European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1444

13.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 340/2023

tat-8 ta’ Diċembru 2023

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1444]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2122 tat-12 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 rigward l-aġġornament tal-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Il-punt (c) tal-Artikolu 75t tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2122, jikkonċerna r-rapportar għall-finijiet tat-taxxa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-atti tal-Unjoni dwar it-taxxa, id-dwana u d-dazju; atti li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, l-obbligi ta’ rapportar skont il-punt (c) tal-Artikolu 75t jenħtieġ li ma japplikawx għall-Istati tal-EFTA.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 21apj (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32023 R 2122: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2122 tat-12 ta’ Ottubru 2023 (ĠU L, 2023/2122, 18.10.2023).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-punt (c) tal-Artikolu 75t ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2122 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 334/2023 tat-8 ta’ Diċembru 2023 (2), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 335/2023 tat-8 ta’ Diċembru 2023 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L, 2023/2122, 18.10.2023.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L, 2024/1419, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1419/oj.

(3)   ĠU L, 2024/1420, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1420/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1444/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)