|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1273 |
8.5.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1273
tas-7 ta’ Mejju 2024
li ttemm l-investigazzjoni tal-possibbiltà ta’ ċirkumvenzjoni, permezz ta’ importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit kif ukoll jekk le, tal-miżuri kumpensatorji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja, u li jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fis-17 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri kumpensatorji imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 (2) li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja permezz ta’ importazzjonijiet ta’ bijodiżil ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit kif ukoll jekk le, u għamlet tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni ppubblikat Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1637 (3) għal dan l-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
L-investigazzjoni nbdiet wara talba mressqa mill-Bord Ewropew tal-Bijodiżil (“l-applikanti”). |
|
(3) |
It-talba kien fiha evidenza li bidla fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi l-esportazzjonijiet mill-Indoneżja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit lejn l-Unjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji eżistenti, u li tali bidla rriżultat minn prattika li għaliha ma kienx hemm raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju, jiġifieri l-konsenja tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit lejn l-Unjoni. L-evidenza wriet ukoll li din il-prattika dgħajfet l-effetti rimedjali tal-miżuri kumpensatorji eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ prezzijiet, u li l-prodott investigat u/jew partijiet minnu għadhom qed jibbenefikaw mis-sussidju. L-evidenza pprovduta tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fir-Renju Unit u lill-importaturi, kif ukoll lir-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tar-Renju Unit dwar il-bidu tal-investigazzjoni. Il-produtturi tal-prodott ikkonċernat fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fir-Renju Unit ġew mgħarrfa bil-possibbiltà li jitolbu eżenzjoni jekk ikunu jistgħu juru li ma kinux involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif definit fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati ngħataw opportunità jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT
|
(6) |
Il-prodott ikkonċernat miċ-ċirkomvenzjoni possibbli huwa esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew inklużi f’taħlita, ikklassifikati fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (il-kodiċijiet TARIC 1516209821, 1516209829 u 1516209830), ex 1518 00 91 (il-kodiċijiet TARIC 1518009121, 1518009129 u 1518009130), ex 1518 00 95 (il-kodiċi TARIC 1518009510), ex 1518 00 99 (il-kodiċijiet TARIC 1518009921, 1518009929 u 1518009930), ex 2710 19 43 (il-kodiċijiet TARIC 2710194321, 2710194329 u 2710194330), ex 2710 19 46 (il-kodiċijiet TARIC 2710194621, 2710194629 u 2710194630), ex 2710 19 47 (il-kodiċijiet TARIC 2710194721, 2710194729 u 2710194730), 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 99 92 (il-kodiċijiet TARIC 3824999210, 3824999212 u 3824999220), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (il-kodiċijiet TARIC 3826009011, 3826009019 u 3826009030) u li joriġinaw mill-Indoneżja (“il-prodott ikkonċernat”). Dan huwa l-prodott li għalih japplikaw il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa. |
|
(7) |
Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak iddefinit fil-premessa ta’ qabel, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 95, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, ex 2710 20 11, ex 2710 20 16, ex 3824 99 92, ex 3826 00 10 u ex 3826 00 90, iżda kkonsenjat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit, kemm jekk iddikjarat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit kif ukoll jekk le (il-kodiċijiet TARIC 1516209822, 1516209823, 1516209831, 1516209832, 1518009122, 1518009123, 1518009131, 1518009132, 1518009510, 1518009511, 1518009922, 1518009923, 1518009931, 1518009932, 2710194322, 2710194323, 2710194331, 2710194332, 2710194622, 2710194623, 2710194631, 2710194632, 2710194722, 2710194723, 2710194731, 2710194732, 2710201122, 2710201123, 2710201131, 2710201132, 2710201622, 2710201623, 2710201631, 2710201632, 2710201691, 2710201692, 3824999211, 3824999213, 3824999215, 3824999216, 3826001021, 3826001022, 3826001051, 3826001052, 3826001090, 3826001091, 3826009012, 3826009013, 3826009031 u 3826009032) (“il-prodott li qed jiġi investigat”). |
3. IRTIRAR TAT-TALBA U DIVULGAZZJONI
|
(8) |
Permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Jannar 2024, l-applikanti infurmaw lill-Kummissjoni li xtaqu jirtiraw it-talba. |
|
(9) |
L-irtirar ta’ lment antisussidji huwa rregolat mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li “fejn l-ilment jiġi rtirat, il-proċedimenti jistgħu jiġu terminati sakemm tali terminazzjoni ma tkunx kontra l-interess tal-Unjoni”. Kif innotat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il-Kunsill (4), l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jgawdu minn diskrezzjoni wiesgħa biex ikomplu jew itemmu investigazzjoni wara rtirar. |
|
(10) |
L-investigazzjoni ma żvelat ebda konsiderazzjoni li turi li tali terminazzjoni tmur kontra l-interessi tal-Unjoni. |
|
(11) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri kumpensatorji imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja permezz ta’ importazzjonijiet ta’ bijodiżil ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit kif ukoll jekk le, jenħtieġ li tintemm. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. |
4. KUMMENTI DWAR ID-DIVULGAZZJONI
|
(12) |
Wara d-divulgazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-applikanti u mingħand Valero Energy Limited, ħallat mir-Renju Unit. |
|
(13) |
Fil-kummenti tagħhom, l-applikanti ddikjaraw li l-prattiki allegatament frawdolenti, kemm fiċ-Ċina kif ukoll fir-Renju Unit, huma evidenti fis-settur tal-bijodiżil u li l-ġlieda kontra tali prattiki hija intrinsikament fl-interess tal-Unjoni. Saret referenza għall-Artikolu 325(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) (5) li jobbliga lill-Unjoni “j[t]ikkumbatt[i]u l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni […] li jservu ta’ deterrent kif ukoll li jkunu tali li joffru protezzjoni effettiva fl-Istati Membri, kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni”. F’dan ir-rigward, l-applikanti talbu lill-Kummissjoni tagħmel l-isforzi kollha tagħha biex tindirizza dawk il-prattiki allegatament frawdolenti u tiżvela sommarju tal-prattiki frawdolenti identifikati matul il-proċedimenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni inkwistjoni titwettaq skont l-Artikolu 23 tar-Regolament bażiku, li għandu l-għan li jinvestiga ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tad-dazji kumpensatorji, mhux il-ġlieda kontra l-frodi b’mod ġenerali. L-Artikolu 325 TFUE jipprevedi mekkaniżmi oħra għall-ġlieda kontra l-frodi, u l-Kummissjoni tagħmel użu minnhom kif xieraq. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tal-applikanti. |
|
(15) |
Valero Energy Limited appoġġat it-terminazzjoni maħsuba tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. |
5. KONKLUŻJONI
|
(16) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri kumpensatorji imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja permezz ta’ importazzjonijiet ta’ bijodiżil ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit kif ukoll jekk le, jenħtieġ li tintemm. Konsegwentement, ir-reġistrazzjoni ta’ tali importazzjonijiet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1637 jenħtieġ li tintemm. |
|
(17) |
Din id-Deċiżjoni hija f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-investigazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew inklużi f’taħlita, ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 95, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, ex 2710 20 11, ex 2710 20 16, ex 3824 99 92, ex 3826 00 10 u ex 3826 00 90, ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit kif ukoll jekk le (il-kodiċijiet TARIC 1516209822, 1516209823, 1516209831, 1516209832, 1518009122, 1518009123, 1518009131, 1518009132, 1518009510, 1518009511, 1518009922, 1518009923, 1518009931, 1518009932, 2710194322, 2710194323, 2710194331, 2710194332, 2710194622, 2710194623, 2710194631, 2710194632, 2710194722, 2710194723, 2710194731, 2710194732, 2710201122, 2710201123, 2710201131, 2710201132, 2710201622, 2710201623, 2710201631, 2710201632, 2710201691, 2710201692, 3824999211, 3824999213, 3824999215, 3824999216, 3826001021, 3826001022, 3826001051, 3826001052, 3826001090, 3826001091, 3826009012, 3826009013, 3826009031 u 3826009032) humiex qed jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092.
Artikolu 2
L-awtoritajiet doganali huma ordnati li jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1637.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 42).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1637 tas-16 ta’ Awwissu 2023 li jniedi investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri kumpensatorji imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja permezz ta’ importazzjonijiet ta’ bijodiżil ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju Unit kif ukoll jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 204, 17.8.2023, p. 3).
(4) Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2013, Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il-Kunsill, T-469/07, ECLI:EU:T:2013:370, il-paragrafu 87.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1273/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)