|
22.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/52 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1633
tal-20 ta’ Settembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Bulgarija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Wara talba mill-Bulgarija fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 (2), ta għajnuna finanzjarja lill-Bulgarija fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 511 000 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, u b’perjodu ta’ disponibbiltà ta’ 18-il xahar, bil-ħsieb li jiġu kkumplimentati l-isforzi nazzjonali tal-Bulgarija biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirrispondi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
Is-self kellu jintuża mill-Bulgarija biex jiġu ffinanzjati l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343. |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 għadha qed tipparalizza parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fil-Bulgarija. Dan wassal għal żieda f’daqqa u qawwija ripetuta fin-nefqa pubblika fil-Bulgarija fir-rigward tal-miżura msemmija fl-Artikolu 3, punt (b) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343. |
|
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji li l-Bulgarija implimentat fl-2020, fl-2021 u fl-2022 biex trażżan dik it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak relatat mas-saħħa tagħha kellhom u għad qed ikollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Fl-2020, il-Bulgarija kellha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 4,0 % u 24,7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament, li żdiedu għal 4,1 % u 25,1 % rispettivament fi tmiem l-2021. Skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2022 tal-Kummissjoni, il-Bulgarija hija mbassra li jkollha defiċit tal-gvern ġenerali u dejn ta’ 3,7 % u 25,3 % tal-PDG rispettivament sa tmiem l-2022. Il-PDG tal-Bulgarija huwa proġettat li jiżdied b’ 2,1 % fl-2022. |
|
(5) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2022, il-Bulgarija talbet assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni fl-ammont ta’ EUR 460 170 000 bil-ħsieb li tkompli tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020, fl-2021 u fl-2022 biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema. B’mod partikolari, il-Bulgarija estendiet ulterjorment u emendat l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fil-premessa (6). |
|
(6) |
Is-sussidju estiż tal-pagi jingħata lil impriżi li, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, sofrew tnaqqis fid-dħul ta’ mill-inqas 30 % minħabba restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tagħhom bejn it-13 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020. Huwa meħtieġ li l-impjieg tal-impjegati jiġi ppreservat matul il-perjodu ta’ parteċipazzjoni fil-miżura u għal perijodu ekwivalenti wara li tispiċċa. Is-sussidju tal-pagi ta’ kull xahar lill-impriżi eliġibbli jammonta għal bejn 50 u 60 % tas-salarju gross ta’ kull xahar tal-impjegat (inklużi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi), skont id-daqs tat-tnaqqis fid-dħul. Din il-miżura hija estensjoni tal-miżura deskritta fl-Artikolu 3, punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 u prevista fid-Digriet Nru 151 tat-3 ta’ Lulju 2020 tal-Kunsill tal-Ministri, emendat bid-Digriet Nru 278 tat-12 ta’ Ottubru 2020, id-Digriet Nru 416 tat-30 ta’ Diċembru 2020, id-Digriet Nru 93 tat-18 ta’ Marzu 2021, id-Digriet Nru 213 tal-1 ta’ Lulju 2021, id-Digriet Nru 322 tas-7 ta’ Ottubru 2021, id-Digriet Nru 482 tat-30 ta’ Diċembru 2021 u d-Digriet Nru 40 tal-31 ta’ Marzu 2022 (3). |
|
(7) |
Il-Bulgarija tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Bulgarija pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 1 015 050 000 mill-1 ta’ Frar 2020 b’riżultat tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Din jikkostitwixxi żieda f’daqqa u qawwija minħabba li hija relatata mal-estensjoni jew l-emendar ta’ miżuri nazzjonali eżistenti dwar l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Bulgarija. Il-Bulgarija beħsiebha tiffinanzja EUR 43 880 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tagħha stess. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Bulgarija u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili kif imsemmija fit-talba tat-23 ta’ Ġunju 2022, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Bulgarija tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(10) |
Minħabba li l-perjodu ta’ disponibbiltà indikat fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 skada, huwa meħtieġ perjodu ġdid ta’ disponibbiltà għall-assistenza finanzjarja addizzjonali. Il-perjodu ta’ disponibbiltà għall-assistenza finanzjarja mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 jenħtieġ li jiġi estiż b’21 xahar u b’konsegwenza ta’ dan il-perjodu ta’ disponibbiltà totali jenħtieġ li jkun ta’ 39 xahar li jibda mill-ewwel jum wara li tkun daħlet fis-seħħ id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Bulgarija u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(12) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kull proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-Bulgarija tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Bulgarija implimentat dik in-nefqa. |
|
(14) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u mistennija tal-Bulgarija, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa sostitiwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Il-Bulgarija tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 1. Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ. 2. Fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ikunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda din id-Deċiżjoni, il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni emendatorja, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1343 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Bulgarija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 10).
(3) Prom. Il-Gazzetta tal-Istat Nru 60 tas-07 ta’ Lulju 2020, emendat u ssupplimentat SG Nru 89 tas-16 ta’ Ottubru 2020, issupplimentat is-SĠ Nru 110 tad-29 ta’ Diċembru 2020, emendat is-SĠ Nru 2 tat-08 ta’ Jannar 2021, emendat u ssupplimentat SG Nru 24 tat-23 ta’ Marzu 2021, emendat u ssupplimentat SG Nru 56 tas-06 ta’ Lulju 2021, emendat u ssupplimentat SG Nru 85 tat-12 ta’ Ottubru 2021, issupplimentat SG Nru 97 tad-19 ta’ Novembru 2021, emendat SG Nru 1 tal-04 ta’ Jannar 2022, emendat SG Nru 27 tal-05 ta’ April 2022.