Official Journal L 301 , 31/12/1972 P. 0162 - 0163
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0203
Danish special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L301 P. 0164
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0203
English special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L301 P. 0164
Greek special edition: Chapter 11 Volume 4 P. 0164
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0166
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 3 P. 0166
Ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113; Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda kien iffirmat fi Brussel fit-22 ta’ Lulju 1972; Billi, għall-iskopijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-klawżoli ta’ salvagwardja provduti fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti huma preskritti mit-Trattat innifsu; Billi, min-naħa l-oħra, ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-klawżoli ta’ salvagwardja u l-miżuri kawtelatorji provduti fl-Artikoli 23 sa 28 tal-Ftehim għadhom iridu jkunu preskritti; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Kunsill għandu, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 113 tat-Trattat, jiddeċiedi li jirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda - hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-"Ftehim" – għall-finijiet li jittieħdu miżuri provduti fl-Artikoli 23, 25 u 27 tal-Ftehim. Meta meħtieġ, il-Kunsill għandu jadotta dawn il-miżuri skond l-istess proċedura. Il-Kummissjoni tista’ tissottometti l-proposti meħtieġa għal dan l-iskop fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru. Artikolu 2 1. Fl-każ ta’ prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri provduti fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk dik il-prattika hijiex kompatibbli mal-Ftehim. Meta meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardji lill-Kunsill, li għandu jaġixxi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 113 tat-Trattat. 2. Fil-każ ta’ prattika li tista’ tikkawża miżuri ta’ salvagwardja li jkunu applikati fil-Komunità fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 23 tal-Ftehim, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeċiedi jekk il-prattika hijiex kompatibbli mal-prinċipji preskritti fil-Ftehim. Meta meħtieġ, għandha tifformula rakkomandazzjonijiet xierqa. Artikolu 3 Fil-każ ta’ prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri provduti fl-Artikolu 25 tal-Ftehim, għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti mir-Regolament (KEE) Nru 459/68 [1]. Artikolu 4 1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħteġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikoli 24 u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta’ għajnuniet ta’ esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri kawtelatorji provduti fl-Artikolu 27(3)(d) tal-Ftehim jistgħu jkunu adottati kif ġej. 2. Il-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, tissottometti l-proposti meħtieġa, li fuqhom il-Kunsill għandu jiddeċiedi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 113 tat-Trattat. 3. L-Istat Membru ikkonċernat jista’, ħlief fil-każ ta’ għajnuniet ta’ esportazzjoni li jkollhom effett fuq il-kummerċ dirett u immedjat, jintroduċi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet. Għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b’dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, bi proċedura ta’ emerġenza u f’perjodu massimu ta’ tlett ijiem utili, u ħamest ijiem utli fil-każ ta’ l-Artikolu 26, min-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk il-miżuri għandhomx jinżammu, ikunu modifikati jew aboliti. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu notifikati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li għandha tkun esegwibbli minnufih. Kull Stat Membru jista’ jirriferi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill f’perjodu massimu ta’ ħamest ijiem fil-każ ta’ l-Artikolu 24, u għaxart ijem tax-xogħol fil-każ ta’ l-Artikolu 26, min-notifika tad-Deċiżjoni. Il-Kunsill għandu jintaqa’ minnufih. Jista’ b’maġġoranza kwalifikata jemenda jew iħassar id-Deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni. Jekk l-Istat Membru li ħa l-miżuri bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu jirriferi l-kwistjoni lill-Kunsill, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun sospiża. Is-sospenzjoni għandha tieqaf, fil-każ ta’ l-Artikolu 24, 15-il ġurnata u, fil-każ ta’ l-Artikolu 26, tletin ġurnata wara li l-kwistjoni tkun ntbagħtet lill-Kunsill jekk dan ma jkunx għadu emenda jew ħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu, għandha tingħata prijorità fl-għażla tal-miżuri ta’ dawk li l-inqas jiddisturbaw it-tħaddim tas-suq komuni. Qabel ma tieħu id-deċiżjoni tagħha dwar il-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi ħdan kumitat ta’ pariri kompost minn rappreżentanti ta’ kull Stat Membru u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta jitlaqqa’ mill-President tiegħu. Dan għandu jibgħat lill-Istati Membri, f’aqsar żmien possibbli, kull informazzjoni xierqa. Artikolu 5 Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament m’għandhom jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-klawżoli ta’ salvagwardja pprovduti f’dan it-Trattat, partikolarment fl-Artikoli 108 u 109 tiegħu, skond il-proċeduri hemmhekk provduti. Artikolu 6 In-notifika tal-Kumitat Konġunt mill-Komunità kif meħtieġ mill-Artikolu 28(2) tal-Ftehim għandha tkun ir-responsabbilità tal-Kummissjoni. Artikolu 7 Qabel il-31 ta’ Diċembru 1974, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi fuq dawk l-emendi li għandhom isiru f’dan ir-Regolament, partikolarment fl-Artikolu 4(3) tiegħu li jistgħu jkunu fid-dawl ta’ l-esperjenza meħtieġa biex tkun evitata x-xewqa li tkun kompromessa l-unità tas-suq komuni. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, id-19 Diċembru 1972. F’isem il-Kunsill Il-President T. Westerterp [1] ĠU L 93, tas-17.4.1968, p. 1. --------------------------------------------------