<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0500404301.case.xml"><NO.CASE>C-452/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0452</NO.CELEX><NO.SEQ>0025.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4045</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4055</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20110519">19.5.2011</DATE> — KAWŻA C-452/09</LEFT><RIGHT>IAIA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20110519">19 ta’ Mejju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-452/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Corte d’appello di Firenze (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Tonina Enza Iaia,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Andrea Moggio,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ugo Vassalle</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Economia e delle Finanze,</HT></P><?PAGE NO="I-4046"?><P><HT TYPE="BOLD">Università degli studi di Pisa</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, J.-J. Kasel, A. Borg Barthet, E. Levits u M. Safjan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal T.E. Iaia kif ukoll A. Moggio u U. Vassalle, minn F. Frati, u A. Castagna, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn W. Ferrante, bħala aġent, assistita minn S. Varone, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u B. Cabouat, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="I-4047"?><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijakk, minn E. Riedl, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Traversa u S. La Pergola, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju dwar is-salvagwardja ta’ drittijiet mogħtija minn direttiva mhux trasposta.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn T. E. Iaia, kif ukoll A. Moggio u U. Vassalle (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>rikorrenti fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u l-Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca, il-Ministero dell’Economia e delle Finanze (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Istat Taljan<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Università degli studi di Pisa dwar il-ħlas ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>remunerazzjoni adattata [adatta]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> prevista mid-Direttiva tal-Kunsill, 82/76/KEE, tas-<DATE ISO="19820126">26 ta’ Jannar 1982</DATE>, li temenda d-Direttiva 75/362/KEE, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċertifikati u titoli oħrajn tal-mediċina u li jinkludu miżuri biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll id-Direttiva 75/363/KEE, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet,<?PAGE NO="I-4048"?> regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-attivitajiet tat-tobba (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="043" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="1982">ĠU L 43, p. 21</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku u l-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 82/76 iddisponiet, b’mod partikolari permezz ta’ anness dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Karatteristiċi tat-taħriġ full-time u tat-taħriġ part-time tat-tobba speċjalisti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, li jissupplimenta d-Direttiva 75/363, tas-<DATE ISO="19750616">16 ta’ Ġunju 1975</DATE>, dwar il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi li jirrigwardaw l-attivitajiet tat-tobba (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="167" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="1975">ĠU L 167, p. 14</REF.DOC.OJ>) li l-perijodu ta’ speċjalizzazzjoni tat-tobba, full-time jew part-time, għandu jkun is-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>remunerazzjoni adattata [adatta]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>B’sentenza tas-<DATE ISO="19870707">7 ta’ Lulju 1987</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="49/86" PAGE.ECR="2995" YEAR="1987">49/86, Ġabra p. 2995</REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkonstatat li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi Komunitarji tagħha, billi ma ttrasponietx id-Direttiva 82/76 fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara din il-kundanna, id-Direttiva 82/76 ġiet trasposta permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 257/91, tat-<DATE ISO="19910808">8 ta’ Awwissu 1991</DATE>. Madankollu, dan ippreċiża, fl-Artikolu 8(2) tiegħu, li d-dispożizzjonijiet tagħha kienu ser jidħlu fis-seħħ biss mis-sena akkademika 1991/1992, bl-esklużjoni tat-tobba rreġistrati fil-perijodu akkademiku li jkopri s-snin 1983 sa 1991.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Peress li l-obbligu ta’ remunerazzjoni adatta previst mid-Direttiva 82/76 kellu jidħol fis-seħħ fl-1983, l-adozzjoni ta’ dan id-digriet wassal għal tilwima kbira bejn it-tobba ammessi għall-ispeċjalizzazzjoni matul is-snin akkademiċi 1983 sa 1991 mal-Istat Taljan u ċerti universitajiet Taljani.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4049"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>B’sentenzi tal-<DATE ISO="19990225">25 ta’ Frar 1999</DATE>, Carbonari <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-131/97" PAGE.ECR="I-1103" YEAR="1999">C-131/97, Ġabra p. I-1103</REF.DOC.ECR>, punti 47 u 48), kif ukoll tat-<DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Gozza <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-371/97" PAGE.ECR="I-7881" YEAR="2000">C-371/97, Ġabra p. I-7881</REF.DOC.ECR>, punti 36 u 37), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-obbligu li jitħallsu b’mod adatt il-perijodi ta’ taħriġ tat-tobba speċjalisti ma jippermettix, fih innifsu, lill-qorti nazzjonali la tiddetermina l-identità tad-debitur marbut li jħallas ir-remunerazzjoni adatta u lanqas l-ammont tagħha. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali, li hija responsabbli sabiex tapplika l-liġi nazzjonali u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet ta’ liġi li ġew introdotti speċifikament sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni tad-Direttiva 82/76, li għandha tinterpreta dan id-dritt nazzjonali sa fejn huwa possibbli fid-dawl tat-test u tal-finalità ta’ din id-direttiva sabiex jintlaħaq ir-riżultat previst minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-każ fejn ir-riżultat previst mid-Direttiva 82/76 ma jkunx jista’ jintlaħaq permezz ta’ interpretazzjoni konformi, ir-Repubblika Taljana tkun marbuta tikkumpensa d-danni kkawżati lill-individwi minħabba n-nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva fit-termini imposti. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-applikazzjoni retroattiva u kompleta tal-miżuri li jiżguraw it-traspożizzjoni korretta tad-Direttiva 82/76 tkun suffiċjenti, bħala prinċipju, sabiex isservi ta’ rimedju għall-konsegwenzi dannużi tad-dewmien li titwettaq din it-traspożizzjoni. Madankollu, jekk il-benefiċjarji jistabbilixxu l-eżistenza ta’ telf addizzjonali subit minnhom minħabba l-fatt li ma setgħux jibbenefikaw fiż-żmien xieraq mill-benefiċċji pekunjarji żgurati minn din id-direttiva, dawn ikollhom jiġu kkumpensati wkoll (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Carbonari <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 52 u 53, kif ukoll Gozza <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 38 u 39).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20011123">23 ta’ Novembru 2001</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, tobba li segwew il-kors ta’ speċjalizzazzjoni qabel is-sena akkademika 1991/1992, ippreżentaw rikors kontra l-Istat Taljan u l-Università degli studi di Pisa, sabiex jiksbu l-ħlas ta’ dak li kien dovut lilhom abbażi tad-Direttiva 82/76, jew, fin-nuqqas, il-kumpens għad-dannu kkawżat min-nuqqas tat-traspożizzjoni statali korretta ta’ din id-direttiva fit-termini imposti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4050"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>It-Tribunale di Firenze ċaħad ir-rikors tagħhom minħabba l-iskadenza tat-terminu preskrittiv ta’ ħames snin, previst fl-Artikolu 2948(4) tal-Kodiċi Ċivili fir-rigward tat-talba prinċipali għal ħlas, u mill-Artikolu 2947 tal-istess kodiċi fir-rigward tat-talba sussidjarja għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-qorti nazzjonali, dan it-terminu kien, fil-fatt, beda jiddekorri mill-ġurnata li fiha dan id-dritt seta’ jiġi invokat, jiġifieri, mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 257/91, ħmistax-il ġurnata wara l-pubblikazzjoni effettiva tiegħu fis-<DATE ISO="19910816">16 ta’ Awwissu 1991</DATE>. Minn dan il-mument, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali setgħu jkunu jafu min kien marbut iħallas ir-remunerazzjoni adatta kif ukoll l-ammont tagħha u jsostnu l-inkompatibbiltà ta’ dan id-digriet mad-dritt Komunitarju sa fejn jirrigwarda t-tobba li kienu parti mil-korsijiet ta’ speċjalizzazzjoni fis-snin 1983 sa 1991.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw appell minn din id-deċiżjoni u talbu l-applikazzjoni tas-soluzzjoni mogħtija fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<DATE ISO="19910725">25 ta’ Lulju 1991</DATE>, Emmott (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-208/90" PAGE.ECR="I-4269" YEAR="1991">C-208/90, Ġabra p. I-4269</REF.DOC.ECR>). Il-Corte d’appello di Firenze ssostni, madankollu, li l-ġurisprudenza sussegwenti llimitat l-applikabbiltà tagħha għall-każijiet fejn it-termini għall-preżentata tar-rikorsi nazzjonali jwasslu li jċaħħdu kompletament lir-rikorrent mill-possibbiltà li jinvoka d-drittijiet tiegħu li jirriżultaw mid-Direttiva 82/76.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li kellha xi dubji dwar il-portata ta’ din il-limitazzjoni minħabba li ċ-ċaħda totali tal-possibbiltà li jiġi invokat dritt tikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> l-konsegwenza normali tal-iskadenza tat-termini preskrittivi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din għandhiex titqies li effettivament hija bidla li ttemm il-projbizzjoni li tiġi eċċepita l-preskrizzjoni jew jekk l-imsemmija limitazzjoni tipprevedix biss it-termini ta’ dekadenza li jipprekludu b’mod definittiv li jiġi invokat dritt fil-futur ukoll.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4051"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress li, fl-appell, it-terminu preskrittiv ordinarju ta’ għaxar snin, previst mill-Artikolu 2946 tal-Kodiċi Ċivili fil-każ ta’ ksur ta’ dritt fejn tali ksur ma jinvolvix att illegali ġie kkunsidrat ukoll, il-Corte d’appello di Firenze ddeċidiet, wara li ħadet ħsieb li tippreċiża li l-kundizzjoni ta’ ekwivalenza tat-termini preskrittivi ta’ dawk ġeneralment previsti fl-ordinament ġuridiku Taljan ma’ talbiet simili bbażati fuq il-liġi nazzjonali ġiet osservata fil-kawża preżenti, li tirrinvija lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1)</NO.P><TXT>Huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju li l-Istat Taljan jista’ legalment jeċċepixxi l-preskrizzjoni ordinarja ta’ ħames jew għaxar snin tad-dritt li jirriżulta mid-Direttiva 82/76/KEE, għall-perijodu qabel l-ewwel liġi Taljana ta’ traspożizzjoni, mingħajr ma b’hekk jostakola l-eżerċizzju tad-dritt inkwistjoni li jikkonsisti fil-ħlas ta’ kumpens jew, sussidjarjament, f’azzjoni għad-danni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju li kull eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni tiġi prekluża peress li tostakola definittivament l-eżerċizzju tad-dritt inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Inkella, huwa konsistenti mad-dritt Komunitarju li kull eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni tiġi eskluża sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata ksur tad-dritt Komunitarju (f’dan il-każ, sal-1999)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jew inkella huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju li kull eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni tiġi eskluża, fi kwalunkwe każ, sakemm ma sseħħ traspożizzjoni korretta u kompleta tad-direttiva li tkun tat id-dritt inkwistjoni, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (li f’dan il-każ qatt ma seħħet), kif previst fis-sentenza Emmot iċċitata iktar ’il fuq]?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4052"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk id-dritt tal-Unjoni jippermettix lil Stat Membru jopponi eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni għall-eżerċizzju ta’ dritt li jirriżulta minn direttiva jew għall-implementazzjoni ta’ dritt għal kumpens għal dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ traspożizzjoni korretta tagħha fit-terminu previst u, jekk ikun il-każ, jekk tali possibbiltà teżisti biss mill-mument li fih il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li, meta f’qasam partikolari jkun jeżisti nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa l-kompitu tal-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li jaħtar il-qrati kompetenti u li jistabbilixxi regoli proċedurali għal azzjonijiet li huma intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta’ drittijiet li l-individwi jinvokaw taħt id-dritt tal-Unjoni, sakemm tali regoli ma jkunux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għal azzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, Texaco u Olieselskabet Danmark, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-114/95+C-115/95" PAGE.ECR="I-4263" YEAR="1997">C-114/95 u C-115/95, Ġabra p. I-4263</REF.DOC.ECR>, punt 41; tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Marks &amp; Spencer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-62/00" PAGE.ECR="I-6325" YEAR="2002">C-62/00, Ġabra p. I-6325</REF.DOC.ECR>, punt 34, kif ukoll tal-<DATE ISO="20090324">24 ta’ Marzu 2009</DATE>, Danske Slagterier, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-445/06" PAGE.ECR="I-2119" YEAR="2009">C-445/06, Ġabra p. I-2119</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan l-aħħar prinċipju, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-iffissar ta’ termini raġonevoli taħt piena ta’ dekadenza għall-preżentata ta’ rikorsi fl-interess taċ-ċertezza legali li tipproteġi kemm lill-persuni kkonċernati kif ukoll lill-amministrazzjoni kkonċernata. Fil-fatt, tali termini ma humiex ta’ natura li jirrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, anki jekk, bħala regola, l-iskadenza ta’ dawn it-termini tirriżulta fiċ-ċaħda, totali jew parzjali, tal-azzjoni mressqa (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, Haahr Petroleum, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-90/94" PAGE.ECR="I-4085" YEAR="1997">C-90/94, Ġabra p. I-4085</REF.DOC.ECR>, punt 48; tat-<DATE ISO="19971202">2 ta’ Diċembru 1997</DATE>, Fantask <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-188/95" PAGE.ECR="I-6783" YEAR="1997">C-188/95,<?PAGE NO="I-4053"?> Ġabra p. I-6783</REF.DOC.ECR>, punt 48; tal-<DATE ISO="19980915">15 ta’ Settembru 1998</DATE>, Edis, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-231/96" PAGE.ECR="I-4951" YEAR="1998">C-231/96, Ġabra p. I-4951</REF.DOC.ECR>, punt 35, kif ukoll Marks &amp; Spencer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt tat-tluq tat-terminu preskrittiv, huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li, sal-mument tat-traspożizzjoni korretta ta’ direttiva, l-Istat Membru li jkun naqas ma jistax jeċċepixxi t-tressiq tardiv ta’ azzjoni ġudizzjarja mressqa kontrih minn individwu sabiex jipproteġi d-drittijiet irrikonoxxuti lilu mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u li terminu għall-preżentata ta’ rikors taħt id-dritt nazzjonali jista’ jibda jiddekorri biss minn dan il-mument (Emmott, iċċitata iktar ’il fuq, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja sussegwentement ammettiet li l-Istat Membru li jkun naqas jista’ jipprekludi d-dekadenza ta’ azzjonijiet ġudizzjarji, anki jekk fid-data tal-preżentata tar-rikorsi jkun għadu ma ttrasponiex b’mod korrett id-direttiva inkwistjoni, billi ddeċidiet li s-soluzzjoni stabbilita fis-sentenza Emmott, iċċitata iktar ’il fuq, kienet iġġustifikata minn ċirkustanzi li kienu partikolari għal dik il-kawża, fis-sens li t-terminu ta’ dekadenza kien iwassal biex iċaħħad totalment lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali mill-possibbiltà li tinvoka d-dritt tagħha taħt direttiva (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19931027">27 ta’ Ottubru 1993</DATE>, Steenhorst-Neerings, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-338/91" PAGE.ECR="I-5475" YEAR="1993">C-338/91, Ġabra p. I-5475</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="19941206">6 ta’ Diċembru 1994</DATE>, Johnson, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-410/92" PAGE.ECR="I-5483" YEAR="1994">C-410/92, Ġabra p. I-5483</REF.DOC.ECR>; Fantask <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punti 50 sa 52; tas-<DATE ISO="20040617">17 ta’ Ġunju 2004</DATE>, Recheio — Cash &amp; Carry, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-30/02" PAGE.ECR="I-6051" YEAR="2004">C-30/02, Ġabra p. I-6051</REF.DOC.ECR>, kif ukoll Danske Slagterier, iċċitata iktar ’il fuq, punti 53 sa 56).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kawża li tat lok għas-sentenza Emmott, iċċitata iktar ’il fuq, l-aġir tal-awtoritajiet nazzjonali kien, fil-fatt, ipprekluda lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali milli tinvoka d-drittijiet li hija għandha taħt id-direttiva inkwistjoni (punti 10 sa 14; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Steenhorst-Neerings, punt 20, u Johnson, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li awtorità nazzjonali teċċepixxi mill-iskadenza ta’ terminu preskrittiv raġonevoli ħlief jekk, minħabba l-aġir tagħha, din tkun ikkawżat id-dewmien tat-talba, u b’hekk tkun ċaħħdet lir-<?PAGE NO="I-4054"?>rikorrenti fil-kawża prinċipali mill-possibbiltà li tinvoka d-drittijiet tagħha taħt direttiva tal-Unjoni quddiem il-qrati nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Edis, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48, u tas-<DATE ISO="19981117">17 ta’ Novembru 1998</DATE>, Aprile, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-228/96" PAGE.ECR="I-7141" YEAR="1998">C-228/96, Ġabra p. I-7141</REF.DOC.ECR>, punt 43; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20030227">27 ta’ Frar 2003</DATE>, Santex, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-327/00" PAGE.ECR="I-1877" YEAR="2003">C-327/00, Ġabra p. I-1877</REF.DOC.ECR>, punti 57 sa 61, u tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, Barth, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-542/08" PAGE.ECR="I-03189" YEAR="2010">C-542/08, Ġabra p. I-03189</REF.DOC.ECR>, punti 33 sa 36).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-konstatazzjoni sussegwenti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħala prinċipju, ma jkollhiex impatt fuq il-punt tat-terminu preskrittiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Edis, punt 20; Recheio - Cash &amp; Carry, punt 23, kif ukoll Danske Slagterier, punti 36 sa 39).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Dan huwa iktar minnu meta, bħal fil-kawża prinċipali, ma hemm l-ebda dubju li kien hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni. Fit-tali każ fil-fatt, il-konstatazzjoni ġudizzjarja ta’ dan il-ksur ma hijiex neċessarja sabiex il-benefiċjarji jkunu f’pożizzjoni li jkunu jafu d-drittijiet kollha tagħhom. Għaldaqstant l-iffissar tal-punt ta’ tluq tat-terminu qabel din il-konstatazzjoni ġudizzjarja ma jirrendix is-salvagwardja tad-drittijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni prattikament impossibbli jew diffiċli wisq.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi mressqa għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li Stat Membru jeċċepixxi mill-iskadenza ta’ terminu preskrittiv raġonevoli kontra azzjoni legali ppreżentata minn individwu fid-dawl tas-salvagwardja tad-drittijiet mogħtija minn direttiva, anki meta dan ma kienx ittrasponiha b’mod korrett, sakemm l-Istat Membru, permezz tal-aġir tiegħu, ma jkunx ikkawża d-dewmien tar-rikors. Il-konstatazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex impatt fuq il-punt ta’ tluq tat-terminu preskrittiv, meta ma jkun hemm l-ebda dubju li l-imsemmi ksur ikun seħħ.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4055"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, ma jipprekludix li Stat Membru jeċċepixxi mill-iskadenza ta’ terminu preskrittiv raġonevoli kontra azzjoni legali ppreżentata minn individwu fid-dawl tas-salvagwardja tad-drittijiet mogħtija minn direttiva, anki meta dan ma kienx ittrasponiha b’mod korrett, sakemm l-Istat Membru, permezz tal-aġir tiegħu, ma jkunx ikkawża d-dewmien tar-rikors. Il-konstatazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex impatt fuq il-punt tat-tluq ta’ terminu preskrittiv, meta ma jkun hemm l-ebda dubju li l-imsemmi ksur ikun seħħ.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>