti mill-kwoti tagħhom għall-2025 għal ċerti stokkijiet tal-ħut tinżamm u tiġi ttrasferita għall-2026. L-istokkijiet tal-ħut li t-trasferiment tagħhom qed jintalab kif ukoll l-istat ta’ sfruttament tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 847/96 għal tali trasferiment. Soġġetti għal-limiti previsti f’dak ir-Regolament, il-kwantitajiet miżmuma jenħtieġ li jiżdiedu mal-kwoti għall-2026.

(5)

Sabiex tiġi evitata l-flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li tfixkel il-kisba tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd u li tiddeterjora l-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, fil-każ li Stat Membru jkun ġa uża l-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) fir-rigward ta’ stokk partikolari, l-ebda riport ta’ kwoti tas-sajd mhux użati ma jenħtieġ li japplika skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u viċi versa.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd stabbiliti għall-2026 fir-Regolamenti (UE) 2025/2454, (UE) 2026/249 u (UE) 2026/266 huma miżjuda kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/847/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2903 tat-18 ta’ Novembru 2024 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2025 u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L, 2024/2903, 19.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2903/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/202 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 u l-2026 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 (ĠU L, 2025/202, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/202/oj).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/219 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jistabbilixxi għall-2025 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2025/219, 4.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/219/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/2454 tal-1 ta’ Diċembru 2025 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2026 u li jemenda r-Regolament (UE) 2025/202 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L, 2025/2454, 2.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2454/oj).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/249 tas-26 ta’ Jannar 2026 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2026, l-2027 u l-2028 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2025/202 (ĠU L, 2026/249, 30.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/249/oj).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/266 tas-26 ta’ Jannar 2026 li jistabbilixxi għall-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2026/266, 30.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/266/oj).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).


ANNESS

Stokkijiet tal-ħut li għalihom il-kwoti ġew iffissati bir-Regolament (UE) 2024/2903

ID tal-pajjiż

ID tal-istokk

Speċijiet

Isem iż-żona

Kwota finali fl-2025 (1) (f’tunnellati)

Qabdiet fl-2025 (f’tunnellati)

Qabdiet b’kundizzjoni speċjali (2) fl-2025 (f’tunnellati)

Qabdiet totali fl-2025 (f’tunnellati)

% tal-użu tal-kwota finali

Kwantità trasferita (f’tunnellati)

PL

PLE/3BCD-C

Barbun tat-tbajja’

l-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22–32

1 885,134

57,907

0,000

57,907

3,07

188,513

PL

SPR/3BCD-C

Laċċ ikħal

l-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22–32

43 179,056

41 038,959

0,000

41 038,959

95,04

2 140,097

(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar il-kwoti tas-sajd, jiġifieri ir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2024/2903, (UE) 2025/202 jew (UE) 2025/219, wara li jitqiesu l-iskambji tal-kwoti tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 , it-trasferimenti tal-kwoti mill-2024 għall-2025 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 jew mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis possibbli tal-kwoti tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.).

(2)  Kundizzjoni speċjali stabbilita fl-Annessi tar-Regolamenti rilevanti li jiffissaw l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2025.

Stokkijiet tal-ħut li għalihom il-kwoti ġew iffissati bir-Regolament (UE) 2025/202

ID tal-pajjiż

ID tal-istokk

Speċijiet

Isem iż-żona

Kwota finali fl-2025 (3) (f’tunnellati)

Qabdiet fl-2025 (f’tunnellati)

Qabdiet b’kundizzjoni speċjali (4) fl-2025 (f’tunnellati)

Qabdiet totali fl-2025 (f’tunnellati)

% tal-użu tal-kwota finali

Kwantità trasferita (f’tunnellati)

BE

RJU/7DE.

Rajja ondjata

7d u 7e

328,970

37,572

0,000

37,572

11,42

32,897

DE

RJU/7DE.

Rajja ondjata

7d u 7e

4,430

0,000

0,000

0,000

0,00

0,443

ES

RJE/7FG.

Raja għewejna

7f u 7 g

7,000

0,000

0,000

0,000

0,00

0,700

ES

RJU/7DE.

Rajja ondjata

7d u 7e

355,670

0,000

0,000

0,000

0,00

35,567

FR

RJU/7DE.

Rajja ondjata

7d u 7e

1 853,500

673,272

0,000

673,272

36,32

185,350

IE

RJE/7FG.

Raja għewejna

7f u 7 g

8,000

0,000

0,000

0,000

0,00

0,800

IE

RJU/7DE.

Rajja ondjata

7d u 7e

168,820

0,000

0,000

0,000

0,00

16,882

LT

RJU/7DE.

Rajja ondjata

7d u 7e

6,000

0,000

0,000

0,000

0,00

0,600

NL

RJU/7DE.

Rajja ondjata

7d u 7e

4,070

0,385

0,000

0,385

9,46

0,407

PL

HER/1/2-

Aringa

l-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali ta’ 1 u 2

51,106

0,000

0,000

0,000

0,00

5,111

PL

MAC/*4 A-UK

Kavall

l-ilmijiet tar-Renju Unit ta’ 4a (kundizzjoni speċjali għal MAC/2CX14-)

862,601

709,235

0,000

709,235

82,22

86,260

PL

MAC/*8ABD.

Kavall

8a, 8b u 8d (kundizzjoni speċjali għal MAC/8C3411)

682,265

614,039

0,000

614,039

90,00

68,226

PL

MAC/2CX14-

Kavall

6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tar-Renju Unit u internazzjonali ta’ 5b; l-ilmijiet internazzjonali 2a, 12 u 14

890,075

91,980

709,235

801,215

90,02

88,860

PL

MAC/8C3411

Kavall

8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tas-CECAF 34.1.1

682,265

0,000

614,039

614,039

90,00

68,226

PL

WHB/1X14

Stokkafixx

l-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta’ 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14

60 573,504

56 870,608

0,000

56 870,608

93,89

3 702,896

PT

RJU/7DE.

Rajja ondjata

7d u 7e

6,700

0,000

0,000

0,000

0,00

0,670

(3)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar il-kwoti tas-sajd, jiġifieri ir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2024/2903, (UE) 2025/202 jew (UE) 2025/219, wara li jitqiesu l-iskambji tal-kwoti tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, it-trasferimenti tal-kwoti mill-2024 għall-2025 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 jew mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis possibbli tal-kwoti tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009).

(4)  Kundizzjoni speċjali stabbilita fl-Annessi tar-Regolamenti rilevanti li jiffissaw l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2025.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2057/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)