|
28.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/511
tat-23 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. |
|
(2) |
Jenħtieġ li ċerti kodiċijiet ta' rappurtar jiġu mmodifikati sabiex ir-rappurtar tal-qabdiet ikun jista' jsir b'mod preċiż. Jenħtieġ li ċerti referenzi għan-noti f'qiegħ il-paġna u l-formulazzjoni tagħhom jiġu kkoreġuti. |
|
(3) |
Fir-Regolament (UE) 2018/120, il-qabda totali permissibbli (TAC) għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES kienet stabbilita għal żero. Iċ-ċiċċirell huwa speċi b'ħajja qasira u l-parir xjentifiku rilevanti jkun disponibbli fit-tieni nofs ta' Frar, filwaqt li l-attivitajiet tas-sajd jibdew f'April. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-limiti ta' qbid għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES issa jiġu emendati f'konformità mal-aħħar parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), maħruġ fit-23 ta' Frar 2018. |
|
(5) |
Għas-sajd taċ-ċiċċirell, id-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES huma maqsuma f'żoni ta' ġestjoni, abbażi ta' parir xjentifiku. Iż-żona ta' ġestjoni 3r tinsab prinċipalment fl-ilmijiet Norveġiżi. Madankollu, din tinkludi wkoll l-ilmijiet tal-Unjoni, u xi sikek tas-sajd importanti transżonali bejn iż-żoni ta' ġestjoni 2r u 3r. Il-parir tal-ICES jindika li, bħala medja, 8 % tal-qabdiet fiż-żona ta' ġestjoni 3r jinqabdu f'ilmijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-limiti ta' qbid fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona ta' ġestjoni 3r jiġu stabbiliti skont dak il-parir. |
|
(6) |
Jenħtieġ li t- TAC għall-bakkaljaw fis-subżona 1 u d-diviżjoni 2b tal-ICES tiġi emendata biex tirrifletti korrettament l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-Unjoni f'dik iż-żona. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jiġi emendat l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd bil-konz permessi għal Malta fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT li jistgħu jiġu awtorizzati biex jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrasbordawh, jittrasportawh, jew iħottuh l-art, biex jittieħed kont tal-għadd akbar ta' bastimenti li huma awtorizzati jagħmlu dan. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/120 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2018/120 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi IA, IB u IV għar-Regolament (UE) 2018/120 huma emendati f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).
ANNESS
1.
L-Anness IA huwa emendat kif ġej:|
(a) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a, 3a u 4 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-arġentina silus fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a u 4 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għat-tusk fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 5, 6 u 7 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(e) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(f) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(g) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(h) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 3a hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(i) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(j) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(k) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-awwista Norveġiża fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(l) |
ma japplikax għall-Malti; |
|
(m) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lingwata komuni fi 3a u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-24 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(n) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 4b, 4c u 7d hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.
L-Anness IB huwa emendat kif ġej:|
(a) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw f'1 u 2b tinbidel b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-redfish (pelaġiku) fl-ilmijiet ta' Greenland tan-NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland ta' 5, 12 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.
Fl-Anness IV, punt 4, it-tabella A hija ssostitwita b'dan li ġej:“Tabella A
|
Għadd ta' bastimenti tas-sajd (31) |
|||||||
|
|
Ċipru (32) |
Greċja (33) |
Kroazja |
Italja |
Franza |
Spanja |
Malta (34) |
|
għas-sajd bit-tartaruni tal-borża |
1 |
1 |
16 |
12 |
20 |
6 |
1 |
|
għas-sajd bil-konzijiet |
20 (35) |
0 |
0 |
30 |
8 |
31 |
54 |
|
għas-sajd bil-lixka |
0 |
0 |
0 |
0 |
37 |
60 |
0 |
|
għas-sajd bix-xolfa |
0 |
0 |
12 |
0 |
33 (36) |
2 |
0 |
|
għat-tkarkir |
0 |
0 |
0 |
0 |
57 |
0 |
0 |
|
Sajd artiġjanali ieħor (37) |
0 |
42 |
0 |
0 |
118 |
184 |
0 |
(1) Għajr l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.
(2) Sa 2 % tal-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-kavalli (OT1/*2A3A4). Il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-kavalli magħduda mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.
(3) Fiż-żona ta' ġestjoni 2r it-TAC tista' tiġi mistada biss bħala TAC ta' monitoraġġ bi protokoll assoċjata ta' kampjunar għall-attività tas-sajd.”
(4) Esklużivament għall-qabdiet aċċessorji. F'din il-kwota mhuwiex permess sajd dirett.
(5) Iridu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a, 4, 5b, 6 u 7 (USK/*24X7C).
(6) Kondizzjoni speċjali: li biha tkun awtorizzata qabda inċidentali ta' speċijiet oħra ta' 25 % għal kull bastiment, fi kwalunkwe waqt, f'5b, 6 u 7. Madankollu, dan il-perċentwal jista' jinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara li jibda s-sajd għal xi raġuni speċifika. Il-qabda inċidentali totali ta' speċijiet oħra f'5b, 6 u 7 ma għandhiex taqbeż l-ammont li ġej, ta' f'tunnellati (OTH/*5B67-): 3 000. Il-qabda aċċessorja tal-bakkaljaw skont din id-dispożizzjoni fiż-żona 6a ma tistax tkun iktar minn 5 %.
(7) Inkluż il-lipp. Dawn il-kwoti tan-Norveġja għandhom jiġu mistada biss bil-konzijiet f'5b, 6 u 7:
|
Lipp (LIN/*5B67-) |
7 500 |
|
Tusk (USK/*5B67-) |
2 923 |
(8) Il-kwoti tat-tusk u tal-lipp tan-Norveġja jistgħu jiġu skambjati sa dan l-ammont f'tunnellati: 2 000.”
(9) Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn l-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4. Madankollu, dawn it-trasferimenti għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni minn qabel.
(10) Fi ħdan din it-TAC ġenerali għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz: 111 785.”
(11) Kondizzjoni speċjali: fil-limitu ta' kwantità totali tal-aċċess ta' 21 500 tunnellata għall-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaqbdu sa mhux iżjed minn dan il-perċentwal tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 9,2 %.
(12) Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn 8c, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1. Madankollu, dawn it-trasferimenti għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.
(13) Kondizzjoni speċjali: mill-kwoti tal-UE fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 (WHB/*NZJM1) u f'8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 (WHB/*NZJM2), tista' tiġi mistada l-kwantità li ġejja fiż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd ta' madwar Jan Mayen: 227 975.”
(14) Kondizzjoni speċjali: mhux aktar minn 15 % ta' din il-kwota tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 4 (LIN/*04-C.).
(15) Kondizzjoni speċjali: li biha tkun awtorizzata qabda inċidentali ta' speċijiet oħra ta' 25 % għal kull bastiment, fi kwalunkwe waqt, f'5b, 6 u 7. Madankollu, dan il-perċentwal jista' jinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara li jibda s-sajd għal xi raġuni speċifika. Il-qabda inċidentali totali ta' speċijiet oħra f'5b, 6 u 7 ma għandhiex taqbeż l-ammont li ġej, f'tunnellati (OTH/*6X14.): 3 000. Il-qabda aċċessorja tal-bakkaljaw skont din id-dispożizzjoni fiż-żona 6a ma tistax tkun iktar minn 5 %.
(16) Inkluż it-tusk. Il-kwoti għan-Norveġja għandhom jiġu mistada biss bil-konzijiet f'5b, 6 u 7, u jammontaw għal:
|
Lipp (LIN/*5B67-) |
7 500 |
|
Tusk (USK/*5B67-) |
2 923 |
(17) Il-kwoti tal-lipp u tat-tusk għan-Norveġja jistgħu jiġu skambjati sal-ammont li ġej, f'tunnellati: 2 000
(18) Inkluż it-tusk. Iridu jiġu mistada f'6b u 6a fit-tramuntana ta' 56° 30′ N (LIN/*6BAN.).
(19) Kondizzjoni speċjali: li biha tkun awtorizzata qabda inċidentali ta' speċijiet oħra ta' 20 % għal kull bastiment, fi kwalunkwe waqt, f'6a u 6b. Madankollu, dan il-perċentwal jista' jinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara li jibda s-sajd għal xi raġuni speċifika. Il-qabda inċidentali totali ta' speċijiet oħra f'6a u 6b ma għandhiex taqbeż dan l-ammont, f'tunnellati (OTH/*6AB.): 75.”
(20) Il-kwota tista' tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a, is-Sottodiviżjonijiet 22-24.”
(21) Sa 5 % tal-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-minfaħ, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-kavall (OTH/*4BC7D). Il-qabdiet aċċessorji tal-minfaħ, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-kavall magħduda mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.
(22) Kondizzjoni speċjali: sa 5 % ta' din il-kwota mistada fid-diviżjoni 7d tista' tingħadd bħala li kienet mistada taħt il-kwota li tikkonċerna ż-żona li ġejja: ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a, 4a, 6, 7a-c, 7e-k, 8a, 8b, 8d u 8e; ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 5b; ilmijiet internazzjonali ta' 12 u 14 (JAX/*2 A-14).
(23) Jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 4a iżda ma jistgħux jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 7d (JAX/*04-C.).”
(24) Ħlief il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit.
(25) L-allokazzjoni tas-sehem tal-istokk tal-bakkaljaw disponibbli għall-Unjoni fiż-żona ta' Spitzbergen u l-Gżira Bear u l-qabdiet aċċessorji assoċjati tal-merluzz tal-linja sewda huma kompletament mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li ġejjin mit-Trattat ta' Pariġi tal-1920.
(26) Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda jistgħu jirrappreżentaw sa 14 % għal kull qabda. Il-kwantitajiet tal-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda huma b'żieda mal-kwota għall-bakkaljaw.”
(27) Jistgħu jiġu mistada biss mill-10 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru.
(28) Jistgħu jiġu mistada biss fl-ilmijiet ta' Greenland fiż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish li hija kkonfinata mil-linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
|
Punt |
Latitudni |
Lonġitudni |
|
1 |
64° 45′ N |
28° 30′ W |
|
2 |
62° 50′ N |
25° 45′ W |
|
3 |
61° 55′ N |
26° 45′ W |
|
4 |
61° 00′ N |
26° 30′ W |
|
5 |
59° 00′ N |
30° 00′ W |
|
6 |
59° 00′ N |
34° 00′ W |
|
7 |
61° 30′ N |
34° 00′ W |
|
8 |
62° 50′ N |
36° 00′ W |
|
9 |
64° 45′ N |
28° 30′ W |
(29) Kondizzjoni speċjali: din il-kwota tista' tiġi mistada wkoll fl-ilmijiet internazzjonali taż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish imsemmija hawn fuq (RED/*5-14P).
(30) Jistgħu jiġu mistada biss fl-ilmijiet ta' Greenland ta' 5 u 14 (RED/*514GN).”
(31) In-numri li jidhru fit-taqsimiet 1, 2 u 3 jistgħu jonqsu sabiex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
(32) Bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi ssostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konzijiet jew b'bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża żgħir wieħed flimkien ma' mhux aktar minn tliet bastimenti tas-sajd bil-konzijiet.
(33) Bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi ssostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz jew b'bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża wieħed żgħir u tliet bastimenti oħra tas-sajd artiġjanali.
(34) Bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konzijiet.
(35) Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iktar minn irkaptu wieħed.
(36) Bastimenti tas-sajd bix-xolfa li joperaw fl-Atlantiku.
(37) Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iżjed minn irkaptu wieħed (konz, xlief, xlief bir-rixa).”