|
13.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/752
tat-12 ta’ April 2023
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 965/2010 (2), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2229 (3), il-Kummissjoni temmet ir-rieżami interim parzjali, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”) tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed Shandong Kaison Biochemical Co., Ltd (“Shandong Kaison”) mingħajr ma jiġi emendat il-livell tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ. |
|
(3) |
Wara investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tawlet il-miżuri oriġinali għal 5 snin oħrajn bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/94 (4) (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”). |
|
(4) |
Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ huma dazji ad valorem stabbiliti f’perċentwal ta’ 53,2 % bl-eċċezzjoni ta’ Shandong Kaison Biochemical Co., Ltd (5,6 %) u Quingdao Kehai Biochemistry Co., Ltd (27,1 %). |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (5), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(6) |
It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata fid-19 ta’ Ottubru 2021 minn Jungbunzlauer S.A. (Franza) (“l-applikant”) f’isem l-industrija Ewropea li timmanifattura l-glukonat tas-sodju fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f’kontinwazzjoni u/jew f’rikorrenza ta’ dumping u f’rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(7) |
Billi ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-18 ta’ Jannar 2022 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(8) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(9) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lill-produttur tal-Unjoni magħruf ieħor, lill-produtturi magħrufin fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, lill-utenti, lin-negozjanti magħrufin, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(10) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti relatati mal-kummerċ. |
1.6. Kampjunar
|
(11) |
Fid-dawl tal-għadd kbir apparenti ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat u ta’ importaturi mhux relatati fl-Unjoni, il-Kummissjoni ddikjarat fin-Notifika ta’ bidu li hija tista’ tieħu kampjun tal-produtturi esportaturi u tal-importaturi mhux relatati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-importaturi
|
(12) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(13) |
L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(14) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(15) |
L-ebda produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(17) |
Il-Kummissjoni bagħtet ittri b’links għal kwestjonarji liż-żewġ produtturi magħrufin tal-Unjoni u lil importaturi u utenti mhux relatati magħrufin. L-istess kwestjonarji saru disponibbli wkoll fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ online (7) fil-jum tal-bidu. |
|
(18) |
Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-produttur tal-Unjoni, Jungbunzlauer S.A. L-ebda importatur mhux relatat u l-ebda utent ma ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. |
1.8. Żjarat ta’ verifika
|
(19) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-applikant fi Franza. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(20) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri l-glukonat tas-sodju niexef, bin-numru tal-Unjoni Doganali u tal-Istatistika (CUS) 0023277-9 u n-numru tar-reġistru tal-Chemical Abstracts Service (CAS) 527-07-1 (“il-prodott taħt rieżami” jew “il-glukonat tas-sodju”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2918 16 00 (kodiċi TARIC 2918160010). |
|
(21) |
Il-glukonat tas-sodju jintuża primarjament fl-industrija tal-bini bħala ritardatur tal-għaqid u plastifikant tal-konkos u f’industriji oħrajn bħala trattament tal-wiċċ għall-metalli (tneħħija ta’ sadid, ossidi u xaħam) u għat-tindif ta’ fliexken u apparat industrijali. Il-prodott jista’ jintuża wkoll fl-industrija tal-ikel u dik farmaċewtika. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(22) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ. |
2.3. Prodott simili
|
(23) |
B’mod simili għal dak li kien ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(24) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(25) |
Kif imsemmi fil-premessa (15), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, fil-11 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward. |
|
(26) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni tar-rieżami (jiġifieri, l-applikant) u informazzjoni minn sorsi oħrajn disponibbli għall-pubbliku, b’mod partikolari l-Global Trade Atlas (“GTA”) (8). |
|
(27) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju mir-RPĊ komplew għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali iżda ftit ogħla milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti. Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju mir-RPĊ ammontaw għal [6 %–10 %] tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabblin ma’ sehem mis-suq ta’ 24,8 % fl-investigazzjoni oriġinali u [3 %–15 %] matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. |
3.2. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ
|
(28) |
Minħabba li kien hemm disponibbli evidenza suffiċjenti fil-bidu tal-investigazzjoni li għandha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(29) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, fil-11 ta’ Lulju, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(30) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, din jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni u ssuġġeriet il-Kolombja f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi xierqa possibbli oħrajn f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
|
(31) |
Fit-22 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ Nota dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota”), bil-Kolombja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Sucroal S.A. (“Sucroal SA”), produttur ta’ prodotti fl-istess kategorija u/jew settur tal-prodott taħt rieżami, peress li l-glukonat tas-sodju ġie prodott biss fl-Unjoni Ewropea, fir-RPĊ u fl-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”). |
|
(32) |
Fil-kummenti tiegħu għan-Nota, l-applikant sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ukoll fatturi oħrajn ta’ produzzjonijiet użati fil-manifattura tal-glukonat tas-sodju bħall-għajnuna għall-filtrazzjoni, sustanzi kimiċi awżiljarji oħrajn, fwar, utilitajiet, manutenzjoni u oġġetti konsumabbli. |
|
(33) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni ppreżentat il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. Minbarra dawk il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni żiedet ukoll l-ispejjeż ġenerali kif spjegat fil-premessa (84). Barra minn hekk, meta jitqies li l-investigazzjoni attwali hija rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku li ma tirrikjedix kalkolu preċiż tal-marġni tad-dumping, iżda minflok biex tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-Kummissjoni qieset li f’dan il-każ tista’ tiffoka b’mod eċċezzjonali fuq il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni għall-kalkolu tal-valur normali u għalhekk il-marġni tad-dumping. Kif iddikjarat fil-premessa (92), il-kalkolu tal-valur normali billi jintużaw biss il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni wera dumping sinifikanti. L-inklużjoni ta’ fatturi addizzjonali ta’ produzzjonijiet għall-kalkolu tal-valur normali żżid il-marġni tad-dumping saħansitra aktar. |
3.3. Valur normali
|
(34) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(35) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”). |
|
(36) |
Kif spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.3.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(37) |
Minkejja li l-Kummissjoni ma investigatx speċifikament l-esportazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju fil-kuntest tal-Artikolu 2(6a) fil-passat, fl-investigazzjonijiet reċenti dwar komposti kimiċi oħrajn, b’mod partikolari l-addittivi tal-ikel l-aċesulfam K (9), iċ-ċiklamat tas-sodju (10) u l-aspartam (11), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-setturi kimiċi u petrokimiċi fir-RPĊ. F’dawn l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa wkoll. |
|
(38) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (12). |
|
(39) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-setturi tal-aċesulfam K, taċ-ċiklamat tas-sodju u tal-aspartam, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (13), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (14). |
|
(40) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett distorsiv addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (15). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (16). |
|
(41) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-setturi tal-aċesulfam K, taċ-ċiklamat tas-sodju u tal-aspartam fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (17), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (18). |
|
(42) |
Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward l-aċesulfam K, iċ-ċiklamat tas-sodju u l-aspartam, fl-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba għal rieżami kif ukoll fir-Rapport (19), li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(43) |
It-talba għal rieżami f’dan il-każ irreferiet għar-Rapport, li jsemmi distorsjonijiet dwar il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni, bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera. Barra minn hekk, fir-rigward tas-settur tal-glukonat tas-sodju b’mod partikolari, it-talba ssottolinjat li l-produtturi fiċ-Ċina huma interkonnessi mill-qrib mal-Istat Ċiniż, u ssemmi bħala eżempju lil Xiwang Sugar, it-tielet l-akbar produttur tal-glukonat tas-sodju. It-talba pprovdiet każijiet ta’ relazzjonijiet mill-qrib ta’ Xiwang Sugar mal-Istat, u ssemmi diversi titoli mogħtija lill-kumpanija, kif elenkati fuq is-sit web tal-kumpanija: “intrapriża ewlenija nazzjonali fl-industrijalizzazzjoni agrikola”, “intrapriża nazzjonali li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent” u “intrapriża ewlenija ta’ teknoloġija avvanzata fil-Pjan ta’ strateġija nazzjonali (Torch Plan)”. Din rebħet it-titoli ta’ “organizzazzjoni tal-partit bażi nazzjonali avvanzata”, “l-ewwel post fl-industrija nazzjonali taz-zokkor tal-lamtu”, “l-aqwa 10 intrapriżi fl-industrija tal-fermentazzjoni taċ-Ċina tal-industrija ħafifa”, “l-aqwa 100 intrapriża fl-industrija tal-ikel taċ-Ċina.” Barra minn hekk, it-talba telenka għadd ta’ membri tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) irrappreżentati fil-maniġment tal-kumpanija (20). |
|
(44) |
Barra minn hekk, it-talba ddikjarat li l-Belt ta’ Zhucheng hija azzjonist ewlieni fil-kumpanija azzjonarja ta’ Xingmao Corn Developing, it-tieni l-akbar produttur Ċiniż tal-glukonat tas-sodju. Din l-intrapriża ngħatat ukoll diversi premji u ħadet sehem f’għadd ta’ proġetti nazzjonali, inklużi: “intrapriżi nazzjonali ta’ teknoloġija avvanzata u l-intrapriża ewlenija Ċiniża ta’ Patent Shandong, il-kumpanija lestiet aktar minn 10 proġetti, bħal ‘fifteen’, ‘eleven five’, ‘863’ nazzjonali, it-trasformazzjoni tal-Istat, il-Programm State Torch, il-Programm Spark, il-pjan ta’ riċerka xjentifika nazzjonali tal-Provinċja ta’ Shandong (21).” |
|
(45) |
Barra minn hekk, it-talba spjegat li diversi kumpaniji huma l-hekk imsejħa intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata bil-privileġġi korrispondenti, bħall-akbar produttur tal-glukonat tas-sodju, Shandong Fuyang Biotechnology, it-tieni l-akbar produttur Zhucheng Xingmao Corn Developing Co., Ltd, u t-tielet l-akbar produttur Shandong Xiwang sugar. |
|
(46) |
It-talba ssottolinjat li hemm ukoll entranti ġodda fis-suq tal-glukonat tas-sodju li huma intrapriżi tal-Istat (“SOEs”), pereżempju l-kumpanija l-ġdida Heilongjiang Zhonglang Biotech Co., Ltd. għandha bħala azzjonist maġġoritarju lil Qitaihe City Construction Investment Development Co., Ltd., kumpanija miżmuma mill-awtoritajiet lokali. Minbarra dan, Qingdao Kehai Biochemical Co., Ltd. għandha ċertu sfond tal-gvern (22). Barra minn hekk, it-talba spjegat li hemm ukoll SOEs li jfornu l-materjali ewlenin meħtieġa għall-produzzjoni tal-glukonat tas-sodju, bħal lamtu tal-qamħirrum, soda kawstika jew enerġija. Eżempju ta’ dan hija COFCO Biotech, SOE u produttur ewlieni tal-lamtu tal-qamħirrum. Zhucheng Xingmao Corn Developting (ara l-premessa (45)) hija produttur ewlieni ieħor tal-lamtu tal-qamħirrum. |
|
(47) |
Fir-rigward tad-dokumenti ta’ politika fis-seħħ, it-talba semmiet li skont l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin, l-Istat huwa ddeterminat li jżomm is-superviżjoni stretta fuq l-industrija kimika. |
|
(48) |
It-talba indikat li diġà nstabu distorsjonijiet fil-passat fis-settur kimiku mill-Kummissjoni f’għadd ta’ investigazzjonijiet (23). Barra minn hekk, Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju mwettqa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti żvelat l-eżistenza ta’ għadd ta’ distorsjonijiet fis-settur (24). |
|
(49) |
L-investigazzjoni żvelat li fis-settur tal-glukonat tas-sodju, ċertu grad ta’ sjieda u kontroll mill-GTĊ jippersisti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, inkluż fl-intrapriżi li ġejjin li jipproduċu l-glukonat tas-sodju li, filwaqt li ma humiex SOEs sħaħ, għandhom proporzjon importanti ta’ parteċipazzjoni azzjonarja diretta u indiretta tal-istat: Xingmao Corn Developing u Heilongjiang Zhonglang Biotech. |
|
(50) |
Fir-rigward tal-GTĊ li jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonstatat l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP, kemm fost l-assoċjazzjonijiet tal-industrija li jirrappreżentaw il-produtturi tal-glukonat tas-sodju u tal-lamtu tal-qamħirrum kif ukoll fost l-intrapriżi li jimmanifatturaw. |
|
(51) |
Ġie stabbilit li xi produtturi tal-glukonat tas-sodju huma membri attivi tal-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Addittivi u l-Ingredjenti tal-Ikel (“CFAA”), li fl-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha tistipula dan li ġej: “Artikolu 3: L-Assoċjazzjoni taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, u, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tiżviluppa attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. L-awtorità ta’ reġistrazzjoni u ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u l-awtorità ewlenija għall-bini tal-Partit hija l-Kumitat tal-Partit tas-Superviżjoni tal-Assi tal-Istat u l-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Istat. L-Assoċjazzjoni taċċetta l-gwida tan-negozju, is-superviżjoni u l-ġestjoni tal-awtorità tar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, l-awtorità ewlenija tal-bini tal-partit, u tad-dipartimenti rilevanti tal-ġestjoni tal-industrija. […] Artikolu 22: L-elezzjoni u t-tneħħija tad-diretturi: (1) L-ewwel diretturi għandhom jiġu nnominati b’mod konġunt mill-membri tal-assoċjazzjoni mal-istabbiliment, u għandhom jiġu eletti mill-assemblea rappreżentattiva tal-membri wara li jiġu approvati mit-tmexxija tal-bini tal-Partit.” |
|
(52) |
L-assoċjazzjoni tal-industrija li tirrappreżenta l-produtturi tal-lamtu tal-qamħirrum, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-glukonat tas-sodju, hija l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Lamtu taċ-Ċina (“CSIA”). Hija telenka fl-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha l-prinċipji li ġejjin fl-Artikolu 3: “Din l-entità taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, u, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tiżviluppa attivitajiet tal-partit u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. L-awtorità ta’ reġistrazzjoni ta’ din l-entità hija l-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili, u l-awtorità ewlenija għall-bini tal-partit hija l-Kumitat tal-Partit tas-Superviżjoni tal-Assi tal-Istat u l-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Istat. L-entità taċċetta l-gwida tan-negozju u s-superviżjoni u l-ġestjoni tal-aġenziji tal-ġestjoni tar-reġistrazzjoni, tal-aġenziji ewlenin tal-bini tal-partit, u tad-dipartimenti rilevanti tal-ġestjoni tal-industrija (25).” |
|
(53) |
Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-glukonat tas-sodju huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika. Il-produtturi tal-prodott taħt rieżami jenfasizzaw b’mod espliċitu l-attivitajiet ta’ bini tal-Partit fuq is-siti web tagħhom, għandhom membri tal-Partit fil-maniġment tal-kumpanija u jissottolinjaw l-affiljazzjoni tagħhom mas-CCP. L-investigazzjoni żvelat attivitajiet ta’ bini tal-Partit f’Shandong Fuyang Biotechnology. Il-kumpanija pparteċipat f’attivitajiet ta’ bini tal-Partit organizzati f’Awwissu 2022 mis-CSIA għall-intrapriżi membri tagħha. L-attivitajiet twettqu bl-għanijiet li ġejjin: “Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp integrat tal-bini tal-partiti fl-industrija flimkien mal-ħidma tan-negozju tal-intrapriżi, [aħna għandna] naderixxu mat-tmexxija tal-bini tal-partit, nipprattikaw ir-rekwiżiti ġenerali li ‘navviċinaw il-livell lokali, nattendu għal klassijiet tal-partit, nipprattikaw l-aspirazzjonijiet oriġinali, inwettqu riċerka u nsolvu l-problemi, u nrawmu bis-sħiħ fażi ġdida fl-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-lamtu’ (26)”. Barra minn hekk, il-President ta’ Shandong Fuyang Biotechnology jissottolinja r-rabtiet tal-kumpanija tiegħu mal-Istat u mas-CCP bil-mod li ġej: “F’dawn l-aħħar snin, taħt it-tmexxija b’saħħitha tal-kumitati u l-gvernijiet tal-partit tal-belt u tal-kontea, Fuyang Biotech żammet momentum ta’ żvilupp kostanti permezz ta’ ġestjoni rfinata u skoperti innovattivi. […] mingħajr l-appoġġ qawwi tal-kumitat tal-partit lokali u tal-gvern, l-intrapriża ma kinitx tkun fejn hija llum. Speċjalment mis-sena l-oħra, meta l-belt ħarġet ħafna politiki u miżuri li jibbenefikaw minnhom l-intrapriżi, bħall-‘Pjan ta’ Azzjoni ta’ 3 Snin’, ‘20 Opinjoni għal Belt Industrijalizzata Ġdida’ u ‘Politika ta’ appoġġ għall-Aqwa 50 Intrapriża kontibwenti u l-Aqwa 50 Intrapriża li jikkontribwixxu soċjalment’. (…) Din saħħet ukoll il-fiduċja u d-determinazzjoni tagħna biex nespandu u nħaffu l-iżvilupp tagħna (27).” |
|
(54) |
Produttur ieħor tal-glukonat tas-sodju, Shandong Xiwang Sugar, jiddeskrivi r-rwol tal-attivitajiet ta’ bini tal-Partit b’dan il-mod: “Huwa rrapportat li Xiwang Sugar dejjem qieset ix-xogħol ta’ bini tal-partit bħala kompitu importanti. Minbarra li wettqet attivitajiet regolari ta’ bini tal-partit, hi mmobilizzat ukoll b’mod attiv lill-membri tal-partit biex jidħlu fil-fond fil-linja tal-produzzjoni u jsolvu problemi li jinħolqu, biex l-organizzazzjoni tal-partit tiġi involuta bis-sħiħ bħala fortizza ta’ ġlied u bdiet ukoll perkors speċifiku ta’ żvilupp li jiżgura l-koordinazzjoni tal-bini tal-partit u tal-produzzjoni kif ukoll it-tisħiħ reċiproku tagħhom”. |
|
(55) |
Barra minn hekk, politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku huma stabbiliti fis-settur tal-glukonat tas-sodju. L-industrija tal-glukonat tas-sodju hija koperta minn għadd ta’ pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq is-sustanzi kimiċi, inklużi l-addittivi tal-ikel, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Pereżempju, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP”) dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-FYP ġenerali u globali li jistabbilixxi l-għanijiet għall-5 snin koperti minnu, jagħti rwol importanti lill-industrija kimika: “It-Taqsima VIII-3: It-tħaffif tat-trasformazzjoni u t-titjib tal-intrapriżi f’industriji ewlenin bħall-industrija tas-sustanzi kimiċi (28)”. |
|
(56) |
L-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jelenka l-ambizzjonijiet teknoloġiċi stabbiliti fl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali bil-mod li ġej: “Tabella 1 Linji Gwida Ewlenin dwar l-Innovazzjoni Teknoloġika fis-Setturi Petrokimiċi u Kimiċi. […] it-trawwim tat-tħejjija ta’ ktajjen komprensivi tal-industrija ta’ materjali b’bażi bijoloġika (29)”. |
|
(57) |
Barra minn hekk, l-involviment tal-Istat fl-iżvilupp tal-industrija kimika huwa inkluż ukoll fl-Opinjonijiet Gwida għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji Petrokimiċi u Kimiċi matul l-14-il FYP: “Taqsima III.5(5) It-tħaffif tat-trasformazzjoni u t-titjib tal-industrija u l-kompetittività tagħha. L-aġġornament b’mod dinamiku tal-katalgu tat-teknoloġiji u l-prodotti li l-industrija petrokimika u kimika hija mħeġġa tippromwovi u tapplika (30)”. |
|
(58) |
Barra minn hekk, l-Avviż ta’ Diversi Miżuri ta’ Politika biex Jappoġġaw l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Ipproċessar fil-Fond tal-Prodotti Agrikoli tal-2018 tal-“MOA + 15-il amministrazzjoni” jistabbilixxi dan li ġej: “1. L-ottimizzazzjoni tal-istruttura tal-industrija. L-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-iżvilupp koordinat tal-ipproċessar intensiv tal-prodotti agrikoli bl-ipproċessar primarju u bl-użu komprensiv tagħhom u l-iżgurar tal-konnessjoni mal-industriji upstream u downstream bħall-produzzjoni ta’ materja prima speċifika, … Il-monitoraġġ u l-analiżi regolari tat-tqassim tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-ipproċessar intensiv u l-użu komprensiv ta’ prodotti agrikoli fi kwantitajiet kbar, il-gwida tat-trasformazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni żejda u l-aċċellerazzjoni tal-kostruzzjoni tan-nuqqas ta’ kapaċità tal-produzzjoni, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tat-tqassim tal-katina tal-industrija. Iż-żieda tal-valur miżjud tal-ipproċessar tal-qamħirrum, speċjalment fix-Xlokk taċ-Ċina (31)”. |
|
(59) |
Barra minn hekk, fil-livell reġjonali, hemm strumenti li jistabbilixxu l-intervent tal-Istat fl-industrija tal-glukonat tas-sodju. Pereżempju, il-provinċja ta’ Shandong ippubblikat Avviż ta’ Pjan li Jrawwem il-Bini ta’ Provinċja Agrikola b’Saħħitha (2021–2025) li jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin li jirregolaw is-settur agrikolu, li huwa rilevanti wkoll għall-produtturi tal-glukonat tas-sodju kif ukoll għall-produtturi tal-materja prima ewlenija, li huwa x-xropp tal-glukożju: “(1) Ideoloġija gwida. Immexxija mill-Ħsieb ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għal Era Ġdida, l-implimentazzjoni bir-reqqa tal-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u t-Tieni, it-Tielet, ir-Raba’ u l-Ħames Sessjonijiet Plenarji tad-19-il Kumitat Ċentrali, u l-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-interventi importanti tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar il-ħidma fuq l-għanijiet tal-‘agrikoltura, taż-żoni rurali u tal-bdiewa […]. Sal-2025, għandha tinkiseb skoperta importanti fil-kostruzzjoni ta’ Shandong bħala provinċja agrikola moderna. Il-valur totali tal-output tal-agrikoltura, tal-forestrija, tat-trobbija tal-annimali u tas-sajd tal-provinċja se jilħaq aktar minn RMB 1,3 triljun, il-valur miżjud se jaqbeż l-RMB 690 biljun (…) għandha tinbena provinċja b’saħħitha fl-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, b’introjtu operatorju annwali li jaqbeż l-RMB 3,3 triljun u l-proporzjon tal-valur tal-output tal-industrija tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli mal-valur tal-output agrikolu totali għandu jaqbeż it-3:1; il-bini ta’ provinċja bi żvilupp agrikolu b’saħħtu, li l-volum tal-esportazzjoni tagħha tal-prodotti agrikoli qed ikompli jikber b’mod kostanti u li hija l-provinċja ewlenija tal-pajjiż, u anke l-bini ta’ għadd ta’ kontej u bliet b’saħħithom li huma orjentati lejn l-esportazzjonijiet agrikoli’ (32)”. Il-pjan jindika wkoll għanijiet speċifiċi fir-rigward tal-iżvilupp u l-post futuri tal-intrapriżi: “il-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli fiż-żona tal-produzzjoni u l-iżgurar li dan ikun ikkonċentrat fil-parks; il-gwida lill-intrapriżi tal-ipproċessar biex jinġabru fi bliet ċentrali u f’villaġġi speċjalizzati, il-bini ta’ aktar minn 100 park industrijali agrikolu modern nazzjonali u provinċjali u 1 000 distrett agrikolu b’saħħtu”. |
|
(60) |
Barra minn hekk, il-glukonat tas-sodju huwa elenkat b’mod espliċitu fl-għanijiet ta’ żvilupp tal-14-il FYP tal-provinċja ta’ Heilongjiang dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ipproċessar tal-Qamħirrum. B’mod aktar speċifiku, il-pjan jinvolvi l-ħolqien ta’ raggruppamenti industrijali fiż-żoni tal-ipproċessar tal-qamħirrum tal-provinċja, inklużi l-produtturi tal-glukonat tas-sodju (33). Heilongjiang tiddeskrivi wkoll l-għan tagħha ta’ żvilupp tal-industrija tal-ipproċessar tal-qamħirrum bil-mod li ġej: “It-titjib tal-katina industrijali qed isir mod importanti għall-Provinċja ta’ Heilongjiang biex jiġi promoss l-iżvilupp tal-industrija agrikola. Skont il-persunal tad-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Affarijiet Rurali tal-Provinċja ta’ Heilongjiang, il-Provinċja ta’ Heilongjiang attwalment qiegħda timplimenta l-‘kunċett tal-industrija’ abbażi tal-ħatra ta’ ‘kap ta’ katina tal-industrija’ fejn pereżempju l-‘kap tal-katina tal-industrija tal-qamħirrum’ huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ stħarriġiet u riċerka, għat-tfassil ta’ pjanijiet għall-iżvilupp tal-industrija, għall-iżgurar tal-koordinazzjoni u għas-soluzzjoni tal-problemi, għat-twettiq ta’ promozzjoni mmirata tal-investiment, u għat-trawwim tal-industrija tal-qamħirrum biex issir akbar u aktar b’saħħitha (34).” L-output ippjanat għall-2021 kien jinkludi 3,4 miljun tunnellata ta’ kapaċità tal-ipproċessar tal-qamħirrum, b’1,8 miljun tunnellata ta’ lamtu tal-qamħirrum ipproċessat. Il-mira għall-valur tal-output fl-2021 ġiet stabbilita għal RMB 10 biljun (35). L-iżvilupp tal-proġett industrijali appoġġat mill-Istat tal-glukonat tas-sodju f’Heilongjiang għadu għaddej u ta’ suċċess, skont rapport fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Agrikoltura: “S’issa, l-industrija tal-ipproċessar tal-qamħirrum tal-Kontea ta’ Qinggang akkumulat investiment li jaqbeż l-RMB 6 biljun b’kollox, u bdiet b’mod suċċessiv bil-kostruzzjoni ta’ proġetti tal-lamtu, […], glukożju likwidu, glukonat tas-sodju, … u serje oħra ta’ 29 proġett industrijali (36)”. |
|
(61) |
Il-provinċja ta’ Jilin tinkludi wkoll il-glukonat tas-sodju fost l-industriji appoġġati tagħha. L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Jilin dwar l-Industriji Strateġiċi u Emerġenti jikkonferma l-prijorità mogħtija lill-bijoindustrija: “It-titjib tal-livell ta’ industrijalizzazzjoni bijokimika. It-titjib tal-kapaċità tat-trasformazzjoni tal-qamħirrum, l-iżvilupp attiv tal-ipproċessar fil-fond u s-sostituzzjoni tal-materja prima (37).” Il-provinċja ta’ Jilin nediet proġett ta’ żvilupp kbir għall-glukonat tas-sodju. Kif imħabbar fuq is-sit web tal-provinċja ta’ Jilin: “Tħabbar proġett ta’ 100 000 tunnellata/sena ta’ glukonat tas-sodju. Bħala industrija ġdida, l-industrija tal-glukonat tas-sodju qiegħda tiżviluppa malajr. F’dawn l-aħħar 10 snin, l-output tal-industrija domestika tal-glukonat tas-sodju żamm rata ta’ tkabbir aggregata ta’ kważi 33 %. Iċ-Ċina saret produttur u esportatur importanti fid-dinja, b’kapaċità ta’ produzzjoni annwali totali ta’ aktar minn 600 000 tunnellata. Il-pjan ġenerali għall-iżvilupp ta’ industriji emerġenti strateġiċi tal-pajjiż inħareġ, u l-industrija bijoloġika ġiet elenkata fosthom. L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ proċessi ġodda, teknoloġiji ġodda u tagħmir ġdid fetħu spazju ġdid għall-iżvilupp tal-industrija tal-glukonat tas-sodju. […] il-Provinċja ta’ Jilin, iż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku ta’ Lishu, tibbenefika mis-sensiela l-ġdida ta’ miżuri nazzjonali biex tiġi stimulata d-domanda domestika fil-ħin u tibbaża fuq il-vantaġġi tal-park eżistenti tal-industrija kimika fiż-żona ta’ żvilupp u tipproponi output annwali ta’ 100 elf tunnellata ta’ glukonat tas-sodju. Il-proġett se […], jottimizza ulterjorment l-istruttura industrijali taż-żona tal-iżvilupp ekonomiku, […], u se jespandi l-volum ekonomiku totali, li għandu sinifikat kbir, profond, prattiku u storiku għall-aċċellerazzjoni tal-proċess ta’ industrijalizzazzjoni tal-Kontea ta’ Lishu. Għalhekk, il-prospetti tas-suq għal dan il-proġett huma ottimisti (38).” |
|
(62) |
Kif jista’ jiġi osservat mill-eżempji msemmija hawn fuq, il-GTĊ jiggwida l-iżvilupp tas-settur tal-glukonat tas-sodju f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur. B’hekk, l-industrija tal-glukonat tas-sodju tibbenefika minn gwida u intervent governattivi dwar il-materja prima ewlenija, jiġifieri l-lamtu tal-qamħirrum. |
|
(63) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-lamtu tal-qamħirrum bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(64) |
Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku fis-settur tal-glukonat tas-sodju msemmi hawn fuq fil-premessa (40) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami. |
|
(65) |
Is-settur tal-glukonat tas-sodju huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (41). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fir-RPĊ). |
|
(66) |
Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-glukonat tas-sodju ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (41). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(67) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt rieżami jixtru jew jikkuntrattaw għal dawn l-inputs, il-prezzijiet li jitħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet; huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital; u huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(68) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
|
(69) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
|
(70) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
3.3.2. Pajjiż rappreżentattiv
3.3.2.1. Kummenti ġenerali
|
(71) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(72) |
Kif spjegat fil-premessa (31), il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi rilevanti li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din in-Nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti tal-kriterji rilevanti. In-Nota informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tqis lill-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(73) |
F’konformità mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat lill-Kolombja bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ għaliex kienet issuġġerita mill-applikant fit-talba għal rieżami. Il-Kolombja hija kklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Minħabba li la l-Istati Uniti u lanqas l-UE ma għandhom livell simili ta’ żvilupp bħar-RPĊ, il-Kummissjoni ffokat fuq prodott fl-istess kategorija u/jew settur tal-prodott taħt rieżami u stabbiliet li kien hemm produzzjoni ta’ aċidi tal-frott li jseħħu b’mod naturali li jappartjenu għall-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt rieżami fil-Kolombja u d-data rilevanti kienet faċilment disponibbli. |
|
(74) |
Fl-aħħar nett, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni u wara li ġie stabbilit li l-Kolombja kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza tar-Regolament bażiku. |
3.3.2.2. Konklużjoni
|
(75) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kif propost fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u minħabba li l-Kolombja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet lill-Kolombja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.3.3. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(76) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża informazzjoni minn: l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) għall-istabbiliment ta’ kostijiet mingħajr distorsjoni tat-tariffi tal-manodopera u dawk pubbliċi mill-fornituri tal-elettriku fil-Kolombja. |
|
(77) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddikjarat li biex tistabbilixxi l-kostijiet u l-profitt tal-SG&A, hija tuża d-data finanzjarja minn produttur Kolombjan ta’ prodotti mill-istess kategorija bħall-prodott taħt rieżami, kif stabbilit fil-premessa (31). |
3.3.3.1. Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.3.3.1.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(78) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti miġbura matul il-proċediment, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tal-glukonat tas-sodju
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
Materja prima
|
(79) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-taqsima 3.3.1 din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv. |
|
(80) |
Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, meta titqies in-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejba ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli jinstab id-daqs eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Tali aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, b’hekk, tal-marġni tad-dumping. |
Manodopera
|
(81) |
Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO biex tiddetermina l-pagi fil-Kolombja (42). Din tipprovdi informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar tal-impjegati fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu fil-Kolombja fil-perjodu ta’ investigazzjoni (is-sena 2021). |
Elettriku
|
(82) |
Għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-formola tal-prezz faċilment disponibbli ta’ Enel (43), il-fornitur ewlieni tal-elettriku fil-Kolombja. Dan is-sors jipprovdi prezz medju uniku tal-elettriku fix-xahar. |
3.3.3.1.2. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament
|
(83) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(84) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u tal-manodopera. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura. |
|
(85) |
Għall-istabbiliment ta’ ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq l-aktar data finanzjarja reċenti disponibbli li l-kumpanija fil-Kolombja li kienet ġiet identifikata fin-Nota bħala produttur attiv u profittabbli ta’ prodotti fil-kategorija simili bħall-glukonat tas-sodju kif ukoll l-erba’ produtturi Kolombjani addizzjonali ta’ prodotti fil-kategorija simili għal dik tal-glukonat tas-sodju ssuġġeriti mill-applikant fil-kummenti tiegħu għan-Nota. Għas-sena finanzjarja 2021 intużat id-data finanzjarja għall-kumpaniji li ġejjin kif estratta minn Orbis Bureau van Dijk: Sucroal SA, DSM Nutritional Products Colombia SA, Fonandes SAS, Nutresol SAS u Quimica International Quintal SA. |
3.3.3.2. Kalkolu tal-valur normali
|
(86) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(87) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. |
|
(88) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt kif innotat fil-premessi (84) u (85). L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tad-data finanzjarja medja ta’ ħames produtturi Kolombjani rappreżentattivi ta’ prodotti fil-kategorija simili bħall-glukonat tas-sodju għas-sena 2021 kif irrapportat fir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija. Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:
|
|
(89) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet valur medju normali għal kull unità fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Prezz tal-esportazzjoni
|
(90) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi ta’ CIF estratti mid-data tal-Eurostat, aġġustati għal-livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz CIF tnaqqas bil-kost tat-trasport bil-baħar, tal-assigurazzjoni u l-kost tat-trasport domestiku. Il-kostijiet tat-trasport domestiku Ċiniż u internazzjonali kienu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami. |
3.5. Tqabbil
|
(91) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq. |
3.6. Marġni tad-dumping
|
(92) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping instab li kien sinifikanti (aktar minn 100 %). Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING
|
(93) |
Wara s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku l-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, kif ukoll miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fi swieq tal-esportazzjoni oħrajn. |
|
(94) |
Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-GTĊ, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami, informazzjoni disponibbli faċilment, u informazzjoni mill-bażi tad-data tal-GTA. |
4.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(95) |
L-applikant ipprovda stimi tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-output tal-glukonat tas-sodju fir-RPĊ. Dawn l-istimi kienu bbażati fuq rapport (44) u żewġ bullettini (45) minn KComber/CCM, fornitur Ċiniż tal-intelligence tas-suq fl-industriji kollha tal-agrikoltura, tas-sustanzi kimiċi u tax-xjenzi tal-ħajja. |
|
(96) |
Għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ir-rapport stima l-kapaċità totali tal-produzzjoni fir-RPĊ għal 1 306 800 tunnellata. Għall-istess sena, ir-rapport stima l-output totali fir-RPĊ għal 701 400 tunnellata. Dawn l-istimi jimplikaw rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ 54 %, u kapaċità ta’ riżerva ta’ 605 400 tunnellata f’dik is-sena, li tammonta għal aktar minn 25 darba l-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles. Barra minn hekk, il-bullettini pprovdew evidenza ta’ pjanijiet minn tliet produtturi tal-glukonat tas-sodju għal espansjonijiet ulterjuri tal-kapaċità ta’ total ta’ 290 000 tunnellata/sena, mill-2022 ’il quddiem (46). |
|
(97) |
Il-Kummissjoni nnotat li, fid-dawl tal-applikazzjonijiet ewlenin tal-glukonat tas-sodju, l-evoluzzjoni tal-konsum tiegħu hija assoċjata mill-qrib mat-tkabbir tal-industrija tal-kostruzzjoni. Skont il-pjan ta’ żvilupp tal-Gvern Ċiniż għall-industrija tal-kostruzzjoni matul il-perjodu tal-14-il FYP (2021–2025) (47), dik l-industrija se żżomm sehem kostanti (6 %) tal-PDG tal-pajjiż fl-2025. Barra minn hekk, abbażi tad-data dwar il-produzzjoni u l-esportazzjonijiet mill-2013 sal-2021 (48), il-Kummissjoni kkalkolat il-konsum domestiku tal-glukonat tas-sodju fir-RPĊ matul dak il-perjodu u sabet li żdied minn 527 000 għal 701 400 tunnellata, li jirrappreżenta rata ta’ tkabbir annwali ta’ anqas minn 3 %. Minn dan isegwi li, anke f’xenarji ottimistiċi ħafna ta’ żvilupp ekonomiku, il-konsum domestiku tal-glukonat tas-sodju mhux se jkun jista’ jassorbi parti kbira mill-kapaċità ta’ riżerva li nbniet fil-pajjiż, u li x’aktarx se tkompli tiżdied. Għalhekk, il-produtturi Ċiniżi tal-glukonat tas-sodju se jkollhom inċentivi qawwija biex jużaw din il-kapaċità ta’ riżerva għall-esportazzjonijiet, inkluż b’mod partikolari lejn is-suq tal-Unjoni. |
|
(98) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jintużaw għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi
|
(99) |
Fid-dawl tad-daqs tal-industrija tal-kostruzzjoni tagħha, kif ukoll ta’ industriji oħrajn li jagħmlu użu mill-glukonat tas-sodju, is-suq tal-Unjoni għall-glukonat tas-sodju huwa ta’ importanza globali. F’dak ir-rigward, ta’ min jinnota li, anke bil-miżuri stabbiliti, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni mhux biss komplew, iżda żdiedu wkoll b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (ara t-tabella 3), u dan juri li s-suq tal-Unjoni għadu attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(100) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jżidu saħansitra aktar il-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u qabblithom mal-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. |
|
(101) |
Bħala punt tat-tluq, il-Kummissjoni użat data mill-bażi tad-data tal-GTA, sett tad-data ewlieni fis-suq dwar il-flussi kummerċjali globali fil-livell tal-kodiċi tas-sistema armonizzata (kodiċi HS). Skont il-GTA, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021), kif ukoll matul il-parti tal-2022 li għaliha kienet disponibbli d-data, il-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi HS 291816 kien ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz medju tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Madankollu, minħabba l-fatt li dan il-Kodiċi HS jinkludi wkoll prodotti oħrajn apparti l-glukonat tas-sodju, il-Kummissjoni kkomplementat l-analiżi tagħha b’sorsi oħrajn. |
|
(102) |
B’mod partikolari, l-applikant ipprovda data dettaljata miksuba minn ThinkReal, kumpanija speċjalizzata tar-riċerka tas-suq, dwar l-esportazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju miċ-Ċina (49). Skont din id-data, il-prezz medju (f’termini FOB) tal-esportazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju miċ-Ċina lejn l-Unjoni kien bejn 1 % u 5 % ogħla meta mqabbel mal-prezz medju tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, kemm matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021), kif ukoll matul il-parti tal-2022 li għaliha kienet disponibbli d-data. Fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi Ċiniżi jkunu jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma saħansitra ogħla (f’termini FOB) meta mqabblin mal-prezzijiet lejn pajjiżi terzi li, madankollu, xorta waħda jibqgħu l-oġġett ta’ dumping minħabba d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu matul dan ir-rieżami, filwaqt li jiżdied is-sehem mis-suq tagħhom fl-Unjoni. |
|
(103) |
Minn dan isegwi li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, li jkollhom inċentiv ekonomiku biex imexxu l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni li jħalli aktar qligħ bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.3. Miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fi swieq oħrajn tal-esportazzjoni
|
(104) |
Il-Kummissjoni nnotat li fl-2018 l-Istati Uniti imponew ukoll miżuri ta’ difiża tal-kummerċ, inklużi dazji anti-dumping u dazji kumpensatorji, kontra l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju mir-RPĊ (50). |
|
(105) |
Minħabba l-livell għoli ta’ dawn il-miżuri, kien diffiċli għall-glukonat tas-sodju mir-RPĊ li jidħol fl-Istati Uniti fi kwantitajiet sinifikattivi. Konsegwentement, parti sostanzjali mill-kapaċità ta’ riżerva disponibbli ma setgħetx tiġi assorbita mis-suq tal-Istati Uniti. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, li tissuġġerixxi li dawn il-miżuri se jitħassru fil-futur prevedibbli. |
|
(106) |
Bħala riżultat tal-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fl-Istati Uniti, il-produtturi Ċiniżi tal-glukonat tas-sodju jiffaċċjaw possibbiltajiet imnaqqsin għall-esportazzjonijiet. Għalhekk, is-suq tal-Unjoni huwa ta’ importanza relattiva għolja, u jattira parti sinifikanti mill-produzzjoni Ċiniża tal-glukonat tas-sodju jekk il-miżuri tal-Unjoni jitħallew jiskadu. |
4.4. Konklużjoni
|
(107) |
Meta titqies il-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fir-RPĊ u filwaqt li jitqiesu l-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ imposti mill-Istati Uniti, kif ukoll l-evidenza dwar l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jiskadu, ikun probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jattivaw il-kapaċità ta’ riżerva u saħansitra jmexxu l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u f’volumi sinifikanti. |
|
(108) |
Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping. |
5. DANNU
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(109) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Jungbunzlauer S.A. u Roquette Italia S.p.A. Dawn iż-żewġ kumpaniji huma responsabbli għal 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u għalhekk jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(110) |
Peress li d-data relatata mal-valutazzjoni tad-dannu kienet idderivata minn żewġ produtturi tal-Unjoni biss, iċ-ċifri għall-analiżi tad-dannu huma mogħtija f’firxiet minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Madankollu, l-indiċijiet huma bbażati fuq data reali u mhux fuq il-firxiet. |
|
(111) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita fil-firxa ta’ [50 000–61 000] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-talba għar-rieżami ta’ skadenza u t-tweġiba għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(112) |
Saret żjara ta’ verifika fil-bini tal-produttur li kkoopera tal-prodott taħt rieżami, Jungbunzlauer SA. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
|
(113) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni miksub mit-tweġiba għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni u abbażi tal-volum totali tal-importazzjoni kif disponibbli fil-Eurostat. |
|
(114) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(115) |
L-investigazzjoni wriet li l-konsum totali tal-glukonat tas-sodju jinkludi sehem kbir ta’ użu ristrett mill-industrija tal-Unjoni, jiġifieri l-kwantitajiet użati għal ipproċessar ulterjuri mill-industrija tal-Unjoni. Dan ifisser li l-prodott taħt rieżami huwa importanti wkoll għall-prodotti downstream tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(116) |
Il-konsum fl-Unjoni fis-suq ħieles żdied b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, naqas b’7 % bejn l-2018 u l-2020, li minnhom żewġ punti perċentwali naqsu fl-2019 u kien hemm tnaqqis ieħor ta’ ħames punti perċentwali fl-2020, is-sena tal-pandemija. Dan reġa’ rkupra mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi 11-il punt perċentwali, hekk kif l-industriji tal-utenti bdew jirkupraw mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-pandemija. |
5.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
5.3.1. Volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(117) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat. |
|
(118) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(119) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’mod kumplessiv, il-volum tal-importazzjoni Ċiniża żdied b’74 %. Dan żdied b’75 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad naqas ftit b’1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan l-iżvilupp juri li l-importazzjonijiet Ċiniżi segwew ix-xejra opposta tal-konsum tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq Ċiniż żdied bi 88 % mill-2018 sal-2020 u wera tnaqqis ta’ 11 % mill-2020 għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-esportaturi Ċiniżi rnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq tagħhom b’mod konsiderevoli mill-2018 sal-2020 f’suq li qed jiċkien, iżda ma żidux is-sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta l-konsum tal-Unjoni reġa’ żdied. B’mod ġenerali, is-sehem tas-suq tal-esportaturi Ċiniżi żdied drastikament matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. |
5.4. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(120) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi abbażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat. |
|
(121) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezz tal-Importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||
|
(122) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni Ċiniżi kienu pjuttost stabbli sal-2020 u mbagħad żdiedu b’mod sinifikanti b’41 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ogħla mil-livell medju tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kif rifless fit-Tabella 9 hawn taħt. |
|
(123) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni disponibbli għaliha li tista’ tispjega dan l-iżvilupp. Huwa mfakkar li s-sena 2020, it-tielet sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni fl-investigazzjoni attwali, tikkoinċidi mal-bidu tal-kriżi sanitarja tal-COVID-19, li kkawżat tfixkil madwar id-dinja fil-ktajjen tax-xiri u tal-provvista. Abbażi tas-sottomissjonijiet mill-industrija tal-Unjoni u tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, ir-restrizzjonijiet sanitarji severi li ilhom stabbiliti mill-2020 wasslu għal kostijiet ogħla fiċ-Ċina, b’mod partikolari għall-materja prima, l-enerġija u t-trasport fl-2021. Il-prezz tal-qamħirrum fiċ-Ċina żdied b’bejn 50 % u 70 % bejn l-2018 u l-2021 (51), u ż-żieda fil-kostijiet tat-trasport tista’ tispjega ż-żieda fil-prezz tal-esportazzjoni tal-glukonat tas-sodju bejn l-2020 u l-2021 (52). |
|
(124) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dwar it-taħlita ta’ prodotti esportati miċ-Ċina lejn l-Unjoni, jew dwar it-tip ta’ klijenti li importaw il-prodott ikkonċernat. Dan huwa ta’ importanza partikolari minħabba li l-investigazzjoni wriet li jeżistu differenzi sinifikanti fil-prezzijiet fost it-tipi ta’ prodotti, skont l-applikazzjoni. Id-data verifikata disponibbli wriet li l-prezzijiet tal-glukonat tas-sodju maħsub għas-setturi tal-ikel u tal-farmaċewtika jistgħu jkunu sa 37 % ogħla mit-tipi ddestinati għal applikazzjonijiet oħrajn, bħall-kostruzzjoni. |
|
(125) |
L-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni żvelat ukoll li filwaqt li l-esportaturi Ċiniżi kienu qed ibigħu bi prezz spot, l-industrija tal-Unjoni kienet prinċipalment qed tbigħ il-glukonat tas-sodju abbażi ta’ kuntratti annwali. Dan ifisser li l-biċċa l-kbira tal-bejgħ sar bi prezzijiet fissi li ma setgħux jiżdiedu. Skont l-industrija tal-Unjoni, il-ftehimiet ta’ bejgħ mal-esportaturi Ċiniżi spiss isiru bi prezz spot jew fuq bażi ta’ żmien qasir. Għalhekk, il-prezzijiet tagħhom qed jirriflettu b’mod immedjat ċirkostanzi tas-suq mhux mistennija, bħal żidiet fil-materja prima u fil-kostijiet tat-trasport. |
|
(126) |
Abbażi tal-informazzjoni limitata u mhux verifikata disponibbli dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni eżaminat it-twaqqigħ possibbli tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(127) |
Dan it-tqabbil ma wera l-ebda twaqqigħ tal-prezz mill-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, anke meta ma jitqisux id-dazji anti-dumping. |
|
(128) |
Dan it-tqabbil huwa bbażat fuq taħlita mhux magħrufa ta’ prodotti Ċiniżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri fuq id-data dwar il-prezzijiet, liema dettalji ma kinux disponibbli u għalhekk ma setgħux jiġu vverifikati. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat f’aktar dettall it-tipi ta’ prodotti mmanifatturati u mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni u sabet li madwar 30 % tal-bejgħ tagħha sar bi prezzijiet ta’ bejn 8 u 14 % ogħla mill-prezz medju Ċiniż. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni verifikata dwar it-tipi ta’ prodotti mibjugħin mill-esportaturi Ċiniżi u għalhekk ma tistax tikkonkludi li t-tqabbil li sar fil-premessa (126) huwa sinifikattiv. |
|
(130) |
L-industrija tal-Unjoni pprovdiet informazzjoni li turi li l-kost tat-trasport miċ-Ċina lejn l-Unjoni żdied b’mod sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u laħaq bejn EUR 210 u EUR 250 għal kull tunnellata. Din iż-żieda temporanja fil-kost tkun, bil-bosta, il-fattur ewlieni li jispjega l-prezz tal-esportazzjoni relattivament għoli tal-glukonat tas-sodju Ċiniż matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Meta wieħed iqis il-kost medju tat-trasport ta’ hawn fuq, il-prezz ta’ kif joħroġ mill-fabbrika tal-glukonat tas-sodju Ċiniż esportat lejn l-Unjoni jkun ta’ madwar EUR 600 għal kull tunnellata, jiġifieri bejn 20 u 30 % anqas mill-prezz ta’ kif joħroġ mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(131) |
Il-Kummissjoni ġabret ukoll informazzjoni disponibbli għall-pubbliku (53) li tissuġġerixxi li l-output tal-produtturi Ċiniżi ewlenin naqas b’5,4 %. B’mod parallel, il-prezz tal-lamtu tal-qamħirrum, il-materja prima ewlenija użata għall-produzzjoni tal-glukonat tas-sodju, kien qed jiżdied fl-2021. Skont l-istess sors pubbliku, il-prezz tal-glukonat tas-sodju Ċiniż kif joħroġ mill-fabbrika żdied fl-2021, u bħala medja kien EUR 560/tunnellata. Dan il-prezz huwa bejn 25 u 35 % anqas mill-prezz ta’ kif joħroġ mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni u jikkonferma li l-livell tal-prezzijiet Ċiniżi osservat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami huwa prinċipalment dovut għaż-żieda temporanja fil-kostijiet tat-trasport. |
|
(132) |
Abbażi ta’ sors pubbliku ieħor (54), ġie stmat li l-kost medju tat-trasport miċ-Ċina lejn l-UE fl-2021 kien ta’ madwar EUR 130–EUR 170/tunnellata, jiġifieri tliet darbiet il-kost tal-2020. Iż-żieda tal-kostijiet medji tat-trasport mal-prezz medju għall-glukonat tas-sodju Ċiniż kif joħroġ mill-fabbrika twassal għal prezz medju tal-esportazzjoni maħdum ta’ madwar EUR 700/tunnellata. Dan il-prezz jikkonċerna t-tipi kollha ta’ glukonat tas-sodju prodotti fiċ-Ċina. |
|
(133) |
Tqabbil tal-prezzijiet fuq dik il-bażi jwassal għal twaqqigħ tal-prezz medju ta’ 9 % tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni, meta ma jitqisux id-dazji anti-dumping. |
5.5. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina
|
(134) |
Kif imsemmi fil-premessa (31), il-glukonat tas-sodju jiġi prodott fiċ-Ċina, fl-Istati Uniti u fl-Unjoni. L-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina kienu negliġibbli (ferm anqas minn 1 % tal-konsum tal-Unjoni) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk huwa meqjus li dawn l-importazzjonijiet ma kellhom l-ebda impatt materjali fuq is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ma qisitx aktar dawn l-importazzjonijiet fl-analiżi tad-dannu tagħha. Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||
5.6. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.6.1. Kummenti ġenerali
|
(135) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ analiżi. |
|
(136) |
L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn żewġ produtturi. Il-produttur akbar (l-applikant) ikkoopera bis-sħiħ billi mela l-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni u pprovda d-data kollha meħtieġa għall-analiżi tad-dannu. Iż-żewġ produtturi pprovdew l-informazzjoni, li ppermettiet li jiġu stabbiliti l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi. Il-produttur iżgħar ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(137) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. L-indikaturi makroekonomiċi ġew stabbiliti abbażi tad-data li tinsab fit-talba għal rieżami, it-tweġiba verifikata għall-kwestjonarju tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera, u d-data pprovduta mill-produttur iżgħar tal-Unjoni. Dan kopra d-data makroekonomika relatata maż-żewġ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(138) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(139) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
5.6.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.6.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(140) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6A Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(141) |
Il-produzzjoni tal-glukonat tas-sodju żdiedet b’6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-investigazzjoni wriet li r-raġunijiet ewlenin għal din iż-żieda kienu ż-żieda fil-bejgħ għall-esportazzjoni (+ 18 %) u użu ristrett ogħla (+ 14 %) għall-prodotti downstream f’dak il-perjodu. |
|
(142) |
Din ix-xejra pożittiva fil-produzzjoni ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni tagħmel ekonomiji ta’ skala b’utilizzazzjoni akbar tal-kapaċità tal-produzzjoni u tnaqqas ċerti kostijiet, b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(143) |
Kif diġà ġie ddikjarat hawn fuq, it-tabella ta’ hawn taħt turi li s-sehem tal-produzzjoni maħsub għall-użu ristrett huwa importanti u jirrappreżenta madwar 35 sa 45 % tal-produzzjoni totali. Dak is-sehem żdied b’14 % u baqa’ importanti għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żewġ produtturi li jifformaw l-industrija tal-Unjoni jużaw il-glukonat tas-sodju għal prodotti downstream. Dan ifisser li l-produzzjoni tal-glukonat tas-sodju hija importanti ħafna għall-attività kollha u għas-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni fit-terminu medju u fit-tul. |
|
(144) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu. It-tabella ta’ hawn taħt turi li ż-żieda fl-użu tal-kapaċità kienet prinċipalment dovuta għal żieda fid-domanda fis-swieq tal-esportazzjoni u f’attivitajiet downstream. Il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni baqa’ fil-biċċa l-kbira stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 6B Produzzjoni tal-Unjoni maħsuba għal użu ristrett
|
||||||||||||||||||||
|
(145) |
Il-produzzjoni maħsuba għall-użu ristrett tirrappreżenta sehem kbir mill-produzzjoni u mill-attività tal-industrija tal-Unjoni. Id-domanda interna għall-glukonat tas-sodju żdiedet b’mod partikolari fl-2020 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kif imsemmi fil-premessa (141), dan ippermetta lill-industrija tal-Unjoni tikseb ekonomiji ta’ skala u tnaqqas il-kostijiet. |
5.6.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(146) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Volum ta’ bejgħ fl-Unjoni u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(147) |
Il-bejgħ tal-glukonat tas-sodju fis-suq ħieles żdied ftit b’1 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-volum tal-bejgħ naqas bi 11 % sal-2020, imbagħad irkupra matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(148) |
Għalkemm is-suq tal-Unjoni kien qed jikber, l-industrija tal-Unjoni tilfet tliet punti perċentwali tas-sehem mis-suq għal importazzjonijiet Ċiniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. It-telf tas-sehem mis-suq kien partikolarment evidenti bejn l-2018 u l-2020 (erba’ punti perċentwali) u ma setax jiġi rkuprat meta s-sitwazzjoni tas-suq ħieles kienet sejra għall-aħjar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ ferm taħt il-livell fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.6.2.3. Tkabbir
|
(149) |
L-investigazzjoni wriet li, minn naħa waħda, ċerti indikaturi tal-volum bħall-produzzjoni (+ 6 %) u b’mod parallel, l-impjiegi (+ 4 %), żviluppaw b’mod pożittiv, b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Min-naħa l-oħra, anke jekk il-bejgħ fis-suq ħieles żdied marġinalment u l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli, l-industrija tal-Unjoni tilfet tliet punti perċentwali tas-sehem mis-suq għal importazzjonijiet miċ-Ċina u l-investimenti tagħha kellhom jitnaqqsu b’aktar minn 50 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(150) |
Huwa mfakkar li l-produzzjoni żviluppat b’mod pożittiv minħabba domanda akbar fis-swieq tal-esportazzjoni u fil-prodotti downstream tal-industrija tal-Unjoni. Minkejja l-miżuri fis-seħħ u żieda fil-konsum tas-suq ħieles b’4 %, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni b’1 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.6.2.4. Impjiegi u produttività
|
(151) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Impjiegi u produttività fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(152) |
L-għadd ta’ impjegati fl-industrija tal-Unjoni żdied b’4 % sal-2020 u mbagħad stabbilizza ruħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni u ż-żieda fl-impjiegi fl-2019, il-produttività naqset temporanjament f’dik is-sena. Din tjiebet fl-2020 u speċjalment fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità ma’ żieda fil-produzzjoni. |
5.6.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(153) |
Il-marġnijiet tad-dumping oriġinali varjaw minn 5,6 % sa 79,2 %. L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet Ċiniżi kienu baxxi ħafna mill-2018 sal-2020. Bħala medja, dawn kienu bejn 15 u 25 % anqas mill-prezzijiet mitlubin mill-industrija tal-Unjoni lill-klijenti tagħha tal-Unjoni fl-istess perjodu. Din is-sitwazzjoni ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tirkupra minn dumping fil-passat. Il-profittabbiltà kienet negattiva jew qrib il-livell ta’ ekwilibriju u l-investimenti tnaqqsu b’mod sinifikanti. L-analiżi tal-indikaturi tad-dannu turi li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha affettwata minn dumping dannuż fil-passat sal-2020. Il-miżuri stabbiliti kellhom biss impatt pożittiv mill-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(154) |
Il-marġni tad-dumping stabbilit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien sinifikanti. |
5.6.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.6.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(155) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-unità tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost unitarju tal-produzzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(156) |
L-industrija tal-Unjoni tikkonkludi kuntratti annwali, f’xi każijiet sentejn, mal-klijenti tagħha. L-investigazzjoni wriet li l-prezz medju tal-bejgħ stabbilit fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika żdied b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda ewlenija fil-prezz seħħet fl-2019 biex twieġeb għal żieda simili fil-kostijiet. Wara dan, il-prezzijiet baqgħu fil-biċċa l-kbira stabbli sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(157) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’6 % fl-2019, li jikkoinċidi ma’ tnaqqis fil-produzzjoni (– 2 %) u fil-volum tal-bejgħ fis-suq ħieles (– 4 %). Sussegwentement, il-kost unitarju tal-produzzjoni naqas b’9 % bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, il-kost unitarju tal-produzzjoni naqas b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-tnaqqis kien dovut għal tnaqqis ta’ ċerti kostijiet diretti u spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi. |
5.6.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(158) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(159) |
Il-kostijiet lavorattivi medji naqsu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. F’kull każ, billi x-xogħol jirrappreżenta biss porzjon żgħir tal-kost tal-produzzjoni, dan jenħtieġ li ma jitqiesx bħala indikatur sinifikattiv fl-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
5.6.3.3. Inventarji
|
(160) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(161) |
Il-livell tal-inventarji żdied bejn l-2018 u l-2019 (+ 20 %) u mbagħad wera tnaqqis (– 26 %) bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, il-livell tal-inventarji naqas bi 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-glukonat tas-sodju hija ddestinata kemm għall-użu ristrett mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll għall-bejgħ fis-suq ħieles. L-industrija tal-Unjoni wriet li tista’ tkun flessibbli biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti u dawk interni tagħha u li prinċipalment qed tipproduċi fuq ordnijiet għas-suq ħieles. Għalhekk, il-livell tal-istokkijiet seta’ jinżamm f’livell minimu (3–5 % tal-produzzjoni). |
5.6.3.4. Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(162) |
Il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(163) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal mill-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(164) |
L-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel it-telf matul l-ewwel sentejn tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u fl-2020 saret ftit profittabbli. Il-profittabbiltà tjiebet ulterjorment fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami iżda baqgħet taħt il-profitt fil-mira użat fl-investigazzjoni oriġinali. It-titjib tal-profittabbiltà fl-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien prinċipalment dovut għal kostijiet diretti aktar baxxi, l-irkupru fil-volum tal-produzzjoni u kostijiet aktar baxxi tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi. L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikseb ekonomiji ta’ skala billi żżid il-produzzjoni tagħha u tnaqqas il-kostijiet, b’mod partikolari fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni, li għadha f’pożizzjoni vulnerabbli, tista’ tirkupra aktar f’suq irregolat minn kundizzjonijiet effettivi tal-kompetizzjoni. |
|
(165) |
Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Dan ġie stabbilit abbażi tal-attività kollha tal-bejgħ tal-glukonat tas-sodju tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan kien negattiv fl-2018 u fl-2019 u nbidel għal pożittiv fl-2020 u tjieb aktar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-irkupru fil-profittabbiltà. Dan l-iżvilupp jenħtieġ li jiġi sostnut fit-terminu medju biex jipproduċi effetti pożittivi dejjiema fuq l-industrija tal-Unjoni. |
|
(166) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa stabbilit fuq il-bażi tal-profitt tal-bejgħ kollu tal-prodott taħt rieżami f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Kif spjegat fil-premessa (155), il-prezzijiet tal-bejgħ kienu relattivament stabbli u fil-premessa (163), il-kostijiet setgħu jitnaqqsu bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wassal għall-irkupru tal-profittabbiltà għall-bejgħ li sar lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni u ppermetta lil dan l-indikatur jiżviluppa b’mod pożittiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(167) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni fl-attività tagħha tal-glukonat tas-sodju naqsu sostanzjalment b’50 sa 60 %. L-industrija tal-Unjoni żammet l-injezzjoni ta’ kapital ġdid għal minimu billi naqqset il-livell ta’ investiment tagħha għal ammonti kważi negliġibbli. Għalhekk, il-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital ma setgħetx tiġi analizzata u ma setgħet tinstilet l-ebda konklużjoni. Madankollu, huwa ċar li tali livell baxx ta’ investiment ma setax jiżgura l-kontinwità tal-produzzjoni fit-terminu medju. |
5.7. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(168) |
L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi rnexxielhom iżidu l-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq tagħhom, li żdiedu b’mod sinifikanti b’45 % fl-2019 u bi 30 % oħra fl-2020. F’dak il-perjodu, instab li l-prezz medju tal-importazzjoni Ċiniż kien bejn 15 u 25 % anqas mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi rnexxielhom iżommu dan is-sehem mis-suq minkejja prezz medju tal-importazzjoni ogħla fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi u n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ data rilevanti dwar il-prezzijiet, bħat-taħlita tal-prodotti biex isir tqabbil sinifikattiv tal-prezzijiet, ma setgħet tinħareġ l-ebda konklużjoni affidabbli dwar it-twaqqigħ tal-prezzijiet. |
|
(169) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw b’mod negattiv matul l-ewwel 3 snin tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ (– 4 %) kien aktar evidenti mit-tnaqqis fil-konsum (– 2 %) fl-2019 u l-bejgħ naqas ulterjorment b’7 % fl-2020. Bejn l-2018 u l-2019, il-produzzjoni baqgħet fil-biċċa l-kbira stabbli iżda l-inventarji żdiedu b’mod sinifikanti (sa 20 %) minħabba tnaqqis fil-bejgħ. Il-profittabbiltà kienet negattiva iżda eventwalment saret ftit profittabbli fl-2020. Bejn l-2020 u l-RIP, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha (+ 12 %) u s-sehem mis-suq (+ 1 %). Hija rnexxielha wkoll tnaqqas il-kost tal-produzzjoni tagħha biex ittejjeb aktar il-profittabbiltà matul l-RIP. |
|
(170) |
Fl-istess ħin, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx bis-sħiħ mit-tkabbir tas-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li l-konsum fis-suq ħieles żdied b’4 %, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied ftit b’1 % u b’hekk tilef tliet punti perċentwali tas-sehem mis-suq. |
|
(171) |
Fil-qosor, l-investigazzjoni wriet li l-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità u l-impjiegi, flimkien ma’ indikaturi finanzjarji bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti, żviluppaw b’mod pożittiv, b’mod partikolari fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus saru pożittivi mill-2020, u r-redditu fuq l-investimenti sar pożittiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(172) |
Abbażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra mid-dumping dannuż preċedenti u ma ġarrbitx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, huwa meqjus li anke jekk l-iżviluppi reċenti fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni wrew sinjali ta’ rkupru, l-industrija għadha f’sitwazzjoni vulnerabbli. |
6. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
|
(173) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u li kien probabbli li d-dumping ikompli f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(174) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (172) li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għaldaqstant, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
|
(176) |
Kif stabbilit fil-premessi (95) sa (98) hawn fuq, hemm kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fiċ-Ċina biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni malajr f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Kif stabbilit fil-premessa (96), fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-produtturi esportaturi Ċiniżi kellhom kapaċità ta’ madwar 1 300 000 tunnellata, li hija aktar minn 50 darba l-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles. Abbażi tad-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni, din il-kapaċità se tiżdied sostanzjalment fis-snin li ġejjin. Ebda parti oħra ma kkontestat din id-data u lanqas ma pprovdiet xi element ieħor f’dan ir-rigward. |
|
(177) |
Id-data disponibbli għall-pubbliku (55) tikkonferma li l-output tal-glukonat tas-sodju fiċ-Ċina żdied meta mqabbel mas-snin preċedenti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kien ta’ 701 400 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan ifisser li l-użu tal-kapaċità kien ta’ madwar 54 % u l-eċċess fil-kapaċità kien madwar 600 000 tunnellata f’dak il-perjodu. Dan huwa aktar minn 25 darba l-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles. |
|
(178) |
Għalkemm huwa mistenni li l-konsum tal-glukonat tas-sodju se jiżdied fis-snin li ġejjin, l-użu baxx tal-kapaċità jappoġġa l-affermazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li l-kapaċità Ċiniża qed taqbeż bil-kbir il-ħtiġijiet interni. Il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina ma tistax tiġi assorbita mis-suq Ċiniż, meta titqies kwalunkwe aspettattiva raġonevoli tat-tkabbir tagħha. Għalhekk, hemm inċentivi qawwija għall-produtturi Ċiniżi biex jesportaw, b’mod partikolari lejn is-suq tal-Unjoni, aktar u aktar jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(179) |
Skont l-industrija tal-Unjoni, l-eċċess fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni huwa inċentiv biex titkompla l-esportazzjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Huwa ċar li l-esportaturi Ċiniżi jridu jisfruttaw il-possibbiltajiet eżistenti kollha biex iżidu l-produzzjoni biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-investimenti sinifikanti li għamlu fil-kapaċitajiet installati. L-aktar mod ovvju huwa li jiġi ppenetrat kwalunkwe suq miftuħ madwar id-dinja u x’aktarx bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bħalma għadu l-każ fl-investigazzjoni attwali. Meta jitqies it-tnaqqis fil-kost tat-trasport fl-2022 (56) u l-livell tal-prezzijiet mistenni fl-Unjoni, l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju Ċiniż x’aktarx li jiżdiedu għal kwantitajiet kbar bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(180) |
L-investigazzjoni wriet li l-prezz medju tal-glukonat tas-sodju Ċiniż lejn l-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kien ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni mitlub mill-esportaturi Ċiniżi mingħand destinazzjonijiet oħrajn, ara l-premessa (101). L-esportazzjoni tal-glukonat tas-sodju lejn l-UE jekk il-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ jitħallew jiskadu, għalhekk tkun tagħmel sens ekonomiku, speċjalment minħabba li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ produzzjoni kbira disponibbli u jistgħu faċilment iżidu l-produzzjoni tagħhom anke mingħajr ma jiddevjaw il-volum tal-bejgħ (anqas ekonomikament attraenti) lejn l-UE. |
|
(181) |
Fl-aħħar nett, l-industrija tal-Unjoni fakkret li l-Istati Uniti, l-uniku pajjiż bi produzzjoni tal-glukonat tas-sodju minbarra ċ-Ċina u l-UE, stabbilew ukoll li l-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-glukonat tas-sodju kienu qed ibigħu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fis-suq tagħhom. B’mod parallel, instab ukoll li dawn il-produtturi jibbenefikaw minn sussidji pubbliċi li jħeġġu l-esportazzjonijiet. Kif spjegat fil-premessa (105), il-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ stabbiliti fl-Istati Uniti jillimitaw b’mod effettiv id-dħul tal-glukonat tas-sodju Ċiniż f’dak is-suq. |
|
(182) |
Fil-bqija tad-dinja, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jiddominaw il-provvista tal-glukonat tas-sodju. Skont id-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni, il-manifatturi Ċiniżi għandhom sehem dominanti mis-suq fl-Afrika (aktar minn 90 % fl-2021), fil-Lvant Nofsani (aktar minn 99 %) u f’pajjiżi tal-Ewropa mhux membri tal-UE (kważi 80 %) (57). |
|
(183) |
L-applikant sostna li kien hemm distorsjoni temporanja fil-prezzijiet Ċiniżi fl-2021 u fil-bidu tal-2022 peress li r-rati eċċezzjonalment għoljin ta’ merkanzija għall-vjeġġi ta’ kontejners miċ-Ċina lejn destinazzjonijiet barranin irriżultaw fi prezzijiet ogħla ta’ prodotti Ċiniżi. Dan għamel l-offerti tal-industrija tal-Unjoni aktar kompetittivi (58). Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni tista’ żżid kemxejn il-volum tal-bejgħ tagħha u timplimenta livell ogħla ta’ prezz. Madankollu, l-applikant iddikjara wkoll li x-xejra ta’ żieda fil-kostijiet tal-merkanzija kienet inbidlet reċentement u li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu qed jerġgħu jbigħu bi prezzijiet aktar baxxi li ma jippermettux lill-industrija tal-Unjoni tikkompeti b’termini ġusti. It-tnaqqis fil-kost tal-merkanzija fl-2022 huwa kkonfermat ukoll mid-data disponibbli għall-pubbliku msemmija fil-premessa (178) hawn fuq. |
|
(184) |
Din l-affermazzjoni kienet appoġġata wkoll minn kwotazzjonijiet baxxi ħafna offruti minn ċerti esportaturi Ċiniżi lil klijenti tal-Unjoni fl-2022 (59). Kif spjegat fil-premessi (96) sa (98) hawn fuq, il-kapaċitajiet kbar ta’ produzzjoni ta’ riżerva fiċ-Ċina jistgħu jintużaw faċilment u volum għoli ta’ importazzjonijiet Ċiniżi li huma oġġett ta’ dumping x’aktarx li jerġgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Dawn il-volumi għoljin ta’ glukonat tas-sodju bi prezz baxx jeżerċitaw pressjoni sinifikanti tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni u x’aktarx jirriżultaw fi tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ u fil-prezzijiet. Għalhekk, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tiddeterjora malajr u tipperikola l-irkupru reċenti tagħha u s-sopravivenza tagħha fuq terminu qasir sa medju. |
|
(185) |
Meta titqies iż-żieda sinifikanti fil-prezz tal-materja prima li diġà seħħet fl-2022 u li hija prevista li tkompli fl-2023 (60), il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tiġi affettwata b’mod negattiv. Aktar minn hekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dan x’aktarx iwassal għal żieda fil-kwantitajiet ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, u b’hekk ibiddel l-industrija tal-Unjoni f’industrija li tagħmel it-telf. Din is-sitwazzjoni twassal għall-għajbien tal-produzzjoni tal-glukonat tas-sodju fl-Unjoni u tal-attivitajiet downstream tal-industrija tal-Unjoni f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir. F’dan il-każ, il-produzzjoni dinjija tal-glukonat tas-sodju tiġi ridotta għaċ-Ċina u għall-Istati Uniti biss, li tista’ tħalli impatt fuq is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni. |
|
(186) |
Fid-dawl tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, jiġifieri l-kapaċitajiet ta’ riżerva kbar fiċ-Ċina, il-ħtieġa li l-esportaturi Ċiniżi jżidu l-produzzjoni u jsibu swieq ġodda, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-aċċess limitat tal-esportaturi Ċiniżi għas-suq tal-Istati Uniti, it-tnaqqis reċenti fil-kostijiet tat-trasport u l-livell baxx ta’ prezzijiet attwalment offruti lill-klijenti fl-UE mill-esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti f’importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi u d-dannu materjali x’aktarx li jerġa’ jseħħ. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(187) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
|
(188) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(189) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(190) |
Kif iddikjarat fil-premessa (171), l-industrija tal-Unjoni wriet li kienet kapaċi tirkupra minn dumping dannuż f’suq regolat minn kundizzjonijiet kummerċjali effettivi. Is-sehem li għandha fis-suq tal-Istati Uniti jkompli jikkonferma li l-operazzjonijiet tagħha huma vijabbli meta ma jkunux soġġetti għal kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (171) hawn fuq, l-industrija għadha fi stat vulnerabbli. |
|
(191) |
Il-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ li attwalment huma fis-seħħ fl-UE u fl-Istati Uniti għandhom l-għan li jistabbilixxu ambjent effettiv u kompetittiv għall-produtturi kollha tal-glukonat tas-sodju iżda anke għall-operaturi l-oħrajn kollha. Id-data pprovduta mill-applikant turi li filwaqt li l-produtturi Ċiniżi għandhom anqas minn 5 % tas-sehem mis-suq fis-suq tal-Istati Uniti, il-produtturi tal-UE għandhom madwar 20 % tas-sehem mis-suq. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni hija kompetittiva u ma hijiex lesta li tirrinunzja dan is-segment tal-bejgħ, li huwa uniku fl-Unjoni. |
|
(192) |
Abbażi ta’ dak ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-estensjoni tal-miżuri fis-seħħ kontra r-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(193) |
Kif iddikjarat fil-premessa (18), l-ebda importatur mhux relatat ma kkoopera matul l-investigazzjoni. |
|
(194) |
L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda impatt negattiv sinifikanti tal-miżuri fis-seħħ fuq l-importaturi. |
|
(195) |
L-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti kkonkludiet li l-importaturi jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv mill-miżuri iżda f’livell limitat ħafna. Instab li s-sehem tal-glukonat tas-sodju kien jirrappreżenta anqas minn 5 % tal-fatturat tal-importaturi li kkooperaw fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. |
|
(196) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt limitat ħafna fuq l-importaturi, jekk ikollha, u dan l-impatt jagħmlu tajjeb għalih il-benefiċċji li l-miżuri jistgħu jġibu lill-industrija tal-Unjoni. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(197) |
L-ebda wieħed mill-utenti tal-glukonat tas-sodju ma kkoopera fl-investigazzjoni. |
|
(198) |
Fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, instab li għall-utent li kkoopera, il-glukonat tas-sodju kien jirrappreżenta anqas minn 5 % tal-kost tal-manifattura tal-prodotti lesti li jinkorporaw il-glukonat tas-sodju. Kwalunkwe żieda fil-prezz tal-glukonat tas-sodju għalhekk jenħtieġ li jkollha impatt limitat fuq l-attivitajiet tal-utenti. |
|
(199) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-industrija tal-Unjoni aġixxiet b’mod raġonevoli f’termini tal-iffissar tal-prezzijiet. Fl-2019, meta l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’medja ta’ 5 %, dan kien b’risposta għal żieda ta’ 6 % fil-kostijiet f’dik is-sena. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta l-prezzijiet Ċiniżi għal ċerti tipi ta’ glukonat tas-sodju kienu ogħla mill-industrija tal-Unjoni, il-prezz tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli. |
|
(200) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, u kif kien il-każ fl-investigazzjoni preċedenti, l-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda impatt negattiv sinifikanti tal-miżuri fuq l-utenti. |
|
(201) |
Għalhekk, mill-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt fuq l-utenti tal-kontinwazzjoni tal-miżuri, jekk ikun hemm, ikun limitat. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(202) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti għall-interess min-naħa tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(203) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqin mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping dwar il-glukonat tas-sodju mir-RPĊ jenħtieġ li jinżammu. |
|
(204) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(205) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(206) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(207) |
Ir-rati ta’ dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(208) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (61). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(209) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(210) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (62), meta jkollu jiġi rimborżat ammont fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li għandu jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(211) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju niexef, b’numru tal-Unjoni Doganali u l-Istatistika (CUS) 0023277-9 u numru tar-reġistru tal-Chemical Abstracts Service (CAS) 527-07-1, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 2918 16 00 (kodiċi TARIC 2918160010), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Shandong Kaison Biochemical Co., Ltd |
5,6 |
A972 |
|
Qingdao Kehai Biochemistry Co. Ltd |
27,1 |
A973 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
53,2 |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 965/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 282, 28.10.2010, p. 24).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2229 tad-9 ta’ Diċembru 2016 li ġġib fi tmiemu r-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Shandong Kaison (ĠU L 336, 10.12.2016, p. 40).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/94 tad-19 ta’ Jannar 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 20.1.2017, p. 3).
(6) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri tal-antidumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 25, 18.1.2022, p. 8).
(7) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2570
(8) https://www.gtis.com/gta/
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/116 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 19, 28.1.2022, p. 22).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1924 tal-10 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 264, 11.10.2022, p. 12).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2001 tal-21 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aspartam li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 274, 24.10.2022, p. 24).
(12) Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 82–88 u 121–122, ir-Regolament (UE) 2022/1924, il-premessi 71–77 u r-Regolament (UE) 2022/2001, il-premessi 105–108.
(13) Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 91–92, ir-Regolament (UE) 2022/1924, il-premessi 55–56 u r-Regolament (UE) 2022/2001, il-premessa 94.
(14) Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 93–94, 96, ir-Regolament (UE) 2022/1924, il-premessi 57–61 u r-Regolament (UE) 2022/2001, il-premessi 95–96: Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas mill-2016 ’l hawn is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-aċesulfam K u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(15) Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 97–100, ir-Regolament (UE) 2022/1924, il-premessi 62–67 u r-Regolament (UE) 2022/2001, il-premessi 97–101.
(16) Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 101–104, ir-Regolament (UE) 2022/1924, il-premessa 68 u r-Regolament (UE) 2022/2001, il-premessa 102.
(17) Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 105–106, ir-Regolament (UE) 2022/1924, il-premessa 69 u r-Regolament (UE) 2022/2001, il-premessa 103.
(18) Ir-Regolament (UE) 2022/116, il-premessi 107–117, ir-Regolament (UE) 2022/1924, il-premessa 70 u r-Regolament (UE) 2022/2001, il-premessa 104.
(19) Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 483 final/2, 20.12.2017, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=en
(20) Ara t-talba, paġni 19–20.
(21) Ara t-talba, paġna 20.
(22) Ara t-talba, paġna 20.
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/633 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 63); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/607 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 73); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441 tal-11 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 85, 12.3.2021, p. 154); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/39 tas-16 ta’ Jannar 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 13, 17.1.2020, p. 18).
(24) Ara l-Memorandum ta’ Deċiżjoni għad-Determinazzjoni Affermattiva Preliminari US DOC, ITA: Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju tal-Glukonat tas-Sodju, l-aċidu glukoniku u l-prodotti derivattivi (GNA) mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, it-2 ta’ Mejju 2018; Memorandum dwar il-Kwistjonijiet u d-Deċiżjoni għad-Determinazzjoni Affermattiva Finali fl-Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju tal-Glukonat tas-Sodju, l-aċidu glukoniku u l-prodotti derivattivi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, is-17 ta’ Settembru 2018.
(25) L-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CSIA disponibbli fuq: http://www.siacn.org/
(26) Ara l-artiklu fuq is-sit web tas-CSIA: https://www.siacn.org.cn/ds/2209ce7a3f.html
(27) China Industrial Economic Information Network, “Diskors ta’ Intraprenditur Privat| Zhang Dada, President ta’ Shandong Fuyang Biotechnology Co., Ltd.: Il-promozzjoni tal-kostruzzjoni ta’ proġetti ta’ teknoloġija avvanzata u l-bini tal-aqwa bażi ta’ manifattura ta’ prodotti bijoloġiċi fid-dinja”, ippubblikat fis-16 ta’ Awwissu 2021 (test oriġinali biċ-Ċiniż), disponibbli fuq: http://www.cinic.org.cn/xy/dezhou/cjgc/1139848.html
(28) It-test sħiħ tal-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP”) dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/ghwb/202103/t20210323_1270124.html?code=&state=123
(29) Test sħiħ tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima disponibbli fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html
(30) Test sħiħ tal-Opinjonijiet Gwida għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji Petrokimiċi u Kimiċi matul l-14-il FYP disponibbli fuq: http://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-04/08/content_5683972.htm#msdynttrid=WRmyf07ph0z74SHmXoOLKjRWl09BdZ4lGdYp9fiI9xU
(31) Test sħiħ tal-Avviż ta’ Diversi Miżuri ta’ Politika biex Jappoġġaw l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Ipproċessar fil-Fond tal-Prodotti Agrikoli tal-“MOA + 15-il amministrazzjoni” disponibbli fuq: http://www.xccys.moa.gov.cn/gzdt/201901/t20190102_6314547.htm
(32) L-Artikolu 1 tal-Avviż ta’ Pjan tal-provinċja ta’ Shandong li jrawwem il-bini ta’ provinċja agrikola b’saħħitha (2021—2025). Test sħiħ tad-dokument disponibbli fuq: http://www.shandong.gov.cn/art/2021/10/28/art_107851_114919.html
(33) L-14-il FYP tal-provinċja ta’ Heilongjiang dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ipproċessar tal-Qamħirrum, kaxxa 3.3. Test sħiħ disponibbli fuq: https://zwgk.hlj.gov.cn/zwgk/publicInfo/detail?id=450171
(34) Ara s-sit web tal-Ministeru tal-Agrikoltura: http://www.moa.gov.cn/xw/qg/202012/t20201207_6357665.htm
(35) Ara s-sit web tal-Ministeru tal-Agrikoltura: http://www.moa.gov.cn/xw/qg/202206/t20220614_6402372.htm
(36) http://www.moa.gov.cn/xw/qg/202206/t20220614_6402372.htm
(37) L-Artikolu 3.4. Test sħiħ tad-dokument ippubblikat fuq is-sit web tal-gvern Jilin: http://xxgk.jl.gov.cn/szf/gkml/202112/t20211227_8357122.html
(38) Ara s-sit web tal-provinċja ta’ Jilin: http://www.jl.gov.cn/szfzt/tzcj/zdxm/ncpjg/201902/t20190215_5605767.html
(39) Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji — Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income
(40) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.
(41) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, tali data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.
(42) https://www.ilo.org/ilostat
(43) www.enel.com.co
(44) Sodium Gluconate and Glucono Delta-Lactone’s Major Producers Capacity and Output in China in 2021, ippubblikat f’April 2022.
(45) Corn Products China News Lulju 2022; Corn Products China News Settembru 2022.
(46) BBCA Biochemical: 60 000 tunnellata, Shandong Fuyang Biotechnology (permezz ta’ Dezhou Heyang Biotechnology): 200 000 tunnellata, u Tongliao Zhongyuan Biological Development: 30 000 tunnellata.
(47) Ara: http://english.scio.gov.cn/pressroom/2022-01/26/content_78011624.htm
(48) KComber/CCM u ThinkReal.
(49) Esibit 23 tar-rapport ta’ verifika: L-istatistika Ċiniża dwar l-esportazzjoni (id-destinazzjonijiet kollha)/l-istatistika Ċiniża dwar l-esportazzjoni (id-destinazzjonijiet tal-EU 27).
(50) https://www.federalregister.gov/documents/2018/11/13/2018-24705/sodium-gluconate-gluconic-acid-and-derivative-products-from-the-peoples-republic-of-china
(51) Ara s-sottomissjoni ta’ Jungbunzlauer “Esibit 23”.
(52) Ara s-sottomissjoni ta’ Jungbunzlauer “Esibit 23”.
(53) Sodium Gluconate and Glucono Delta-Lactone’s Major Producers Capacity and Output in China in 2021 (marketresearch.com) https://www.marketresearch.com/CCM-International-Limited-v3539/Sodium-Gluconate-Glucono-Delta-Lactone-32039947/#:~:text = In%202017 %E2 %80 %932021 %2C%20the%20output%20of%20sodium%20gluconate%20in,which%20was%205.44 %25 %20lower%20than%20that%20of%202020.
(54) China to Europe container freight rate index | Statista
Shipping costs quadruple to record highs on China-Europe ‘bottleneck’ | Financial Times (ft.com)
(55) Sodium Gluconate and Glucono Delta-Lactone’s Major Producers Capacity and Output in China in 2021 (marketresearch.com) https://www.marketresearch.com/CCM-International-Limited-v3539/Sodium-Gluconate-Glucono-Delta-Lactone-32039947/#:~:text = In%202017 %E2 %80 %932021 %2C%20the%20output%20of%20sodium%20gluconate%20in,which%20was%205.44 %25 %20lower%20than%20that%20of%202020.
(56) Ara l-paġna 4 tal-verżjoni miftuħa tas-sottomissjoni ta’ Jungbunzlauer “Prova 23” tat-18 ta’ Novembru 2022.
(57) Ara l-paġni 9–10 tal-verżjoni miftuħa tas-sottomissjoni ta’ Jungbunzlauer “Esibit 23”.
(58) Ara l-paġna 7 tal-verżjoni miftuħa tas-sottomissjoni ta’ Jungbunzlauer “Esibit 23”.
(59) Ara l-paġni 1–2 tal-verżjoni miftuħa tas-sottomissjoni ta’ Jungbunzlauer tal-21 ta’ Novembru 2022.
(60) Ara l-paġna 2 tal-verżjoni miftuħa tas-sottomissjoni ta’ Jungbunzlauer tal-21 ta’ Novembru 2022.
(61) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(62) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).