|
25.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/45 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Marzu 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2005/381/KE fir-rigward tal-kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2014) 1726)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/166/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Minn mindu ġiet adottata, id-Direttiva 2003/87/KE ġiet emendata sostanzjalment u l-Kummissjoni adottat diversi strumenti leġiżlattivi biex tkompli timplimentaha. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u d-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emendaw id-Direttiva 2003/87/KE sabiex l-attivitajiet tal-avjazzjoni jiġu inklużi fl-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Unjoni u sabiex l-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni tittejjeb u tiġi estiża, rispettivament. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (4) stabbilixxa r-regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tad-dejta dwar l-attività, filwaqt li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 (5) jistipula r-regoli dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-akkreditazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi, u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi tal-akkreditazzjoni. |
|
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 (6) stabbilixxa r-rekwiżiti ġenerali, operattivi u ta’ manutenzjoni li jikkonċernaw ir-Reġistru tal-Unjoni, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (7) stabbiliet regoli tranżitorji li jgħoddu fl-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE (8) stabbiliet kwestjonarju li għandu jintuża mill-Istati Membri għat-tfassil ta’ rapporti annwali li għandhom l-għan li jistabbilixxu rendikont dettaljat tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/803/KE (9) emendat dak il-kwestjonarju fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni huma u jużawh. |
|
(5) |
L-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata u tal-istrumenti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni, kif ukoll l-esperjenza ulterjuri miksuba mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni huma u jużaw il-kwestjonarju wrew il-bżonn li jiżdiedu s-sinerġiji u l-koerenza tal-informazzjoni rrapportata. |
|
(6) |
B’mod partikolari, ir-rekwiżiti tar-rapportar stipulati f’dak il-kwestjonarju għandhom jiġu mmodifikati skont l-istrumenti leġiżlattivi msemmija u għandhom ikomplu jittejbu b’mod armonizzat sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-proċess tar-rappurtar u l-kwalità tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri. |
|
(7) |
Għalhekk, l-Anness tad-Deċiżjoni 2005/381/KE għandu jiġi emendat. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/381/KE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3).
(3) Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE tal-4 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 126, 19.5.2005, p. 43).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/803/KE tat-23 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/381/KE li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapportaġġ dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 329, 25.11.2006, p. 38).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
ANNESS
“ANNESS
KWESTJONARJU DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
1. Dettalji tal-istituzzjoni li qed tissottometti r-rapport
L-isem u d-dipartiment tal-organizzazzjoni:
Isem il-persuna ta’ kuntatt:
It-titlu tal-impjieg tal-persuna ta’ kuntatt:
Indirizz:
Numru tat-telefon internazzjonali:
Posta elettronika:
2. L-awtoritajiet responsabbli fl-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet (eu ets) u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet
Il-mistoqsijiet f’din it-taqsima għandhom jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
2.1. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok niżżel l-isem, it-taqsira u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti involuti fl-implimentazzjoni tal-EU ETS għall-installazzjonijiet u l-avjazzjoni fl-Istat Membru tiegħek. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok niżżel l-isem, it-taqsira u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni magħżul skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
Stabbilixxejt awtorità nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni biex tiċċertifika l-verifikaturi skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2012 (3)? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok niżżel l-isem, it-taqsira u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok niżżel l-isem, it-taqsira u d-dettalji ta’ kuntatt tal-amministratur tar-reġistru fl-Istat Membru tiegħek.
|
|
2.2. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika liema awtorità kompetenti hija responsabbli għall-kompiti li ġejjin, billi tuża t-taqsira tagħha. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
Jekk jogħġbok kun af li jekk kaxxa fit-tabella ta’ hawn taħt hija griża, dan ifisser li l-kompitu mhuwiex relevanti għall-installazzjonijiet jew għall-avjazzjoni.
|
|
2.3. |
Jekk hemm iktar minn awtorità kompetenti waħda inkarigata fl-Istat Membru tiegħek skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, liema awtorità kompetenti hija l-punt fokali tiegħek imsemmi fl-Artikolu 69(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2012? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-taqsira kkonċernata fit-tabella ta’ hawn taħt.
Jekk iktar minn awtorità kompetenti waħda huma inkarigati fl-Istat Membru tiegħek biex iwettqu l-attivitajiet fir-Regolament (UE) Nru 601/2012, x’miżuri ttieħdu biex tiġi koordinata l-ħidma ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2.4. |
Xi skambju effettiv ta’ informazzjoni u kooperazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2012 bejn il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni jew, jekk relevanti, l-awtorità nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni u l-awtorità kompetenti fi ħdan l-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
||||||||||||||||
3. Kopertura tal-attivitajiet, l-installazzjonijiet u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru
It-tieni sottomistoqsija tal-mistoqsija 3.1 u t-tieni u t-tielet sottomistoqsijiet tal-mistoqsija 3.2 f’din it-taqsima għandhom jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
3 A. Installazzjonijiet
|
3.1. |
Kemm-il installazzjoni jwettqu attivitajiet u jeħilsu emissjonijiet ta’ gassijiet serra elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE? Kemm minnhom huma installazzjonijiet tal-kategorija A, B u Ċ kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Kemm minnhom huma installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
Għal liema attivitajiet tal-Anness I l-Istat Membru tiegħek ħareġ permessi skont id-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
3.2. |
Eskludejt l-installazzjonijiet skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella li ġejja u l-mistoqsijiet ta’ hawn taħt.
X’miżuri ta’ verifika ġew implimentati skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt. Ġew stabbiliti xi rekwiżiti simplifikati ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għal installazzjonijiet li l-emissjonijiet annwali verifikati tagħhom bejn l-2008 u l-2010 niżlu taħt il-5 000 tunnellata CO2(e) fis-sena? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok indika hawn taħt x’rekwiżiti simplifikati japplikaw. |
3B. Operaturi tal-inġenji tal-ajru
|
3.3. |
Kemm-il operatur tal-inġenji tal-ajru qed iwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li għalihom int responsabbli bħala l-Istat Membru ta’ amministrazzjoni u ssottomettew pjan ta’ monitoraġġ? Kemm minn dawn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru huma operaturi kummerċjali tal-inġenji tal-ajru u operaturi mhux kummerċjali tal-inġenji tal-ajru? Kemm hemm min-numru totali ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma emittenti żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Jekk jogħġbok speċifika billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
Taf b’xi operaturi addizzjonali tal-inġenji tal-ajru li int responsabbli għalihom bħala l-Istat Membru ta’ amministrazzjoni li kellhom jissottomettu pjan ta’ monitoraġġ u jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħrajn skont id-Direttiva 2003/87/KE? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika n-numru ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru fit-tabella ta’ hawn taħt.
Jekk tixtieq tqajjem kwistjonijiet relatati man-numru ta’ dawn l-operaturi addizzjonali tal-inġenji tal-ajru, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt. |
4. Il-ħruġ ta’ permessi għal installazzjonijiet
Il-mistoqsija 4.1 u l-ewwel parti tal-mistoqsija 4.2 għandhom jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
4.1. |
Ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva 2003/87/KE ġew integrati fil-proċeduri kif meħtieġ mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt kif twettqet l-integrazzjoni. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
JJekk le, jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt kif issir il-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ tal-permess għall-ETS u l-permess tal-IED. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4.2. |
Il-liġi nazzjonali meta teħtieġ li jiġi aġġornat il-permess skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tad-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali fit-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
X’inhu n-numru totali ta’ aġġornamenti tal-permessi li seħħew fil-perjodu ta’ rapportar? Jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt in-numru ta’ aġġornamenti tal-permess sa fejn taf l-awtorità kompetenti.
|
5. Applikazzjoni tar-regolament dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
5 A. Ġenerali
Il-mistoqsijiet 5.1, 5.2, 5.3 u 5.4 iridu jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
5.1. |
Ġiet implimentata leġiżlazzjoni nazzjonali addizzjonali biex tassisti fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt għal liema oqsma ġiet implimentata leġiżlazzjoni nazzjonali addizzjonali. Ġiet żviluppata gwida nazzjonali addizzjonali biex tappoġġja l-fehim tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt għal liema oqsma ġiet żviluppata gwida nazzjonali addizzjonali. |
|
5.2. |
X’miżuri ttieħdu biex ikomplu mar-rekwiżiti ta’ rapportar għal mekkaniżmi eżistenti oħrajn ta’ rapportar bħar-rapportar tal-inventarju tal-gassijiet b’effett ta’ serra u r-rapportar tal-EPRTR? Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt. |
|
5.3. |
Żviluppajt mudelli elettroniċi mfasslin jew formats ta’ fajls speċifiċi għall-Istat Membru għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, ir-rapporti tal-emissjonijiet, ir-rapporti ta’ verifika u/jew ir-rapporti ta’ titjib? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabelli ta’ hawn taħt.
X’miżuri implimentajt biex iżżomm konformità mar-rekwiżiti fl-Artikolu 74(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt. |
|
5.4. |
Żviluppajt sistema awtomatizzata għall-iskambju ta’ dejta elettronika bejn l-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-awtorità kompetenti u partijiet oħrajn? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt x’dispożizzjonijiet implimentajt biex iżżomm konformità mar-rekwiżiti fl-Artikolu 75(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012. |
5B. Installazzjonijiet
Il-mistoqsijiet 5.7, 5.9, it-tieni sottomistoqsija ta’ 5.17 u l-mistoqsijiet 5.19 u 5.20 iridu jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
5.5. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok daħħal, għall-fjuwils elenkati, il-konsum totali ta’ fjuwil u l-emissjonijiet annwali totali fuq il-bażi tad-dejta rrapportata fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur għas-sena tar-rapportar.
|
|
5.6. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok daħħal l-emissjonijiet totali aggregati għal kull kategorija rapportata bil-Format tar-Rapportar Komuni tal-IPCC (CRF) fuq il-bażi tad-dejta pprovduta fir-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-operatur skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012.
|
|
5.7. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika:
Kemm mill-valuri prestabbiliti tat-Tip I huma valuri elenkati fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 kif imsemmijin fl-Artikolu 31(1) (a) ta’ dak ir-regolament?
|
|
5.8. |
Tfasslu pjanijiet tal-kampjunar fil-każijiet kollha meħtieġa skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le
Jekk le, jekk jogħġbok indika hawn taħt il-każijiet u r-raġunijiet għaliex ma tfassalx pjan ta’ kampjunar. Taf b’xi problemi jew kwistjonijiet partikolari relatati mal-pjanijiet ta’ kampjunar stabbiliti mill-operaturi? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt il-problemi jew il-kwistjonijiet li feġġew. |
|
5.9. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ installazzjonijiet li għalihom l-awtorità kompetenti awtorizzat frekwenza differenti skont l-Artikolu 35(2) (b) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 kif ukoll konferma li l-pjan ta’ kampjunar f’dawk il-każijiet qiegħed jiġi dokumentat bis-sħiħ u li qed tinżamm konformità miegħu.
|
|
5.10 |
Jekk l-approċċi tal-ogħla grad għal flussi minn sors maġġuri tal-installazzjonijiet tal-kategorija Ċ imsemmijin fl-Artikolu 19(2) (c) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 mhumiex applikati, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt, għal kull installazzjoni li fiha seħħet din is-sitwazzjoni, il-flussi minn sors maġġuri, il-parametru ta’ monitoraġġ affettwat, l-ogħla grad meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 u l-grad applikat.
|
|
5.11. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ installazzjonijiet tal-kategorija B imsemmijin fl-Artikolu 19(2) (b) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 li ma japplikawx l-ogħla grad għall-flussi minn sors maġġuri kollha u s-sorsi ta’ emissjonijiet ewlenin kollha (16) skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012.
|
|
5.12. |
L-installazzjonijiet fl-Istat Membru tiegħek applikaw l-approċċ sekondarju skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
5.13. |
Jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt in-numru ta’ installazzjonijiet tal-kategorija A, B u Ċ li kienu meħtieġa jissottomettu u li fil-fatt issottomettew rapport tat-titjib skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012. L-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt hija relatata mal-perjodu ta’ rapportar ta’ qabel.
|
|
5.14. |
Fl-Istat Membru tiegħek ġie ttrasferit CO2 inerenti skont l-Artikolu 48 jew CO2 skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
5.15. |
Hemm teknoloġiji innovattivi previsti, minbarra dawk awtorizzati skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012, li jistgħu jiġu applikati għall-ħżin permanenti u li għalihom tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni minħabba r-relevanza tagħhom għal emendi fil-ġejjieni fir-Regolament (UE) Nru 601/2012? |
|
5.16. |
Kien hemm xi installazzjoni fl-Istat Membru tiegħek li applikat tkejjil kontinwu tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt, l-emissjonijiet totali ta’ kull installazzjoni, l-emissjonijiet koperti minn tkejjil kontinwu tal-emissjonijiet, u jekk il-gass imkejjel fihx CO2 tal-bijomassa.
|
|
5.17. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika għal kull attività ewlenija elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE:
Liema mill-metodi għall-wiri tal-konformità mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà huma applikati ġeneralment fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok iddeskrivi hawn taħt l-elementi ewlenin jekk jintużaw sistemi nazzjonali biex tintwera din il-konformità. |
|
5.18. |
X’kienet għal kull tip ta’ skart il-kwantità totali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fossili minn skart użat bħala fjuwil jew materjal ta’ input, kif irrapportata mill-operaturi fir-rapport verifikat tagħhom dwar l-emissjonijiet? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
|
5.19. |
L-Istat Membru tiegħek awtorizza l-użu ta’ xi pjan ta’ monitoraġġ simplifikat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt x’tip ta’ valutazzjoni tar-riskju saret u fuq liema prinċipji ssawret.
|
|
5.20 |
Intużaw modi innovattivi biex tiġi simplifikata l-konformità għal installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi msemmijin fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika għal kull entrata fit-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
|||||||||||
5c. Operaturi tal-inġenji tal-ajru
Il-mistoqsijiet 5.26 u 5.27 iridu jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
5.21. |
Kemm-il operatur tal-inġenji tal-ajru qed jużaw il-Metodu A jew B biex jiddeterminaw il-konsum tal-fjuwil? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
5.22 |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika l-emissjonijiet totali aggregati tat-titjiriet u t-titjiriet domestiċi kollha mwettqin fil-perjodu ta’ rapportar minn operaturi tal-inġenji tal-ajru li għalihom int l-Istat Membru ta’ amministrazzjoni.
|
|
5.23 |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika:
|
|
5.24. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika:
|
|
5.25. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li kienu meħtieġa jissottomettu u li fil-fatt issottomettew rapport tat-titjib skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012. L-informazzjoni mitluba fit-tabella ta’ hawn taħt hija relatata mal-perjodu ta’ rapportar ta’ qabel.
|
|
5.26. |
L-Istat Membru tiegħek awtorizza l-użu ta’ xi pjan ta’ monitoraġġ simplifikat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le.
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt x’tip ta’ valutazzjoni tar-riskju saret u fuq liema prinċipji ssawret.
|
|
5.27. |
Intużaw modi innovattivi biex tiġi simplifikata l-konformità għal emittenti żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika għal kull entrata fit-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
|||||||||||
6. Arranġamenti għal verifika
6.A Ġenerali
|
6.1. |
Jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt in-numru ta’ verifikaturi akkreditati għal ambitu partikolari tal-akkreditazzjoni kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 600/2012. Jekk l-Istati Membri awtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni ta’ verifikaturi ta’ persuni fiżiċi skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2012, jekk jogħġbok indika wkoll in-numru ta’ verifikaturi ta’ persuni fiżiċi ċċertifikati għal ambitu partikolari taċ-ċertifikazzjoni kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 600/2012.
|
|
6.2. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni fuq l-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-iskambju ta’ informazzjoni speċifikati fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) Nru 600/2012
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6B Installazzjonijiet
|
6.3. |
Għal liema installazzjonijiet l-awtorità kompetenti għamlet stima konservattiva tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
|
6.4. |
Kien hemm xi rapport ta’ verifika li inkluda dikjarazzjonijiet żbaljati mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni ta’ opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
|
6.5. |
L-awtorità kompetenti għamlet xi verifika fuq ir-rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika x’verifiki saru billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.6. |
Ġew rinunzjati żjariet fuq il-post għal installazzjonijiet li jeħilsu iktar minn 25 000 tunnellata CO2(e) fis-sena? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt in-numru ta’ installazzjonijiet li għalihom ġiet rinunzjata żjara fuq il-post għal kundizzjoni partikolari. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
Ġew rinunzjati żjariet fuq il-post għal installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi msemmijin fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt in-numru ta’ installazzjonijiet li għalihom ġiet rinunzjata żjara fuq il-post.
|
6.C. Operaturi tal-inġenji tal-ajru
|
6.7. |
Għal liema operaturi tal-inġenji tal-ajru l-awtorità kompetenti għamlet stima konservattiva tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
|
6.8. |
Kien hemm xi rapport ta’ verifika li inkluda dikjarazzjonijiet żbaljati mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni ta’ opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) Nru 601/2012 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni fit-tabelli ta’ hawn taħt għad-dejta dwar l-emissjonijiet u t-tunnellati-kilometri rispettivament. Tabella għad-dejta relatata mar-rapporti dwar l-emissjonijiet
Tabella għal dejta relatata mar-rapporti dwar it-tunnellati-kilometri
|
|
6.9. |
L-awtorità kompetenti għamlet xi verifika fuq ir-rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika x’verifiki saru billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt għad-dejta dwar l-emissjonijiet u t-tunnellati-kilometri rispettivament. Tabella għad-dejta relatata mar-rapporti dwar l-emissjonijiet
Tabella għal dejta relatata ma’ rapporti dwar it-tunnellati-kilometri
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.10. |
Ġew rinunzjati żjariet fuq il-post għal emittenti żgħar imsemmijin fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt in-numru ta’ emittenti żgħar li għalihom ġiet rinunzjata żjara fuq il-post.
|
7. Reġistri
|
7.1. |
Jekk jogħġbok ehmeż kopja tat-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-Istat Membru tiegħek meħtieġa li jiġu ffirmati mid-detenturi ta’ kontijiet. |
|
7.2. |
Fil-każijiet kollha fejn kont ingħalaq għaliex ma kienx hemm prospettiva raġonevoli sabiex jiġu ċeduti iktar kwoti minn installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru, jekk jogħġbok iddeskrivi fit-tabella ta’ hawn taħt għaliex ma kien hemm ebda prospettiva raġonevoli ulterjuri u ddikjara l-ammont ta’ kwoti pendenti. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
|
7.3. |
F’kemm-il okkażjoni matul is-sena ta’ rapportar l-operaturi tal-inġenji tal-ajru użaw il-mandat kif stipulat fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 (48)? Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt in-numru ta’ drabi.
Liema operaturi tal-inġenji tal-ajru użaw mandat matul il-perjodu ta’ rapportar kif stipulat fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013? Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
8. Kwota
|
8.1. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika n-numru ta’ bidliet li seħħew fl-installazzjonijiet u l-kwoti tagħhom mill-bidu tat-tielet perjodu ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
8.2. |
Kien hemm xi bidla ppjanata jew effettiva fil-kapaċità, fil-livelli ta’ attività jew fl-operazzjoni ta’ installazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni 2011/278/EU, li ma ġietx notifikata lill-awtorità kompetenti? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt kemm-il installazzjoni kkonċernat u ġew identifikati dawn il-bidliet.
|
|
8.3. |
Applikajt l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi fit-tabella ta’ hawn taħt in-numru totali ta’ kwoti tal-emissjonijiet maħruġin u l-valur sħiħ ta’ investimenti li saru skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu ta’ rapportar?
|
9. Użu ta’ unitajiet ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet (ERUs) u tnaqqis iċċertifikat ta’ emissjonijiet (CERs) fl-iskema tal-Komunità
Il-mistoqsija 9.1 trid titwieġeb fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
9.1. |
X’miżuri ttieħdu, qabel ma nħarġet ittra ta’ approvazzjoni għal proġett, biex jiġi żgurat ir-rispett tal-kriterji u l-linji gwida internazzjonali relevanti, inklużi dawk li jinsabu fir-Rapport Finali tal-2000 tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi (WCD), matul l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni tal-enerġija idroelettrika b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ iktar minn 20MW? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
10. Tariffi u imposti
Il-mistoqsijiet 10.1, 10.2 u 10.3 iridu jitwieġbu biss fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
10.A Installazzjonijiet
|
10.1 |
L-operaturi jintalbu jħallsu tariffi? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-tabella ta’ hawn taħt rigward it-tariffi mitlubin għall-ħruġ u l-aġġornament tal-permessi u l-approvazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ.
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji għat-tariffi annwali ta’ sussistenza billi tuża t-tabella li ġejja.
|
10.B Operaturi tal-inġenji tal-ajru
|
10.2 |
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jintalbu jħallsu tariffa? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-tabella ta’ hawn taħt rigward it-tariffi mitlubin għall-approvazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ.
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi fit-tabella ta’ hawn taħt id-dettalji għat-tariffi annwali ta’ sussistenza.
|
10.C Installazzjonijiet u operaturi tal-inġenji tal-ajru
|
10.3 |
Fit-tabelli ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika t-tariffi ta’ darba u dawk annwali li jintalbu lill-operaturi u operaturi tal-inġenji tal-ajru fir-rigward tal-kontijiet tar-reġistru.
Tabella għat-tariffi ta’ darba
Tabella għat-tariffi annwali
|
11. Kwistjonijiet relatati mal-konformità mad-Direttiva dwar l-ETS
11.A. Installazzjonijiet
Il-mistoqsijiet 11.1 u 11.2 iridu jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
11.1. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika x’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li l-operaturi kkonformaw mal-permess u r-Regolament (UE) Nru 601/2012 u mar-Regolament (UE) Nru 600/2012. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
|||||||||||||
|
11.2. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok iddikjara l-penali għall-ksur tar-Regolament (UE) Nru 601/2012, ir-Regolament (UE) Nru 600/2012 u l-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
11.3. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika l-ksur imġarrab u l-penali imposti matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
||||||||||||||||||||||
|
11.4. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi l-ismijiet tal-operaturi li għalihom ġew imposti penali għal emissjonijiet eċċessivi matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
11.B Operaturi tal-inġenji tal-ajru
Il-mistoqsijiet 11.5, 11.6 u 11.9 iridu jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar
|
11.5. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika x’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru kkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 601/2012 u mar-Regolament (UE) Nru 600/2012. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
|||||||||||||
|
11.6. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok iddikjara l-penali għall-ksur tar-Regolament (UE) Nru 601/2012, ir-Regolament (UE) Nru 600/2012 u l-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
11.7. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika l-ksur imġarrab u l-penali imposti matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
||||||||||||||||||||||
|
11.8. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi l-ismijiet tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li għalihom ġew imposti penali għal emissjonijiet eċċessivi matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
|
11.9. |
X’miżuri jkunu jridu jittieħdu fl-Istat Membru tiegħek qabel ma l-Istat Membru tiegħek jitlob projbizzjoni operattiva mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(10) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt it-tipi ta’ miżuri. |
12. L-għamla legali tal-kwoti tal-emissjonijiet u t-trattament fiskali
Il-mistoqsijiet 12.1, 12.2, 12.3 u 12.4 iridu jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
12.1. |
X’inhi l-għamla legali ta’ kwota tal-emissjonijiet fl-Istat Membru tiegħek? |
|
12.2. |
X’inhu t-trattament kontabilistiku tal-kwoti tal-emissjonijiet fir-rapport finanzjarju annwali tal-kumpaniji li jsegwu n-norma kontabilistika tal-Istat Membru? |
|
12.3. |
Hija dovuta VAT fuq il-ħruġ tal-kwoti tal-emissjonijiet? Iva/Le
Hija dovuta VAT fuq it-tranżazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet fis-suq sekondarju? Iva/Le L-Istat Membru tiegħek japplika l-mekkaniżmu tar-reverse charge fuq tranżazzjonijiet domestiċi li jinvolvu kwoti tal-emissjonijiet? Iva/Le |
|
12.4. |
Il-kwoti tal-emissjonijiet huma ntaxxati? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt it-tip ta’ taxxa u r-rati tat-taxxa li japplikaw. Tista’ żżid iktar ringieli jekk hemm bżonn.
|
13. Frodi
Il-mistoqsijiet 13.1 u 13.2 iridu jitwieġbu fir-rapport li jrid jiddaħħal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportar.
|
13.1 |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika x’arranġamenti hemm fis-seħħ dwar attivitajiet frodulenti relatati mal-allokazzjoni libera tal-kwoti.
|
|
13.2 |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika x’arranġamenti hemm fis-seħħ, jekk hemm, biex l-awtoritajiet kompetenti involuti fl-implimentazzjoni tal-EU ETS jiġu mgħarrfin dwar attivitajiet frodulenti.
|
|
13.3 |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika l-informazzjoni li ġejja fuq attivitajiet frodulenti sa fejn taf l-awtorità kompetenti involuta fl-implimentazzjoni tal-EU ETS fl-Istat Membru tiegħek:
|
14. Osservazzjonijiet oħrajn
|
14.1. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji dwar kwalunkwe kwistjoni oħra li qajmet tħassib fl-Istat Membru tiegħek, jew kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra li tixtieq tipprovdi.
|
|
14.2. |
Indirizzajt il-mistoqsijiet kollha ta’ darba f’dan il-kwestjonarju u aġġornajt it-tweġibiet għal dawk il-mistoqsijiet fejn relevanti? Iva/Le
Jekk le, jekk jogħġbok mur lura għall-mistoqsija kkonċernata.” |
(1) Jekk jogħġbok agħti n-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz tal-websajt.
(2) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(3) ĠU L 181, 12.7.2012, p. 1.
(4) Din il-kaxxa trid timtela biss jekk l-Istat Membru inkluda attivitajiet jew gassijiet skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE.
(5) Din il-kaxxa trid timtela biss jekk l-Istat Membru eskluda installazzjonijiet skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE.
(6) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(7) Jekk jogħġbok agħżel il-mudell speċifiku għall-Istat Membru jew il-format tal-fajls speċifiku għall-Istat Membru.
(8) Meta mqabblin mar-rekwiżiti tal-mudell ippubblikat u l-formats tal-fajls speċifiċi tal-Kummissjoni.
(9) Jekk jogħġbok agħżel il-mudell speċifiku għall-Istat Membru jew il-format tal-fajls speċifiku għall-Istat Membru.
(10) Meta mqabblin mar-rekwiżiti tal-mudell ippubblikat u l-formats tal-fajls speċifiċi tal-Kummissjoni.
(11) Jekk jogħġbok kun af li din il-mistoqsija ma tkoprix il-bijomassa (inklużi bijofjuwils u bijolikwidi mhux sostenibbli). L-informazzjoni li tikkonċerna bijomassa, bijofjuwils u bijolikwidi hija ttrattata fil-mistoqsija 5.17.
(12) Jekk jogħġbok agħżel taħt it-tip ta’ valur: il-valur tat-tagħrif miftiehem mal-awtorità kompetenti jew il-valur prestabbilit tat-Tip I. Il-valuri tat-tagħrif imsemmijin fl-Artikolu 31(1) (c) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 huma relatati mal-fatturi ta’ kalkolu li jikkonċernaw it-tipi ta’ fjuwil.
(13) Jekk jogħġbok agħżel taħt il-fattur ta’ kalkolu: il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ emissjoni, il-fattur ta’ ossidazzjoni, il-fattur ta’ konverżjoni, il-kontenut ta’ karbonju jew il-frazzjoni ta’ bijomassa.
(14) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(15) Jekk jogħġbok agħżel taħt il-parametru ta’ monitoraġġ affettwat: il-kwantità ta’ fjuwil, il-kwantità ta’ materjal, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ emissjoni, il-fattur ta’ emissjoni preliminari, il-fattur ta’ ossidazzjoni, il-fattur ta’ konverżjoni, il-kontenut ta’ karbonju, il-frazzjoni ta’ bijomassa jew, fil-każ tal-metodoloġija bbażata fuq it-tkejjil: l-emissjonijiet annwali medji fis-siegħa f’kg/h mis-sors ta’ emissjoni.
(16) Is-sorsi ta’ emissjoni li jeħilsu iktar minn 5 000 tunnellata CO2(e) fis-sena jew li jikkontribwixxu għal iktar minn 10 % tal-emissjonijiet annwali totali tal-installazzjoni, skont liema minnhom hija l-ogħla f’termini ta’ emissjonijiet assoluti.
(17) Jekk jogħġbok agħżel: il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu jew il-metodoloġija bbażata fuq it-tkejjil.
(18) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(19) Jekk jogħġbok agħżel:
|
(a) |
l-applikazzjoni tal-grad 1 mhijiex teknikament fattibbli jew twassal għal kostijiet eċċessivi għal fluss minn sors maġġuri wieħed; |
|
(b) |
l-applikazzjoni tal-grad 1 mhijiex teknikament fattibbli jew twassal għal kostijiet eċċessivi għal fluss minn sors minuri wieħed; |
|
(c) |
l-applikazzjoni tal-grad 1 mhijiex teknikament fattibbli jew twassal għal kostijiet eċċessivi għal iktar minn fluss minn sors maġġuri jew minuri wieħed; jew |
|
(d) |
l-applikazzjoni tal-grad 1 fil-metodoloġija bbażata fuq it-tkejjil mhijiex teknikament fattibbli jew twassal għal kostijiet eċċessivi kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012. |
(20) Jekk jogħġbok agħżel: il-kwantità ta’ fjuwil, il-kwantità ta’ materjal, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ emissjoni, il-fattur ta’ emissjoni preliminari, il-fattur ta’ ossidazzjoni, il-fattur ta’ konverżjoni, il-kontenut ta’ karbonju, il-frazzjoni ta’ bijomassa jew, fil-każ tal-metodoloġija bbażata fuq it-tkejjil: l-emissjonijiet annwali medji fis-siegħa f’kg/h mis-sors ta’ emissjoni.
(21) Jekk jogħġbok agħżel: rapport tat-titjib skont l-Artikolu 69(1), rapport tat-titjib skont l-Artikolu 69(3) jew rapport tat-titjib skont l-Artikolu 69(4).
(22) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(23) Jekk jogħġbok agħżel: trasferiment ta’ CO2 inerenti (Artikolu 48) jew trasferiment ta’ CO2 (Artikolu 49).
(24) Jekk jogħġbok ipprovdi jew il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni tal-installazzjoni li tirċievi CO2 inerenti jew il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni tal-installazzjonijiet li jirċievu CO2 skont l-Artikolu 49.
(25) Jekk jogħġbok ipprovdi l-ammont ta’ CO2 inerenti jew CO2 trasferit skont l-Artikolu 49.
(26) Jekk jogħġbok agħżel:
|
— |
qbid ta’ gassijiet serra minn installazzjoni koperta mid-Direttiva 2003/87/KE għall-fini tat-trasport u l-ħżin ġeoloġiku f’sit ta’ ħżin awtorizzat skont id-Direttiva 2009/31/KE; |
|
— |
trasport ta’ gassijiet serra b’pajpijiet għal ħżin ġeoloġiku f’sit ta’ ħżin awtorizzat skont id-Direttiva 2009/31/KE; jew |
|
— |
ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet serra f’sit ta’ ħżin awtorizzat skont id-Direttiva 2009/31/KE. |
(27) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(28) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(29) Jekk jogħġbok agħżel: valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti jew valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur.
(30) Jekk jogħġbok agħżel: valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti jew valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur ta’ inġenji tal-ajru.
(31) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(32) Jekk jogħġbok speċifika: ebda rapport dwar l-emissjonijiet sottomess sal-31 ta’ Marzu, ebda verifika pożittiva minħabba dikjarazzjonijiet żbaljati materjali, ebda verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-ambitu (Artikolu 27(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2012, ebda verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 27(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2012, rapport dwar l-emissjonijiet rifjutat għaliex ma kienx konformi mar-Regolament (UE) Nru 601/2012, jew ir-rapport dwar l-emissjonijiet mhux verifikat b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2012.
(33) Jekk jogħġbok indika liema mill-azzjonijiet li ġejjin twettqu jew qed jiġu proposti: tfakkira jew twissija formali fuq l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet mibgħuta lill-operaturi, l-imblokkar tal-kont ta’ depożitu tal-operatur, l-impożizzjoni ta’ multi, jew oħrajn (jekk jogħġbok speċifika). Taħlita tal-azzjonijiet hija possibbli.
(34) Jekk jogħġbok speċifika: dikjarazzjonijiet żbaljati mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikajrazzjoni ta’ opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) Nru 601/2012, rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(35) Għandha tiddaħħal biss informazzjoni ta’ livell għoli dwar ir-raġunijiet ewlenin. Ma hemmx bżonn ta’ speċifikazzjoni ta’ kull dikjarazzjoni żbaljata, nuqqas ta’ konformità, nuqqas ta’ aderenza jew rakkomandazzjoni individwali.
(36) Jekk jogħġbok agħżel: valutazzjoni bbażata fuq ir-riskji, % tal-installazzjonijiet, l-installazzjonijiet kollha tal-kategorija Ċ, għażla għal għarrieda, jew oħrajn (jekk oħrajn, jekk jogħġbok speċifika).
(37) Jekk jogħġbok agħżel il-kundizzjoni(jiet) kif imsemmijin fin-Nota ewlenija ta’ gwida tal-Kummissjoni II.5 Żjariet fuq il-post li jikkonċernaw installazzjonijiet, it-taqsima 3: Kundizzjoni I, Kundizzjoni II, Kundizzjoni III jew Kundizzjoni IV.
(38) Il-Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(39) Jekk jogħġbok agħżel: ebda rapport dwar l-emissjonijiet sottomess sal-31 ta’ Marzu, ebda verifika pożittiva minħabba dikjarazzjoni żbaljati materjali, ebda verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-ambitu (Artikolu 27(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2012, ebda verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 27(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2012, rapport dwar l-emissjonijiet rifjutat għaliex ma kienx konformi mar-Regolament (UE) Nru 601/2012, rapport dwar l-emissjonijiet mhux verifikat b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2012.
(40) Jekk jogħġbok indika liema mill-azzjonijiet li ġejjin twettqu jew qed jiġu proposti: tfakkira jew twissija formali fuq l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet mibgħuta lill-operaturi, l-imblokkar tal-kont ta’ depożitu tal-operatur, l-impożizzjoni ta’ multi, jew oħrajn (jekk jogħġbok speċifika). Taħlita tal-azzjonijiet hija possibbli.
(41) Jekk jogħġbok agħżel: dikjarazzjonijiet żbaljati mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni ta’ opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) Nru 601/2012 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(42) Għandha tiddaħħal biss informazzjoni ta’ livell għoli dwar ir-raġunijiet ewlenin. Ma hemmx bżonn ta’ speċifikazzjoni ta’ kull dikjarazzjoni żbaljata, nuqqas ta’ konformità, nuqqas ta’ aderenza jew rakkomandazzjoni individwali.
(43) Jekk jogħġbok agħżel: dikjarazzjonijiet żbaljati mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni ta’ opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) Nru 601/2012 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(44) Għandha tiddaħħal biss informazzjoni ta’ livell għoli dwar ir-raġunijiet ewlenin. Ma hemmx bżonn ta’ speċifikazzjoni ta’ kull dikjarazzjoni żbaljata, nuqqas ta’ konformità, nuqqas ta’ aderenza jew rakkomandazzjoni individwali.
(45) Jekk jogħġbok agħżel: valutazzjoni bbażata fuq ir-riskji, % tal-installazzjonijiet, l-installazzjonijiet kollha tal-kategorija Ċ, għażla għal għarrieda, jew oħrajn (jekk oħrajn, jekk jogħġbok speċifika).
(46) Jekk jogħġbok agħżel: valutazzjoni bbażata fuq ir-riskji, % tal-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, operaturi ta’ inġenji tal-ajru kbar, għażla għal għarrieda, jew oħrajn (jekk oħrajn, jekk jogħġbok speċifika).
(47) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(48) ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1.
(49) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operaturi ta’ inġenji tal-ajru rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(50) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.
(51) Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013.