7.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10742 – HARTREE / CATL / CFC / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 262/11)

1.   

Fit-28 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Hartree Partners Singapore Pte. Limited (“Hartree”, Singapore), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Hartree Partners, LP, finalment ikkontrollata minn Brookfield (Ontario, il-Kanada) u Oaktree (California, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Contemporary Amperex Technology Co. Ltd (“CATL”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina),

—

Cathay Fortune Corporation (“CFC”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina).

Hartree, CATL u CFC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab iffurmata ġdida.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Hartree hija ditta kummerċjali globali tal-komoditajiet li tispeċjalizza fl-enerġija, il-komoditajiet u s-swieq finanzjarji, inklużi l-enerġija, il-metalli, l-enerġija rinnovabbli, u t-titoli.

—

CATL hija attiva fil-manifattura tal-batteriji b’enfasi fuq l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ batteriji tal-joni tal-litju b’potenza rikarikabbli ta’ daqs kbir użati għall-vetturi u għas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija.

—

CFC hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità li tinvesti prinċipalment f’minerali, enerġija ġdida u materjali ġodda madwar id-dinja.

3.   

Il-Joint Venture se tkun attiva fl-iżvilupp u t-tħaddim ta’ impjanti tal-ħżin tal-enerġija f’pajjiżi bħall-Awstralja, iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerka u fl-Unjoni Ewropea. Il-pajjiżi inizjali li fihom il-Joint Venture tippjana li tiżviluppa proġetti jinkludu l-Awstralja, l-Indja, il-Ġappun u r-Renju Unit.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10742 – HARTREE / CATL / CFC / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.