13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 89/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/137/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva 2006/87/KE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti ta' passaġġi ta' l-ilma interni (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

(4)

Id-Direttiva 2006/87/KE tħassar, b'effett mit-30 ta' Diċembru 2008, id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (4), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant tiġi mħassra taħt l-istess Ftehim b'effett mit-30 ta' Diċembru 2008,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 47 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE):

“47a.

32006 L 0087: Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1), kif emendata minn:

—

32006 L 0137: Id-Direttiva 2006/137/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 261).”

2.

It-test tal-punt 47 (id-Direttiva tal-Kunsill Nru 82/714/KEE) għandu jiġi mħassar b'effett mit-30 ta' Diċembru 2008.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2006/87/KE u 2006/137/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 266, 11.10.2007, p. 14.

(2)   ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 389, 30.12.2006, p. 261.

(4)   ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1.

(*1)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.