14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

287


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Diċembru 2004

dwar il-finanzjar ta' eżaminazzjoni esterna tal-Politika Komunitarja dwar is-Saħħa ta' l-Annimali u l-finanzjar ta' studju li janalizza l-ispejjeż ta', u l-kondizzjonijiet għal, strument tal-finanzjar tar-riskju għall-epidemiji tal-bhejjem fl-UE

(2005/39/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-ispiża fil-qasam veterinarju (1), u b'mod parikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SEC/2004/120 tal-11 ta' Marzu 2003 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE il-Komunità għandha tieħu jew tgħin l-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni Komunitarja veterinarja u għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni jew taħriġ veterinarju.

(2)

Minħabba r-rakkomandazzjonijiet tal-konferenza internazzjonali dwar il-kontroll u l-prevenzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (Diċembru 2001), dilemmi ġodda dwar il-kontroll ta' mard ta' l-annimali li jittieħed ħafna, u l-ħtieġa possibbli għal skemi ġodda ta' finanzjar għall-konsegwenzi ta' dawn it-tifqigħat, hemm il-ħtieġa għal aktar reviżjoni.

(3)

Sabiex din ir-reviżjoni titmexxa, iż-żewġ azzjonijiet li ġejjin għandhom jitwettqu fil-kuntest ta' programm ta' ħidma.

(4)

L-ewwelnett, evalwazzjoni tal-programmi Komunitarji ta' l-ispiża, bħala mezz ta' ġustifikazzjoni għat-tmexxija ta' fondi allokati u bħala mod li tiġi promossa kultura ta' tagħlim permezz ta' lezzjonijiet matul it-tmexxija (lesson‐learning throughout the management), b'fokus akbar fuq tmexxija iimsejsa fuq riżultati (results-based management).

(5)

Din l-evalwazzjoni esterna u indipendenti tal-Politika Komunitarja dwar is-Saħħa ta' l-Annimali (CAHP) imsejsa fuq l-aspetti finanzjarji tagħha għandha tgħin lis-servizzi tal-Kummissjoni biex ifissru għażliet ta' politika xierqa u imsejsa fuq l-impatt għall-futur.

(6)

It-tieni nett, studju (proġett pilota fis-sens ta' l-Artikolu 49(2) tar-Regolament Finanzjarju) li janalizza l-ispejjeż ta', u l-kondizzjonijiet għal, strument għall-finanzjament tar-riskju għall-epidemiji tal-bhejjem fl-UE, wara t-talba tal-Parlament Ewropew. Il-mira ta' dan l-istudju ser tkun li tiġi eżaminata l-possibbiltà u biex tiġi evalwata l-ispiża ta' għażliet alternattivi ta' strumenti finanzjarji ta' riskju bil-għan li jkun iddeterminat l-impatt potenzjali fuq il-baġits nazzjonali jew ta' l-UE u l-livelli sostenibbli ta' appoġġ nazzjonali għal telf dirett.

(7)

Ir-riżultati ta' dan l-istudju jista' jifforma l-bażi biex ikun ikkunsidrat minn naħa l-armonizzazzjoni ta' skemi ta' l-UE tal-finanzjament, bil-għan ta' lanqas li l-bdiewa jitpoġġew f'pożizzjoni ugwali madwar l-UE, u min-naħa l-oħra biex jiġi analizzat il-ġejjieni tal-fond veterinarju fil-Komunità mkabbra.

(8)

Skond l-Artikolu 15 tar-Regoli Interni ta' l-2004 għall-esekuzzjoni tal-baġit, programm annwali ta' ħidma jista' wkoll jitqies li jkun id-deċiżjoni ta' finanzjament basta illi huwa jkopri qafas dettaljat biżżejjed, u l-evalwazzjoni, l-istudju u r-reviżjoni maħsuba f'din id-deċiżjoni jikkostitwixxu tali qafas.

(9)

Approprijazzjonijiet li jistgħu jintużaw mingħajr att bażiku, skond l-Artikolu 49(2) a) tar-Regolament Finanzjarju għandhom madankolllu ikunu koperti b'deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li toffri qafas ekwivalenti.

(10)

Għalhekk, din id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi qafas ekwivalenti għal deċiżjoni ta' finanzjaent fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar regolamentazzjoni finanzjarja applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(11)

Il-miżura li għaliha hemm ipprovdut f'din id-Deċiżjoni hija skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

L-azzjonijiet deskritti fl-anness ta' din id-Deċiżjoni huma approvati għall-għanijiet tal-finanzjament tagħhom.

Magħmula fi Brussell, fit-30 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).


ANNESS

1)   Evalwazzjoni esterna tal-Politika Komunitarja dwar is-Saħħa ta' l-Annimali u eżamijiet ta' l-impatt xierqa biex ifissru għażla xierqa tal-politika għall-ġejjieni f'dan il-qasam.

Linja ta' baġit: 17.04.02 — miżuri oħra

Att Bażiku: Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE

Proċedura u kalendarju: Din l-evalwazzjoni u l-eżami ta' l-impatt ser isiru permezz ta' kuntratt ta' qafas. Sejħa għall-offerti għal dan il-kuntratt ta' qafas ser ikun imniedi wara proċedura miftuħa matul l-aħħar kwart ta' l-2004.

Spiża: ammont massimu ta' EUR 530 000.

2)   Studju dwar “spejjeż u analiżi tal-kondizzjonijiet għal strument ta' finanzjament tar-riskju għall-epidemiji tal-bhejjem fl-UE”.

Linja ta' baġit: 17.01.04.04

Proġett pilota skond l-Artikolu 49(2) FR

Proċedura u kalendarju: Sejħa għall-offerta ser tkun imnieda wara proċedura miftuħa fl-aħħar kwart tas-sena,

Spiża: ammont massimu ta' EUR 500 000.