<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑667/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0667</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:368">EU:C:2013:368</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20130606">6.6.2013</DATE> — KAWŻA C-667/11</P><P>PALTRADE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1225/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 13 u 14</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw miċ-Ċina</KEYWORD><KEYWORD>Dazji antidumping</KEYWORD><KEYWORD>Evażjoni</KEYWORD><KEYWORD>Spedizzjoni mill-ġdid tal-merkanzija vija l-Malasja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 723/2011</KEYWORD><KEYWORD>Reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Irkupru tad-dazji antidumping</KEYWORD><KEYWORD>Retroattività</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-667/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20111227">27 ta’ Diċembru 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Paltrade EOOD</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nachalnik na Mitnicheski punkt – Pristanishte Varna pri Mitnitsa Varna,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, G. Arestis (Relatur), J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev u J. L. da Cruz Vilaça, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għan-Nachalnik na Mitnicheski punkt – Pristanishte Varna pri Mitnitsa Varna, minn S. Valkova, S. Yordanova u V. Konova, kif ukoll minn M. Yanev,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn T. Ivanov u Y. Atanasov, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala agent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Ungerija, minn K. Szíjjártó, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. França, D. Stefanov u A. Stobiecka-Kuik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ ġbir retroattiv tad-dazji antidumping fil-kuntest tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011, tat-<DATE ISO="20110718">18 ta’ Lulju 2011</DATE>, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinnati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="6" NO.OJ="194" DATE.PUB="2011">ĠU L 194, p. 6</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament ta’ Implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), sussegwentement għal investigazzjoni ta’ evażjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="51" NO.OJ="343" DATE.PUB="2009">ĠU L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Paltrade EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Paltrade<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u n-Nachalnik na Mitnicheski punkt – Pristanishte Varna (Kap tal-Uffiċċju tad-Dwana tal-Port ta’ Varna) quddiem in-Nachalnik Mitnitsa Varna (Direttur tad-Dwana ta’ Varna) (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>awtorità doganali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar deċiżjoni li tikkundanna lil Paltrade tħallas dazji antidumping addizzjonali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 19 tar-Regolament bażiku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[...] Minħabba l-falliment, sa issa, tan-negozjati multilaterali u u waqt li għadu pendenti r-riżultat tar-referenza lill-Kumitat Kontra Dumping tal-Ö WTO Õ, huwa meħtieġ li jiġu introdotti disposizzjonijiet ġodda fil-leġislazzjoni tal-Komunità li jkollhom x’jaqsmu mad-drawwiet, li jinkludu s-sempliċi assemblaġġ tal-merkanzija fil-Komunità jew f’pajjiż terz, li jkollhom bħala l-iskop ewlieni tagħhom, l-evitar tal-miżuri kontra d-dumping.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Evażjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazji ta’ kontra d-dumping imposti skond dan ir-Regolament jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ta’ prodotti simili, kemm jekk ftit modifikati kemm jekk le; jew għal importazzjonijiet ta’ prodotti simili ftit modifikati mill-pajjiż li hu soġġett għall-miżuri; jew għal partijiet minnhom, meta tkun qed issir evażjoni mill-miżuri fis-seħħ. [...] Evażjoni għandha tiġi mfissra bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Komunità jew bejn kumpanniji individwali fil-pajjiż soġġett għall-miżuri u l-Komunità, li tinħoloq minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom hemm raġuni tajba jew ġustifikazzjoni ekonomika insuffiċjenti ħlief l-imposizzjoni ta’ dazju, u fejn ikun hemm xhieda ta’ ħsara jew li l-effetti tad-dazju biex iġibu rimedju qiegħdin jiddgħajfu fir-rigward tal-prezzijiet u/jew il-kwantitajiet ta’ prodott simili, u fejn ikun hemm xhieda ta’ dumping rigward il-valuri normali stabbiliti preċedentement għall-prodott simili, jekk ikun neċessarju skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skond dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ l-Istati Membri jew xi parti interessata fuq il-bażi ta’ xiedha suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-bidu ta’ l-investigazzjonijiet għandu jsir, [...] permezz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jista’ ukoll jagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni skond l-Artikolu 14(5) jew li jitolbu garanziji. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, li tista’ tkun assistita minn awtoritajiet doganali u għandhom jintemmu fi żmien disa’ xhur. Meta l-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta sottomessa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv. [...] L-estensjoni tibda’ sseħħ mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 14(5) jew li fiha ġew mitluba l-garanziji. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="014.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tidderieġi l-awtoritajiet tad-dwana biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jistgħu sussegwentament jiġu applikati kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ reġistrazzjoni bħal din. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija Komunitarja li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. Għandha tiġi introdotta reġistrazzjoni mir-regolament li għandu jispeċifika l-iskop ta’ l-azzjoni u, jekk xieraq, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni. L-importazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħmula soġġetti għal reġistrazzjoni ta’ perjodu itwal minn disa xhur.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-<DATE ISO="20090126">26 ta’ Jannar 2009</DATE>, impona dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="029" DATE.PUB="2009">ĠU L 29, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-regolament, ir-rata tad-dazju antidumping definittiv għall-kumpanniji l-oħra kollha għajr dawk elenkati fit-tabella li tinsab f’din id-dispożizzjoni hija stabbilita għal 85 % taħt il-kodiċi TARIC addizzjonali A999.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Sussegwentement, permezz tar-Regolament tagħha (UE) Nru 966/2010, tas-<DATE ISO="20101027">27 ta’ Ottubru 2010</DATE>, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri antidumping stabbiliti bir-Regolament Nru 91/2009 permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar mibgħuta mill-Malasja, sew jekk dawn kienu ġew iddikjarati li joriġinaw minn dan il-pajjiż u sew jekk le, u li jissuġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="29" NO.OJ="282" DATE.PUB="2010">ĠU L 282, p. 29</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessa 18 tar-Regolament Nru 966/2010 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat għandhom ikunu suġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f’ċirkomvenzjoni, ikunu jistgħu jiġu ntaxxati dazji tal-anti-dumping ta’ ammont xieraq retroattivament mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet li jitilqu mill-Malasja.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament issuġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implementazzjoni jipprovdi għall-estensjoni tad-dazju antidumping definittiv stabbilit bir-Regolament Nru 91/2009 għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar mibgħuta mill-Malasja, sew jekk dawn kienu ġew iddikjarati li joriġinaw minn dan il-pajjiż u sew jekk le. Għaldaqstant, l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kumpaniji l-oħra kollha<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta[l-prodotti kkonċernati] li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, hu b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta[l-prodotti kkonċernati] ikkunsinjati mill-Malasja sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex73181290, ex73181491 [...] (kodiċi TARIC [...]7318129091, [...] 7318149191 [...]), [...]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju estiż mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 966/2010 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 1.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="629" NO.OJ="352M" DATE.PUB="20081231">ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 629</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="078.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom jew fuq talba ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni, jemendaw id-dikjarazzjoni wara l-ħelsien tal-merkanzija.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn reviżjoni tad-dikjarazzjoni jew eżami wara l-ħelsien tal-merkanzija jindika illi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta’ dwana involuta ġew applikati fuq il-bażi ta’ informazzjoni skorretta jew mhux sħiħa, l-awtoritajiet doganali għandhom, skond kull dispożizzjoni stipulata, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni, wara li tkun ikkunsidrata l-informazzjoni ġdida disponibbli għalihom.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 217(1)(a) tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="217.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew dazju fuq l-esportazzjoni li jirriżulta minn dejn doganali, minn hawn ’l isfel imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ammont ta’ dazju<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>, għandu jiġi kalkolat mill-awtoritajiet doganali malli jkollhom id-dettalji neċessarji, u għandu jiddaħħal minn dawk l-awtoritajiet fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti (dħul fil-kontijiet).</P><P>L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn ikun ġie introdott dazju proviżorju kontra r-roħs eċċessiv jew protettiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 555/2011, tas-<DATE ISO="20110606">6 ta’ Ġunju 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="3" NO.OJ="150" DATE.PUB="2011">ĠU L 150, p. 3</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej, min issa ’l quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Taric<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>, li tħaddan fiha l-ħtiġiet kollha ta’ Tariffa Doganali Komuni, l-statistiċi esterni tal-kummerċ, il-linji politiċi kummerċjali, agrikoli u linji politiċi oħra tal-Komunità rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ oġġetti, għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjponi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20110131">31 ta’ Jannar 2011</DATE>, Paltrade, stabbilita f’Varna, għamlet dikjarazzjoni doganali permezz ta’ Dokument Amministrattiv Uniku Nru 11BG002005H0004290 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>DAU<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), li tissuġġetta għas-sistema ta’ tqegħid għall-konsum b’ċirkulazzjoni libera simultanja l-merkanzija sussegwenti: <FT TYPE="NUMBER">2528800</FT> vit għall-injam u 634 000 vit li jaqbdu kamin waħedhom (self-tapping), li kienet intbagħtet mill-Malasja u li kienet tifforma parti mill-prodotti li fuqhom kellu jiġi impost id-dazju antidumping skont ir-Regolament ta’ Implementazzjoni. Id-dazji doganali u t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuti ddaħħlu fil-kontijiet fil-<DATE ISO="20110131">31 ta’ Jannar 2011</DATE>, jiġifieri qabel id-dazju antidumping ma kien ġie definittivament estiż għall-importazzjoni ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Madankollu, wara d-dħul fis-seħħ, fis-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni adottat, abbażi tal-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali, l-awtorità doganali, sussegwentement għar-rilaxx tal-merkanzija inkwistjoni, wettqet verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dikjarazzjoni sabiex tivverifika l-eżattezza tad-data li kienet tinsab fiha. Wara l-verifika tad-DAU u tad-dokumenti mehmuża miegħu, l-awtorità doganali kkonstatat li dan id-dokument kien ġie rreġistrat matul il-perijodu ta’ investigazzjoni mibdija skont ir-Regolament Nru 966/2010. Għaldaqstant, l-awtorità doganali rrettifikat id-data li kienet tinsab f’dan id-dokument.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-awtoritajiet doganali Bulgari ma adottawx xi miżuri speċifiċi bil-għan tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Malasja, u lanqas ma rreġistraw il-kodiċi TARIC addizzjonali – A999 previst fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 91/2009. Għall-kuntrarju, huma applikaw il-proċedura normali ta’ reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali magħmula skont il-mudell tad-DAU, fis-sistema ta’ informazzjoni integrata tas-servizzi doganali Bulgari (Balgarska integrirana mitnicheska informatsionna sistema, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>BIMIS<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ Deċiżjoni Nru 9300-843, tal-<DATE ISO="20110810">10 ta’ Awwissu 2011</DATE>, l-awtorità doganali imponiet fuq Paltrade l-ħlas ta’ ammont addizzjonali ta’ BGN 14 623.75 bħala dazji antidumping u ta’ BGN 2 924.76 bħala VAT. Paltrade ressqet rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Administrativen sad Varna.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Administrativen sad Varna ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.P><TXT>Il-ġbir retroattiv ta’ dazju antidumping skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ [Implementazzjoni] huwa permissibbli mingħajr ir-reġistrazzjoni tal-importazzjoni, għajr għar-reġistrazzjoni mad-dwana tad-Dokument Amministrattiv Uniku fis-sistema BIMIS, bil-kodiċi TARIC addizzjonali previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 91/2009?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Liema huwa l-ammont xieraq, fis-sens tal-premessa 18 tar-Regolament Nru 966/2001, ta’ dazju antidumping miġbur retroattivament skont ir-Regolament [ta’ Implementazzjoni]?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, minn naħa, jekk l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku li għalih jirreferi l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 966/2010 għandux jiġi interpretat fis-sens li modalitajiet ta’ reġistrazzjoni bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma konformi ma’ din id-dispożizzjoni u għaldaqstant huma suffiċjenti għall-ġbir retroattiv tad-dazju antidumping skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni wara investigazzjoni li tikkonkludi li hemm evażjoni tad-dazji antidumping definittivi imposti bir-Regolament Nru 91/2009 u, min-naħa l-oħra, skont il-każ, xi jkun l-ammont ta’ tali dazju antidumping estiż miġbur retroattivament skont ir-Regolament ta’ Implementazzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Gvern Bulgaru u l-awtorità doganali jqisu li ma huwiex neċessarju li tiġi introdotta reġistrazzjoni differenti minn dik tad-DAU fil-BIMIS, peress li din tippermetti interkonnessjoni bejn sistemi ta’ informazzjoni bbażati fuq il-kodiċijiet TARIC. Skont dawn il-partijiet, id-dokumenti doganali għat-tipi kollha ta’ destinazzjonijiet u ta’ sistemi doganali previsti mil-leġiżlazzjoni doganali Ewropea u nazzjonali huma s-suġġett ta’ pproċessar awtomatiku mill-BIMIS li tippermetti li tinġabar informazzjoni mid-database ta’ dokumenti doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol u Taljan, l-Ungerija kif ukoll il-Kummissjoni jqisu wkoll li d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku, tar-Regolament Nru 966/2010 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet inkwistjoni ma jeħtieġux il-ħolqien ta’ reġistrazzjoni speċifika. Kull sistema nazzjonali ta’ reġistrazzjoni għandha titqies li hija suffiċjenti jekk din tippermetti lill-awtoritajiet doganali jsiru jafu dwar l-importazzjonijiet irreġistrati, waqt il-pubblikazzjoni tar-regolament li jistabbilixxi li d-dazji antidumping għandhom jiġu imposti fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati, u jkunu jistgħu jiġbru u jinnotifikaw dawn id-dazji.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid li r-reġistrazzjoni fis-seħħ tad-dokumenti amministrattivi uniċi fil-BIMIS hija iktar minn suffiċjenti sabiex jintlaħqu l-għajnijiet tal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-konvenut fil-kawża prinċipali, il-Kummissjoni u l-gvernijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet isostnu li r-Regolament ta’ Implementazzjoni jindika espressament li, fir-rigward tal-kumpanniji tal-Malasja li għalihom huwa estiż id-dazju antidumping definittiv stabbilit bir-Regolament Nru 91/2009, huwa neċessarju li tiġi applikata r-rata ta’ dan id-dazju antidumping, stabbilita għal 85 %.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, id-dazji antidumping stabbiliti skont dan ir-regolament jistgħu jiġu estiżi għall-importazzjonijiet, minn Stati terzi, ta’ prodotti simili jew ta’ partijiet minn dawn il-prodotti meta tkun qed issir evażjoni tal-miżuri fis-seħħ. Skont l-Artikolu 13(3), l-investigazzjoni għandha tinbeda permezz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jista’ jobbliga lill-awtoritajiet doganali jirrendu obbligatorja r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, minn dan l-Artikolu jirriżulta li, fil-każ tal-eżistenza ta’ evażjoni, l-estensjoni tal-miżuri definittivi diġà stabbiliti tibda tapplika mid-data li fiha r-reġistrazzjoni ġiet imposta skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont din l-aħħar dispożizzjoni, il-Kummissjoni tista’ tobbliga lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jieħdu miżuri adatti sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet b’mod li miżuri estiżi għall-prodotti kkonċernati jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra l-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti mid-data tar-reġistrazzjoni tagħhom. Ir-reġistrazzjoni tal-prodotti kkonċernati għandha tiġi introdotta permezz ta’ regolament li jippreċiża l-għan tal-miżura u, skont il-każ, l-ammont stmat tad-dazji li jista’ jkollhom jitħallsu fil-futur. L-importazzjonijiet ma għandhomx ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni għal perijodu itwal minn disa’ xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi rrilevat li, skont l-għan u l-istruttura tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-premessa 19 u l-Artikolu 13 tiegħu, regolament li jestendi dazju antidumping huwa intiż biss sabiex jiżgura l-effettività tiegħu, u sabiex jevita li ssir evażjoni tiegħu. Għaldaqstant, miżura li testendi dazju antidumping definittiv hija biss ta’ natura anċillari fir-rigward tal-att inizjali li jistabbilixxi dan id-dazju li jipproteġi l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri definittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-obbligu ta’ reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ikkonċernati, fil-kuntest speċifiku ta’ evażjoni, jikkonċerna wkoll l-effettività tal-miżuri definittivi estiżi billi jirrendi possibbli l-applikazzjoni retroattiva tad-dazji sabiex jiġi evitat li l-miżuri definittivi li għandhom jiġu applikati jitilfu l-effett utli tagħhom. F’dan ir-rigward, peress li l-Kummissjoni ordnat lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jieħdu miżuri adatti għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ikkonċernati sabiex jiġi żgurat il-ġbir retroattiv tad-dazji antidumping estiżi, dawn l-awtoritajiet huma obbligati jikkonformaw ruħhom ma’ dan l-obbligu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, ir-Regolament Nru 91/2009 stabbilixxa d-dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw miċ-Ċina. Sussegwentement, ir-Regolament Nru 966/2010, billi jiftaħ investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ din il-miżura, impona, permezz tal-Artikolu 2 tiegħu, skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati mibgħuta mill-Malasja. Sussegwentement għall-istabbiliment tal-eżistenza ta’ evażjoni, ir-Regolament ta’ Implementazzjoni estenda d-dazju antidumping definittiv stabbilit bir-Regolament Nru 91/2009 għall-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati mibgħuta mill-Malasja, sew jekk dawn kienu ġew iddikjarati li joriġinaw minn dan il-pajjiż u sew jekk le.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 966/2010 jirriżulta li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Istati Membri huma obbligati jadottaw ċerti miżuri ta’ implementazzjoni adatti għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ikkonċernati, skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe detall fir-Regolament bażiku u fir-Regolament Nru 966/2010 dwar il-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri għandhom jipproċedu għar-reġistrazzjoni, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet ta’ din ir-reġistrazzjoni b’mod li jkun korrettament żgurat il-ġbir retroattiv tad-dazji antidumping estiżi u b’mod li għaldaqstant jintlaħaq l-għan ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-proċess jirriżulta li r-reġistrazzjoni permezz tad-DAU fis-sistema BIMIS fis-seħħ tissodisfa l-obbligu impost, sa fejn din ma tħalli ebda dubju dwar l-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet kollha ta’ importazzjonijiet taxxabbli tal-prodotti kkonċernati u tippermetti li tinġabar b’mod effettiv l-informazzjoni kollha disponibbli sabiex jitwettaq ġbir retroattiv korrett tad-dazji antidumping estiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, reġistrazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-reġistrazzjoni inkwistjoni tissodisfa l-obbligu impost mid-dispożizzjonijiet applikabbli tar-regolamenti inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rata tad-dazju antidumping miġbur retroattivament skont ir-Regolament ta’ Implementazzjoni, mill-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li d-dazju li huwa estiż għall-importazzjonijiet tal-merkanzija kkonċernata mill-Malasja huwa d-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kumpaniji l-oħra kollha<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 91/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 1(2) ta’ dan l-aħħar regolament, ir-rata tad-dazju antidumping estiż hija ta’ 85 %.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>L-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku li għalih jirreferi l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 966/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li modalitajiet ta’ reġistrazzjoni bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma konformi ma’ din id-dispożizzjoni u għaldaqstant huma suffiċjenti għall-ġbir retroattiv tad-dazju antidumping skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni wara investigazzjoni li tikkonkludi li hemm evażjoni tad-dazji antidumping definittivi imposti bir-Regolament Nru 91/2009.</P></ITEM><ITEM><P>Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 91/2009, ir-rata tad-dazju antidumping estiż miġbur retroattivament fuq l-importazzjonijiet preċedenti għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implementazzjoni hija ta’ 85 % għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kumpaniji l-oħra kollha<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, li għalih jirreferi l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 966/2010, tas-<DATE ISO="20101027">27 ta’ Ottubru 2010</DATE>, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li jitilqu mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li modalitajiet ta’ reġistrazzjoni bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma konformi ma’ din id-dispożizzjoni u għaldaqstant huma suffiċjenti għall-ġbir retroattiv tad-dazju antidumping skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011, tat-<DATE ISO="20110718">18 ta’ Lulju 2011</DATE>, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, wara investigazzjoni li tikkonkludi li hemm evażjoni tad-dazji antidumping definittivi imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas- <DATE ISO="20090126">26 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.</HT></P><?PAGE NO="9"?><P><HT TYPE="BOLD">Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 91/2009, ir-rata tad-dazju antidumping estiż miġbur retroattivament fuq l-importazzjonijiet preċedenti għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 723/2011 hija ta’ 85 % għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kumpaniji l-oħra kollha<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>