IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.10.2019
COM(2019) 487 final
ITTRA EMENDATORJA Nru 1 GĦALL-ABBOZZ TAL-BAĠIT ĠENERALI 2020
Aġġornament tal-ħtiġijiet stmati għan-nefqa agrikola
Aġġustamenti marbuta mal-proposti leġiżlattivi inklużi fil-pakkett ta' tħejjija għall-Brexit tal-4 ta' Settembru 2019
Tisħiħ ta' baġits amministrattivi u aġġornamenti oħra abbażi ta' żviluppi reċenti
Aġġustament tal-istruttura tal-baġit u korrezzjoni teknika
Wara li kkunsidraw:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…), u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
–l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, kif adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Lulju 2019,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Ittra Emendatorja Nru 1 tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 għar-raġunijiet stabbiliti fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.
BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fir-rapport tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fil-EUR-Lex (
https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm
). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.
WERREJ
1.
Introduzzjoni
2.
Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
2.1 Ħarsa ġenerali
2.2 Kummenti dettaljati
2,3 Ċifri dettaljati skont il-linja baġitarja
3.
L-aġġustamenti relatati mal-proposti leġiżlattivi inklużi fil-pakkett ta’ tħejjija għall-Brexit tal-4 ta’ Settembru 2019.
3,1 Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
3,2 Ħolqien ta’ linja baġitarja ġdida fid-Dikjarazzjoni Ġenerali tad-Dħul
4.
Aġġustamenti oħrajn
4.1 Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
4.2 Taqsima X – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
4.3 Aġġornament tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli
5.
Aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi
5.1 Fond għall-Innovazzjoni
5.2 L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
6.
Tabella fil-Qosor skont l-Intestatura tal-QFP
1.Introduzzjoni
L-Ittra Emendatorja Nru 1 għall-abbozz tal-baġit għall-2020 (AL 1/2020) tkopri dan li ġej:
¾L-aġġornament tal-ħtiġijiet stmati, id-dħul assenjat u l-approprjazzjonijiet għan-nefqa agrikola. Minbarra l-fatturi tas-suq li dejjem jinbidlu, l-IE 1/2020 tinkorpora wkoll l-impatt tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-agrikoltura minn meta l-Abbozz tal-Baġit 2020 (AB 2020) kien adottat f’Ġunju 2019, kif ukoll proposti oħra li huma mistennija li jkollhom effett sinifikanti matul is-sena baġitarja.
¾L-aġġustamenti relatati mal-proposti leġiżlattivi inklużi fil-pakkett tat-tħejjija għall-Brexit tal-4 ta’ Settembru 2019.
¾Aġġustamenti oħra li jikkonċernaw il-baġits amministrattivi tal-Parlament Ewropew u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli.
¾Aġġustament għall-istruttura tal-baġit biex jiġi akkomodat il-Fond ta’ Innovazzjoni.
¾Korrezzjoni teknika (eu-LISA).
B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-IE 1/2020 fuq in-nefqa fl-abbozz tal-baġit tal-2020 jikkonsisti f’żieda ta’ EUR 16,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u fi tnaqqis ta’ EUR 5,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.
2.Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
2.1
Ħarsa ġenerali
L-IE 1/2020 taġġorna l-istimi għan-nefqa agrikola abbażi tal-aktar data ekonomika u qafas leġiżlattiv aġġornati. Sa lejn l-aħħar ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-ewwel indikazzjoni tal-livell ta’ produzzjoni għall-2019, kif ukoll il-perspettiva għas-swieq agrikoli kif ukoll iċ-ċifri attwali għall-biċċa l-kbira tal-eżekuzzjoni baġitarja tal-2019 rigward il-ġestjoni kondiviża tal-FAEG, li huma l-bażi għall-istimi aġġornati tal-ħtiġijiet baġitarji għall-2020.
Minbarra li tikkunsidra l-fatturi tas-suq, din l-IE 1/2020 tinkorpora wkoll l-impatt tad-deċiżjonijiet leġiżlattivi fis-settur agrikolu minn meta tfassal l-AB 2020 f’Ġunju 2019, kif ukoll ta’ xi deċiżjonijiet li għadhom qed jitħejjew iżda li se jiġu adottati dalwaqt.
B’mod ġenerali, il-ħtiġijiet tal-FAEG 2020 (wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-FAEG relatati mad-“dixxiplina finanzjarja”) bħalissa huma stmati għal EUR 44 481,1 miljun
, li hija żieda ta’ EUR 304,3 miljun meta mqabbel mal-AB 2020. Din iż-żieda hija dovuta l-aktar għall-ħtiġijiet addizzjonali għall-kapitolu 05 07 Awditjar tan-nefqa agrikola ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (+EUR 174,3 miljun) u għall-kapitolu 05 03 Pagamenti diretti mmirati li jikkontribwixxu għall-introjti tal-azjendi agrikoli, biex jillimitaw il-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjenda agrikola u biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi (+EUR 94 miljun). Hemm ukoll modifiki żgħar fir-rigward tal-kapitolu 05 02 Titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu permezz ta’ interventi fis-swieq agrikoli għal +EUR 36,0 miljun.
L-ammont ta’ dħul assenjat stmat li jkun disponibbli fl-2020 jiżdied minn EUR 645,0 miljun fl-AB 2020 għal EUR 999,0 miljun (+EUR 354,0 miljun), li altru milli jagħmel tajjeb għall-ħtiġijiet addizzjonali. L-aġġornament tal-istimi jikkonċerna l-ammonti minn deċiżjonijiet għall-ikklirjar tal-kontijiet (+EUR 181,0 miljun) u irregolaritajiet (-EUR 7,0 miljun). Barra minn hekk, l-IE 1/2020 tinkorpora riport mistenni ta’ dħul assenjat mill-2019 sal-2020 għal ammont ta’ EUR 280,0 miljun (“żieda” FAEG mistennija)
, li minnu ammont ta’ EUR 100,0 miljun kien diġà inkluż fl-AB 2020. Is-surplus stmat ma jinkludix approprjazzjonijiet mhux użati (EUR 468,7 miljun) tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-2019, li mhux se jintużaw. Dawn l-approprjazzjonijiet mhux użati se jiġu riportati għal rimborż lill-bdiewa soġġetti għad-dixxiplina finanzjarja fl-2020.
B’konsegwenza ta’ dawn l-aġġornamenti, il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas l-istimi tan-nefqa għall-agrikoltura b’–EUR 49,7 miljun meta mqabbel mal-AB 2020. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 43 482,1 miljun, li jinkludu EUR 478,0 miljun għar-Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, huma meħtieġa biex ikopru l-ħtiġijiet tal-FAEG għall-2020. Dan l-ammont globali għadu taħt il-livell tas-sottolimitu nett tal-FAEG ta’ EUR 43 887,1 miljun. Dan ifisser li l-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja se jiġi applikat biss biex jistabbilixxi r-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu għas-sena finanzjarja tal-2020
.
2.2
Kummenti dettaljati
05 02 — Titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu permezz ta’ interventi fis-swieq agrikoli (approprjazzjonijiet +EUR 36,0 miljun)
|
(f’miljuni ta’ EUR, ċifri approssimati bil-prezzijiet attwali)
|
|
Interventi fis-swieq agrikoli
|
Abbozz tal-Baġit 2020
|
Ittra Emendatorja
Nru 1/2020
|
Abbozz tal-Baġit 2020
(inkl. IE 1/2020)
|
|
Ħtiġijiet
|
2 644,1
|
+36,0
|
2 680,1
|
|
-Stima tad-dħul assenjat disponibbli fl-2020
|
150,0
|
0,0
|
150,0
|
|
Approprjazzjonijiet mitluba
|
2 494,1
|
+36,0
|
2 530,1
|
B’mod ġenerali, il-ħtiġijiet għall-miżuri ta’ intervent fis-swieq agrikoli jiżdiedu kemxejn b’EUR 36,0 miljun meta mqabbla mal-AB 2020. Peress li l-ammont ta’ dħul assenjat jibqa’ l-istess meta mqabbel mal-AB 2020, l-approprjazzjonijiet mitluba fl-IE 1/2020 jiżdiedu bl-istess ammont għal EUR 2 530,1 miljun.
L-aktar modifika sinifikanti proposta fl-IE 1/2020 għal miżuri tas-suq tikkonċerna s-settur tal-pollam (partita baġitarja 05 02 15 99) b’żieda ta’ EUR 32,0 miljun, relatata ma’ miżuri speċifiċi eċċezzjonali lill-bdiewa wara tifqigħat tal-influwenza avjarja. Barra minn hekk, qed tiġi proposta żieda ta’ EUR 4,0 miljun għal għajnuna speċifika għall-apikoltura (partita tal-baġit 05 02 15 06).
05 03 — Pagamenti diretti mmirati li jikkontribwixxu għall-introjti tal-azjendi agrikoli, biex jillimitaw il-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjenda agrikola u biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi (approprjazzjonijiet - EUR 260,0 miljun)
|
(f’miljuni ta’ EUR, ċifri approssimati bil-prezzijiet attwali)
|
|
Pagamenti diretti
|
Abbozz tal-Baġit 2020
|
Ittra Emendatorja
Nru 1/2020
|
Abbozz tal-Baġit 2020
(inkl. IE 1/2020)
|
|
Wara d-dixxiplina finanzjarja (inkluż krediti għal “Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu”)
|
|
Ħtiġijiet
|
41 448,0
|
+94,0
|
41 542,0
|
|
-Stima tad-dħul assenjat disponibbli fl-2020
|
495,0
|
+354,0
|
849,0
|
|
Approprjazzjonijiet mitluba
|
40 953,0
|
-260,0
|
40 693,0
|
Meta mqabbla mal-AB 2020, l-approprjazzjonijiet mitluba għall-kapitolu 05 03 huma riveduti ’l isfel b’EUR 260,0 miljun. Din il-bidla hija dovuta l-aktar għall-ammont ogħla ta’ dħul assenjat (+EUR 354,0 miljun) għall-partita 05 03 01 10 Skema ta’ pagament bażiku (BPS). Iż-żieda tal-ħtiġijiet stmati (+EUR 94,0 miljun) meta mqabbla mal-AB 2020 tirrifletti eżekuzzjoni għolja ħafna fis-sena baġitarja 2019 li hija mistennija tkompli fl-2020. Hemm xi varjazzjonijiet bejn il-partiti baġitarji għal pagamenti diretti, li jirriflettu valutazzjoni aġġornata tal-ħtiġijiet (ara t-tabella ta’ hawn taħt).
Nefqa agrikola oħra ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (approprjazzjonijiet +EUR 174,3 miljun)
L-approprjazzjonijiet għall-artikolu baġitarju 05 07 01 07 Korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-ikklerjar ta’ konformità jeħtieġ li jiżdiedu b’EUR 176,6 miljun bħala konsegwenza ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Każijiet T-459/16 u T-237/17) favur l-Istati Membri dwar deċiżjonijiet preċedenti dwar l-ikklerjar. Barra minn hekk, hemm aġġornament żgħir għall-partita tal-baġit 05 07 01 06 Korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-ikklerjar ta’ konformità tal-kontijiet għal ammont ta’ -EUR 2,3 miljun (ara t-tabella ta’ hawn taħt).
2.3
Ċifri dettaljati skont il-linja baġitarja
|
f’Euro
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea
|
|
05 02 15 06
|
Għajnuna speċifika għall-apikoltura
|
+4 000 000
|
+4 000 000
|
|
05 02 15 99
|
Miżuri oħra għall-majjal, pollam, bajd, apikoltura, prodotti oħra mill-annimali
|
+32 000 000
|
+32 000 000
|
|
Subtotal
05 02
|
+36 000 000
|
+36 000 000
|
|
05 03 01 02
|
Skema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE)
|
+21 000 000
|
+21 000 000
|
|
05 03 01 07
|
Pagament ridistributtiv
|
+7 000 000
|
+7 000 000
|
|
05 03 01 10
|
Skema ta’ pagament bażiku (BPS)
|
-325 000 000
|
-325 000 000
|
|
05 03 01 11
|
Pagament għal prattiki agrikoli benefiċjali għall-klima u l-ambjent
|
+54 000 000
|
+54 000 000
|
|
05 03 01 13
|
Pagament għal bdiewa żgħażagħ
|
+120 000 000
|
+120 000 000
|
|
05 03 01 99
|
Oħrajn (pagamenti diretti diżakkoppjati)
|
-7 000 000
|
-7 000 000
|
|
05 03 02 50
|
POSEI – Programmi tal-Unjoni Ewropea ta’ Sostenn
|
+1 000 000
|
+1 000 000
|
|
05 03 02 60
|
Skema volontarja ta’ sostenn akkoppjat
|
+7 000 000
|
+7 000 000
|
|
05 03 02 61
|
Skema tal-bdiewa żgħar
|
-137 000 000
|
-137 000 000
|
|
05 03 02 99
|
Oħrajn (pagamenti diretti)
|
-1 000 000
|
-1 000 000
|
|
Subtotal
05 03
|
-260 000 000
|
-260 000 000
|
|
05 07 01 06
|
Nefqa għal korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-ikklerjar kontabilistiku tal-kontijiet tas-sena preċedenti fir-rigward tal-immaniġġjar konġunt iddikjarati fl-ambitu tat-Taqsima Garanzija tal-FAEGG (miżuri preċedenti) u fl-ambitu tal-FAEG
|
-2 300 000
|
-2 300 000
|
|
05 07 01 07
|
Nefqa għal korrezzjonijiet favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-ikklerjar ta’ konformità tal-kontijiet tas-sena preċedenti fir-rigward tal-immaniġġjar konġunt iddikjarati fl-ambitu tat-Taqsima Garanzija tal-FAEGG (miżuri preċedenti) u fl-ambitu tal-FAEG
|
+176 600 000
|
+176 600 000
|
|
Subtotal
05 07
|
+174 300 000
|
+174 300 000
|
|
Total FAEG
|
-49 700 000
|
-49 700 000
|
Il-kummenti baġitarji rilevanti ġew aġġustati fl-anness.
3.L-aġġustamenti relatati mal-proposti leġiżlattivi inklużi fil-pakkett ta’ tħejjija għall-Brexit tal-4 ta’ Settembru 2019.
3.1
Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
Skont l-Artikolu 4a, il-paragrafu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002, l-AB 2020 jinkludi ammont ta’ EUR 50 miljun għall-artikolu baġitarju 13 06 01. Dan biex tiġi żgurata d-disponibbiltà f’waqtha tar-riżorsi baġitarji f’każijiet fejn, meta titressaq applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, Stat Membru jitlob il-ħlas ta’ pagament bil-quddiem.
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tiġi pprovduta assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex ikopru l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim, tintroduċi Artikolu 4b ġdid, li jipprevedi ammont massimu aktar għoli li jammonta għal EUR 100 miljun għal pagamenti bil-quddiem. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li l-livell ta’ pagamenti bil-quddiem taħt il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jiżdied b’EUR 50 miljun, u biex dan l-ammont addizzjonali jitqiegħed taħt riżerva sakemm tiġi adottata l-emenda tal-bażi ġuridika mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
L-artikolu dwar ir-riżerva huwa aġġustat kif ippreżentat fit-tabella ta’ hawn taħt, u l-kummenti baġitarji tal-artikoli 13 06 01 and 13 06 02 huma emendati.
|
f’Euro
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
40 02 41
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 13 06 01 – Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali kbir b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija)
|
50 000 000
|
50 000 000
|
|
Total
|
50 000 000
|
50 000 000
|
3.2
Ħolqien ta’ linja baġitarja ġdida fid-Dikjarazzjoni Ġenerali tad-Dħul
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni tistabbilixxi regoli dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni, minn naħa waħda, u r-Renju Unit u l-benefiċjarji tagħha min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-baġit fl-2020 fil-każ ta’ ħruġ tar-Renju Unit mingħajr ftehim.
Il-qafas ta’ kontinġenza propost jipprevedi l-possibbiltà li, matul is-sena 2020, ir-Renju Unit u l-entitajiet tar-Renju Unit jibqgħu eliġibbli li jibbenefikaw minn finanzjament tal-Unjoni għal impenji legali li jkunu saru qabel id-data tal-ħruġ jew bejn id-data tal-ħruġ u tmiem l-2019, b’applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2019/1197. Dan huwa suġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-proposta.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timplimenta l-proposta, b’mod partikolari biex tkun tista’ ddaħħal il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-baġit ġenerali, jeħtieġ li tinħoloq l-istruttura baġitarja meħtieġa għall-baġit 2020. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li tinħoloq linja baġitarja fil-parti B tad-Dikjarazzjoni Ġenerali tad-dħul: l-artikolu ġdid 3 8 0 maħsub biex jirċievi l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fir-rigward tal-applikazzjoni tal-qafas ta’ kontinġenza.
Ir-rimarki baġitarji relatati mal-linja ġdida proposta jinsabu fl-anness.
4.Aġġustamenti oħrajn
4.1
Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
It-talba biex it-tabella tal-persunal tal-Parlament Ewropew (PE) tiżdied b’89 pożizzjoni, u biex jiżdied il-livell ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi biex ikunu jistgħu jinħolqu pożizzjonijiet ta’ aġenti kuntrattwali ma ġewx inklużi fit-taqsima tal-PE tal-AB 2020, sakemm ikun hemm kjarifiki ulterjuri.
Wara aktar skambji mal-PE, u filwaqt li jitqiesu l-proposti rigorużi għall-intestatura amministrattiva tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, qed jiġi propost li fl-AB 2020 jiġu inklużi l-elementi li ġejjin għall-Parlament Ewropew:
¾89 pożizzjoni addizzjonali fit-tabella tal-persunal għas-sena 2020. Dawn il-pożizzjonijiet huma maħsuba għal sena waħda biss tal-baġit u se jitneħħew mit-tabella tal-persunal fl-abbozz tal-baġit għall-2021. Dawn il-postijiet huma maħsuba biex jiffaċilitaw il-kontinwità tal-impjieg tal-persunal temporanju fl-isfond tal-applikazzjoni tal-Artikolu 29(4) tar-Regolamenti tal-Persunal. L-ebda approprjazzjoni baġitarja addizzjonali ma hija meħtieġa. It-tabella tal-persunal aġġornata hija stabbilita fl-anness baġitarju.
¾EUR 13,3 miljun ta’ approprjazzjonijiet għal persunal estern, li jikkorrispondu għal 155 pożizzjoni ta’ aġent kuntrattwali, kif ukoll iż-żieda fl-approprjazzjonijiet meħtieġa biex jiġu koperti l-aġġornamenti tas-salarji u l-progressjoni tal-karriera. Fir-rigward tal-aġenti kuntrattwali, 20 pożizzjoni huma pożizzjonijiet ġodda li għandhom jinħolqu fil-baġit tal-2020 biex tissaħħaħ is-sigurtà, u huma ffinanzjati mil-linja baġitarja 1 4 0 1 Persunal ieħor – sigurtà. 135 aġent kuntrattwali ieħor għandhom jiġu ffinanzjati mil-linja baġitarja 1 4 0 0 Persunal ieħor – Segretarjat u gruppi politiċi. Dawn il-kuntratti diġà jeżistu, peress li l-persunal ġie reklutat fl-2019, b’finanzjament ipprovdut permezz ta’ trasferimenti approvati mill-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew (Trasferimenti C1/2019 u C7/2019).
Effett kombinat fuq it-taqsima tal-PE tal-abbozz tal-baġit 2020.
|
f’Euro
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
|
|
1400
|
Persunal ieħor - Segretarjat u gruppi politiċi
|
8 880 451
|
8 880 451
|
|
1401
|
Persunal ieħor - Sigurtà
|
4 452 138
|
4 452 138
|
|
Total
|
13 332 589
|
13 332 589
|
4.2
Taqsima X – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Mill-preżentazzjoni tal-AB 2020, żewġ partiti fit-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) evolvew u jeħtieġu aġġornament, jiġifieri:
¾Il-binja NEO;
¾Adattament tal-persunal tal-Uffiċċju tal-UE fil-Kosovo.
Il-Binja NEO
Il-proġett tal-binja NEO jikkonsisti f’żewġ binjiet li għandhom l-għan li jissostitwixxu l-binja Kortenberg għas-servizzi tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK). Il-proġett bħalissa jinsab għaddej u mistenni li jintemm sa tmiem l-2020/bidu tal-2021.
Madankollu, matul l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ sistemazzjoni, is-SEAE rrealizza li l-livell ta’ prestazzjoni teknika fl-oqsma tas-sigurtà fiżika u tal-komunikazzjonijiet protetti ma setax jintlaħaq bir-riżorsi disponsibbli fil-baġit li kien stmat qabel.
Iż-żidiet huma marbuta mal-ħtieġa li l-ambjent tax-xogħol jiġi protett kontra intrużjonijiet u min ikun irid joqgħod jissamma’, skont ir-regoli ta’ sigurtà stabbiliti mill-Kunsill u mill-Istati Membri. Il-livell ta’ miżuri protettivi meħtieġa jevolvi skont il-progress teknoloġiku u f’konformità mal-livelli ta’ theddid stmati. Dan ifisser li diversi soluzzjonijiet li ġew applikati qabel, li fuqhom kienet ibbażata l-istima oriġinali tal-ispejjeż, ma għadhomx suffiċjenti.
Bil-għan li jiġu ppreżentati l-bidliet u l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw, tressaq aġġornament tal-proġett quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li ġie approvat mill-kumitati baġitarji rispettivi fit-3 u t-13 ta’ Settembru, 2019.
L-ispiża addizzjonali ta’ dawn il-miżuri relatati mas-sigurtà jammonta għal EUR 5,0 miljun taħt il-partita tal-baġit tas-SEAE 2 0 0 2. Madankollu, permezz tar-riprijoritizzazzjoni u r-riallokazzjoni prevista, l-ammont addizzjonali mitlub għall-2020 jista’ jitnaqqas għal EUR 2,8 miljun.
Adattament tal-Persunal tal-uffiċċju tal-UE fil-Kosovo
Wara r-rieżami strateġiku 2015/2016 tal-missjoni EULEX, għadd ta’ kompiti ta’ monitoraġġ, mentoraġġ u konsulenza ġew ittrasferiti mill-EULEX għall-Uffiċċju tal-UE fil-Kosovo f’Ġunju 2018. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għalhekk, taw baġit li jiffinanzja 12-il membru tal-persunal fl-Uffiċċju lis-SEAE, bi skambju għal tnaqqis akbar fl-organizzazzjoni EULEX.
Il-baġit addizzjonali għall-finanzjament ta’ tliet postijiet oħra sar disponibbli lis-SEAE minn Jannar 2019, biex b’hekk l-għadd totali ta’ karigi għal kompiti b’rabta mat-tranżizzjoni tela’ għal 15. Il-baġit tas-SEAE għall-2019 kien emendat ukoll biex jittrasfrorma tliet pożizzjonijiet ta’ Esperti Nazzjonali Sekondati mingħajr spejjeż (ENS) f’postijiet kofinanzjati, sabiex jiġu attirati aktar interess u kandidati potenzjali mill-Istati Membri.
Madankollu, din il-bidla ma laħqitx l-għan li tattira interess suffiċjenti, u sa issa, imtlew biss żewġ pożizzjonijiet tal-ENS minn total ta’ sitta.
Minħabba din is-sitwazzjoni u abbażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet fl-Uffiċċju, is-SEAE bi ħsiebu jittrasforma wieħed minn dawk il-postijiet tal-ENS mhux użati f’żewġ pożizzjonijiet ta’ aġenti lokali. Din it-trasformazzjoni mhijiex mistennija li tinvolvi spejjeż addizzjonali għall-SEAE iżda tista’, skont l-esperjenza tal-aġenti reklutati, tipproduċi xi ffrankar żgħir matul iż-żmien.
Effett kombinat tat-taqsima tas-SEAE fuq l-abbozz tal-baġit 2019
|
f’Euro
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima X – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
|
|
2 0 0 2
|
Xogħlijiet ta’ sistemazzjoni u ta’ sigurtà
|
2 786 000
|
2 786 000
|
|
Total
|
2 786 000
|
2 786 000
|
4.3
Aġġornament tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli
Kif inhu previst fil-punt C tal-Parti II tal-Ftehim Interistituzzjonali, il-Kummissjoni eżaminat l-aktar informazzjoni riċenti disponibbli dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd (SFPAs) u għamlet rieżami tal-ħtiġijiet mistennija għall-2020 abbażi tal-iżviluppi fil-proċessi ta’ negozjati mal-pajjiżi terzi involuti. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li ċċaqlaq l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 16,9 miljuni u approprjazzjonijiet ta’ pagament għal ammont ta’ EUR 14,9 miljuni mir-riżerva (40 02 41) lejn il-linja operazzjonali (11 03 01 Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi). It-trasferiment b’effett newtrali fuq il-baġit, jirrigwarda l-Ftehimiet dwar is-Sajd tar-Repubblika ta’ Cape Verde, ir-Repubblika tal-Gambja u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau; fil-fatt dawn il-ftehimiet u l-protokolli relatati sadanittant ġew iffirmati u bdew japplikaw b’mod proviżorju.
Id-dettalji tal-linja baġitarja jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt u l-kummenti baġitarji rilevanti ġew aġġustati fl-anness.
|
f’Euro
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
11 03 01
|
Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi
|
+16 900 000
|
+14 900 000
|
|
40 02 41
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 11 03 01)
|
-16 900 000
|
-14 900 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
5.Aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi
5.1
Fond għall-Innovazzjoni
Il-Fond għall-Innovazzjoni ġie stabbilit mid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni. Huwa jappoġġa l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b’livell baxx ta’ karbonju f’ċerti setturi ekonomiċi. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10a, il-paragrafu 8, tad-Direttiva 2003/87/KE dwar l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), il-Fond għall-Innovazzjoni huwa ffinanzjat għal kollox mid-dħul li jiġi minn irkantar ta’ ċertu ammont ta’ kwoti għall-emissjoni ta’ tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju (ekwivalenti matul perjodu speċifiku) taħt l-ETS.
Skont l-Artikolu 16, il-paragrafu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Fond għall-Innovazzjoni b’ġestjoni diretta jew ġestjoni indiretta skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju. Skont l-Artikolu 19, il-paragrafu 3 tar-Regolament (UE) 2019/856, għall-implimentazzjoni tal-kompiti mwettqa mill-Kummissjoni, inkluż permezz tal-aġenzija eżekuttiva tal-UE, id-dħul tal-Fond għall-Innovazzjoni għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern għall-baġit tal-UE skont it-tifsira tal-paragrafi minn 1 sa 5 tal-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju. In-nefqa tal-Fond ta’ Innovazzjoni, inkluża l-ispiża amministrattiva, se tkun iffinanzjata kompletament mid-dħul assenjat estern iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet u mill-ammonti mhux minfuqa mill-programm NER300 preċedenti.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tibda timplimenta l-Fond, b’mod partikolari fid-dawl tal-ewwel sejħa għal proposti ta’ proġetti li għandhom jitnedew sa nofs l-2020, jeħtieġ li tinħoloq l-istruttura baġitarja neċessarja fil-baġit 2020. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jinħolqu tliet linji baġitarji ġodda: waħda fid-Dikjarazzjoni tad-Dħul tat-taqsima tal-Kummissjoni, l-Artikolu 6 3 7, maħsub biex jirċievi d-dħul assenjat estern; żewġ linji baġitarji fid-Dikjarazzjoni tan-Nefqa tat-taqsima tal-Kummissjoni, l-artikolu 34 03 01 u l-partita 34 01 06 01, maħsuba biex ikopru n-nefqa operazzjonali u amministrattiva (koperta b’mod sħiħ mid-dħul assenjat estern) li hija meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Fond ta’ Innovazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856.
Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-linji baġitarji kollha maħluqa għall-Fond għall-Innovazzjoni se jkollhom annotazzjoni “pro memoria” (p.m.). Il-kummenti baġitarji proposti għal dawn il-linji ġodda jidhru fl-anness tal-baġit. L-istruttura baġitarja proposta se tippermetti li jsir rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni bħala parti mill-kontijiet annwali.
5.2
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
Kawża ta’ żball klerikali, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal din il-partita, kif ippubblikati fl-AB 2020, ma kinux konformi mal-ħtiġijiet tal-aġenzija kif ippreżentati fid-Dokument ta’ Ħidma III anness mad-Dikjarazzjoni tal-Istimi 2020. Għalhekk, huwa propost li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal eu-LISA jitnaqqsu b’EUR 21,8 miljun, li jagħti total ta’ EUR 196 miljun, li jirrappreżenta l-ħtiġijiet reali tal-aġenzija għall-2020.
|
f’Euro
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
18 02 07
|
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
|
-
|
-21 794 627
|
|
Total
|
-
|
-21 794 627
|
6.Tabella fil-Qosor skont l-Intestatura tal-QFP
|
Intestatura
|
Abbozz tal-Baġit 2020
|
Ittra Emendatorja 1/2020
|
Abbozz tal-Baġit 2020
|
|
|
|
|
(inkl. IE1/2020)
|
|
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
|
1.
|
Tkabbir intelliġenti u inklużiv
|
83 328 329 504
|
72 150 922 336
|
|
|
83 328 329 504
|
72 150 922 336
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
141 890 522
|
|
|
|
141 890 522
|
|
|
Limitu massimu
|
83 661 000 000
|
|
|
|
83 661 000 000
|
|
|
Marġni
|
474 561 018
|
|
|
|
474 561 018
|
|
|
1a
|
Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi
|
24 716 438 982
|
22 108 515 486
|
|
|
24 716 438 982
|
22 108 515 486
|
|
Limitu massimu
|
25 191 000 000
|
|
|
|
25 191 000 000
|
|
|
Marġni
|
474 561 018
|
|
|
|
474 561 018
|
|
|
1b
|
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
|
58 611 890 522
|
50 042 406 850
|
|
|
58 611 890 522
|
50 042 406 850
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
141 890 522
|
|
|
|
141 890 522
|
|
|
Limitu massimu
|
58 470 000 000
|
|
|
|
58 470 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
2.
|
Tkabbir sostenibbli: Riżorsi naturali
|
59 994 906 170
|
58 014 263 718
|
- 49 700 000
|
- 49 700 000
|
59 945 206 170
|
57 964 563 718
|
|
Limitu massimu
|
60 421 000 000
|
|
|
|
60 421 000 000
|
|
|
Marġni
|
426 093 830
|
|
|
|
475 793 830
|
|
|
Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti
|
43 531 805 687
|
43 501 731 798
|
- 49 700 000
|
- 49 700 000
|
43 482 105 687
|
43 452 031 798
|
|
Sottolimitu
|
43 888 000 000
|
|
|
|
43 888 000 000
|
|
|
Differenza dovuta għall-arrotondament eskluża mill-kalkolu tal-marġni
|
888 000
|
|
|
|
888 000
|
|
|
3.
|
Sigurtà u ċittadinanza
|
3 729 074 489
|
3 723 911 857
|
|
- 21 794 627
|
3 729 074 489
|
3 702 117 230
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
778 074 489
|
|
|
|
778 074 489
|
|
|
Limitu massimu
|
2 951 000 000
|
|
|
|
2 951 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
4.
|
Ewropa Globali
|
10 307 572 239
|
8 986 061 191
|
|
|
10 307 572 239
|
8 986 061 191
|
|
Limitu massimu
|
10 510 000 000
|
|
|
|
10 510 000 000
|
|
|
Marġni
|
202 427 761
|
|
|
|
202 427 761
|
|
|
5.
|
Amministrazzjoni
|
10 324 060 577
|
10 327 063 787
|
16 118 589
|
16 118 589
|
10 340 179 166
|
10 343 182 376
|
|
Limitu massimu
|
11 254 000 000
|
|
|
|
11 254 000 000
|
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ kontinġenza
|
- 252 000 000
|
|
|
|
- 252 000 000
|
|
|
Marġni
|
677 939 423
|
|
|
|
661 820 834
|
|
|
Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
7 985 277 215
|
7 988 280 425
|
16 118 589
|
16 118 589
|
8 001 395 804
|
8 004 399 014
|
|
Sottolimitu
|
9 071 000 000
|
|
|
|
9 071 000 000
|
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ kontinġenza
|
- 252 000 000
|
|
|
|
- 252 000 000
|
|
|
Marġni
|
833 722 785
|
|
|
|
817 604 196
|
|
|
Total
|
167 683 942 979
|
153 202 222 889
|
- 33 581 411
|
- 55 376 038
|
167 650 361 568
|
153 146 846 851
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
778 074 489
|
849 779 197
|
|
- 14 914 951
|
778 074 489
|
834 864 246
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
141 890 522
|
|
|
|
141 890 522
|
|
|
Limitu massimu
|
168 797 000 000
|
172 420 000 000
|
|
|
168 797 000 000
|
172 420 000 000
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ kontinġenza
|
- 252 000 000
|
|
|
|
- 252 000 000
|
|
|
Marġni
|
1 781 022 032
|
20 067 556 308
|
|
|
1 814 603 443
|
20 108 017 395
|
|
|
Strumenti speċjali oħra
|
587 763 000
|
418 500 000
|
50 000 000
|
50 000 000
|
637 763 000
|
468 500 000
|
|
Total Finali
|
168 271 705 979
|
153 620 722 889
|
16 418 589
|
- 5 376 038
|
168 288 124 568
|
153 615 346 851
|