2013R1239 — MT — 01.07.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1239/2013

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(ĠU L 325 5.12.2013, p. 66)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1054 tad-29 ta' Ġunju 2016

  L 173

44

30.6.2016




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1239/2013

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina



Artikolu 1

1.  Bil-preżenti huwa impost dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex8501 31 00 , ex8501 32 00 , ex8501 33 00 , ex8501 34 00 , ex8501 61 20 , ex8501 61 80 , ex8501 62 00 , ex8501 63 00 , ex8501 64 00 u ex8541 40 90 (kodiċijiet TARIC 8501310081 , 8501310089 , 8501320041 , 8501320049 , 8501330061 , 8501330069 , 8501340041 , 8501340049 , 8501612041 , 8501612049 , 8501618041 , 8501618049 , 8501620061 , 8501620069 , 8501630041 , 8501630049 , 8501640041 , 8501640049 , 8541409021 , 8541409029 , 8541409031 u 8541409039 ) u li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sakemm mhumiex fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT.

It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

— ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, huma portabbli u jfornu elettriku f'apparati jew jiċċarġjaw batteriji,

— prodotti fotovoltajċi b'rita rqiqa,

— prodotti fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li huma integrati b'mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i fotovoltajka/ċi integrata/i tas-siliċju kristallin,

— moduli jew pannelli b'vultaġġ ta' output li ma jaqbiżx 50 V DC u output ta' enerġija li ma jaqbiżx 50 W unikament għal użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess vultaġġ u karatteristiċi ta' enerġija.

2.  Ir-rata tad-dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn isfel tkun kif ġej:



Kumpanija

Rata tad-dazju

kodiċi TARIC addizzjonali

Wuxi Suntech Power Co. Ltd;

Suntech Power Co. Ltd;

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd;

Luoyang Suntech Power Co. Ltd;

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd; Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd,

4,9 %

B796

Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd;

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd;

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

6,3 %

B797

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd;

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd;

Changzhou Youze Technology Co. Ltd;

Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd;

Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

3,5 %

B791

JingAo Solar Co. Ltd;

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd,

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd;

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd,

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

5,0 %

B794

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd;

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd;

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd,

11,5 %

B793

LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd

11,5 %

B927

Delsolar (Wujiang) Ltd

0 %

B792

Renesola Jiangsu Ltd

Renesola Zhejiang Ltd

4,6 %

B921

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

6,5 %

B845

Kumpaniji elenkati fl-Anness

6,4 %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

11,5 %

B999  (1)

(1)   Il-kumpaniji elenkati fl-Anness II għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali) dwar l-antidumping parallel ikollhom il-kodiċi TARIC addizzjonali msemmi fih.

3.  Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.  L-importazzjonijiet ddikjarati biex jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera għal prodotti li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM (kodiċijiet TARIC 8541409021 , 8541409029 , 8541409031 u 8541409039 ) li huma fatturati minn kumpaniji li minnhom huma aċċettati impriżi mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, jiġu eżentati mid-dazju antisussidji impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

(a) kumpanija elenkata fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE immanifatturat, bagħtet u ffatturat b'mod dirett il-prodotti msemmija hawn fuq jew permezz tal-kumpanija relatata tagħha li hija elenkata wkoll fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE jew il-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni li jaġixxu bħala importatur u li jikklirjaw l-oġġetti għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew l-ewwel klijent indipendenti li jaġixxi bħala importatur u li jikklirja l-oġġetti għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni;

(b) tali importazzjonijiet huma akkumpanjati minn fattura ta' impriża li hija fattura kummerċjali li jkun fiha tal-anqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulata fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament;

(c ) tali importazzjonijiet huma akkumpanjati minn Ċertifikat ta' Impenn ta' Esportazzjoni skont l-Anness 3 ta' dan ir-Regolament; u

(d) l-oġġetti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu b'mod preċiż għad-deskrizzjoni dwar il-fattura ta' impriża.

2.  Id-dejn doganali jiġġarrab meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera:

(a) kull meta jkun stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati f'dak il-paragrafu mhumiex sodisfatti; jew

(b) meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha tal-impriża skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 f'Regolament jew Deċiżjoni li tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi ta' impriża rilevanti bħala invalidi.

Artikolu 3

Il-kumpaniji li minnhom huma aċċettati l-impriżi mill-Kummissjoni u l-ismijiet tagħhom huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet speċifikati fih, se joħorġu wkoll fattura għal tranżazzjonijiet li mhumiex eżentati mid-dazji antisussidji. Din il-fattura għandha tkun fattura kummerċjali li tkun tinkludi għallinqas l-elementi stipulati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet li tirriżulta mir-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni ma jibqax fis-seħħ.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jiskadi fil-7 ta’ Diċembru 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS 1



Isem il-Kumpanija

TARIC kodiċi addizzjonali

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc.

CSI Cells Co. Ltd

CSI Solar Power (China) Inc.

B805

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

B809

Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd

B810

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

B812

CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

B813

CSG PVtech Co. Ltd

B814

DCWATT POWER Co. Ltd

B815

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Era Solar Co. Ltd

B818

ET Energy Co. Ltd

ET Solar Industry Limited

B819

GD Solar Co. Ltd

B820

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

B824

Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd

Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd

B825

Hanwha SolarOne Co. Ltd

B929

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co. Ltd

Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd

Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd

Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd

Altusvia Energy (Taicang) Co, Ltd

B842

Jinggong P-D Shaoxing Solar Energy Tech Co. Ltd

B844

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

▼M1

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL Solar System (Suzhou) Limited

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

GCL System Integration Technology Co., Ltd

B850

▼B

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co. Ltd

B851

Motech (Suzhou) Renewable Energy Co. Ltd

B852

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

NICE SUN PV CO. LTD

B854

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo Osda Solar Co. Ltd

B859

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd

B860

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

Phono Solar Technology Co. Ltd

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

B866

RISEN ENERGY CO. LTD

B868

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

B869

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

B870

BYD(Shangluo)Industrial Co.Ltd

Shanghai BYD Co. Ltd

B871

▼M1

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B872

▼B

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

B875

Jiangsu ST-Solar Co. Ltd

Shanghai ST-Solar Co. Ltd

B876

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Leshan Topray Cell Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

B880

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

Sopray Energy Co. Ltd

B881

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

B882

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Winsun New Energy Co. Ltd

B887

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd

Xi'an LONGi Silicon Materials Corp.

B897

Years Solar Co. Ltd

B898

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

B900

Yunnan Tianda Photovoltaic Co. Ltd

B901

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Longbai Photovoltaic Tech Co. Ltd

B909

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoeletronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang SOCO Technology Co. Ltd

B913

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd

B919

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922

ZNSHINE PV-TECH CO. LTD

B923

Zytech Engineering Technology Co. Ltd

B924




ANNESS 2

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta' oġġetti li huma soġġetti għall-Impriża:

1. L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-OĠĠETTI SOĠĠETTI GĦAL IMPRIŻA”.

2. L-isem tal-Kumpanija li qed toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3. In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4. Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5. Il-kodiċi TARIC addizzjonali li permezz tiegħu l-oġġetti fuq il-fattura għandhom jiġu rilaxxati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

6. Id-deskrizzjoni eżatta f'lingwaġġ sempliċi tal-oġġetti u:

— in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN),

— speċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

— in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

— Kodiċi NM,

— il-kwantità (li għandha tingħata f'unitajiet espressi f'Watts).

7. Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inkluż:

— il-prezz għal kull unità (Watt),

— it-termini ta' ħlas applikabbli,

— it-termini ta' kunsinna applikabbli,

— l-iskonti u s-sussidji totali.

8. L-isem tal-Kumpanija li taġixxi bħala importatur li tinħareġ direttament il-fattura lilha mill-Kumpanija.

9. L-isem tal-uffiċjal tal-Kumpanija li ħareġ il-Fattura Kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, is-sottoskritt/a, niċċertifika li l-bejgħ għal esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea tal-oġġetti koperti minn din il-fattura qiegħed isir taħt il-kamp ta' applikazzjoni u skont it-termini tal-Impriża offerta minn [KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta fuq din il-fattura hija kompluta u korretta.”




ANNESS 3

ĊERTIFIKAT TA' IMPRIŻA TA' ESPORTAZZJONI

L-elementi li ġejjin jiġu indikati fiċ-Ċertifikat tal-Impriża ta' Esportazzjoni li għandu jinħareġ mis-CCCME għal kull Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta' oġġetti li huma soġġetti għall-Impriża:

1. L-isem, l-indirizz, il-faks u n-numru tat-telefown tal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni tal-Makkinarju u l-Prodotti Elettroniċi (CCCME).

2. L-isem tal-kumpanija msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3. In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4. Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5. Il-kodiċi TARIC addizzjonali li permezz tegħu l-oġġetti fuq il-fattura għandhom jiġu kklirjati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

6. Id-deskrizzjoni eżatta tal-oġġetti, inkluż:

— in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN),

— l-ispeċifikazzjoni teknika tal-oġġetti, in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC) (jekk ikun applikabbli),

— Kodiċi NM,

7. Il-kwantità preċiża f'unitajiet esportati espressi f'Watts.

8. In-numru u d-data ta' skadenza (tliet xhur wara l-ħruġ) taċ-ċertifikat.

9. L-isem tal-uffiċjal tas-CCCME li ħareġ iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, is-sottoskritt/a, niċċertifika li dan iċ-ċertifikat huwa mogħti għal esportazzjonijiet diretti lejn l-Unjoni Ewropea tal-oġġetti koperti mill-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li sar soġġett għall-impriża u li l-ċertifikat jinħareġ taħt il-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni u skont it-termini tal-impriża offerta minn [KUMPANIJA] u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat hija korretta u l-kwantità koperta minn dan iċ-ċertifikat ma taqbiżx il-limitu tal-impriża.”

10. Data.

11. Il-firma u s-siġill tas-CCCME.




ANNESS 4

L-elementi li ġejjin jiġu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea tal-oġġetti li huma soġġetti għal dazji antisussidji:

1. L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-OĠĠETTI SOĠĠETTI GĦAL ANTIDUMPING U DAZJI KUMPENSATORJI”.

2. L-isem tal-Kumpanija li qed toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3. In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4. Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5. Il-kodiċi TARIC addizzjonali li permezz tiegħu l-oġġetti fuq il-fattura għandhom jiġu rilaxxati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

6. Id-deskrizzjoni eżatta f'lingwaġġ sempliċi tal-oġġetti u:

— in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN),

— speċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

— in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

— Kodiċi NM,

— il-kwantità (li għandha tingħata f'unitajiet espressi f'Watts).

7. Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inkluż:

— il-prezz għal kull unità (Watt),

— it-termini ta' ħlas applikabbli,

— it-termini ta' kunsinna applikabbli,

— l-iskonti u s-sussidji totali.

8. L-isem u l-firma tal-uffiċjal tal-Kumpanija li ħareġ il-Fattura Kummerċjali.



( 1 ) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

( 2 ) ĠU C 340, 8.11.2012, p. 13.

( 3 ) ĠU C 269, 6.9.2012, p. 5.

( 4 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 tal- 4 ta' Ġunju 2013 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, 5. 6.2013, p. 5).

( 5 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2013 tal- 1 ta' Marzu 2013 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 61, 5.3.2013, p. 2).

( 6 ) Ara l-paġna 214 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 7 ) Rapport tal-Korp tal-Appell, Komunitajiet Ewropej — Miżuri li Jaffettwaw l-Asbestos u Prodotti li fihom l-Asbestos, (traduzzjoni mhux uffiċjali) WT/DS135/AB/R, adottat fil-5 ta' April 2001.

( 8 ) Il-Kawża T-401/06 Brosmann Footwear (HK) Ltd u oħrajn vs il-Kunsill; il-Kawża T-314/06 Whirlpool Europe vs il-Kunsill.

( 9 ) Ilbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 553/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 (prov.); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 (def.).

( 10 ) Il-Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, para. 133.

( 11 ) Il-Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-para. 135.

( 12 ) Il-Kapitolu 10, it-Taqsima 1, tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin: “Fl-industrija tal-enerġija l-ġdida, enfasi fuq l-iżvilupp ta'… … użu tal-enerġija solari, ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka u fototermali”.

( 13 ) It-Taqsima III.ii.1 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari.

( 14 ) It-Taqsima III.iii.1 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari.

( 15 ) It-Taqsima III.ii.3 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari.

( 16 ) It-Taqsima VI tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari.

( 17 ) Il-Kapitolu Orjentazzjoni u Prijoritajiet tar-Ristrutturar Industrijali, l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji fuq il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

( 18 ) Il-Kapitolu III, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji fuq il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

( 19 ) L-Artikoli 7.1 u 7.3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat tal-10 ta' Ottubru 2010 għat-tħeġġiġ tal-iżvilupp ta' seba' industriji strateġiċi ġodda.

( 20 ) It-Taqsima VII, Kapitoli 1 u 5 tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006 — 2020).

( 21 ) L-Artikolu 18 tal-Liġi dwar il-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku.

( 22 ) Ibid.

( 23 ) L-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku.

( 24 ) Bl-eċċezzjoni ta' ċerti istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat.

( 25 ) Il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006-2020); Katalogu tal-Prodotti Ċiniżi tat-Teknoloġija Avvanzata għal Esportazzjoni; Lista ta' esportazzjoni ta' prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida; Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82 tal-President tar-RPĊ); Regolamenti Provviżorji dwar il-Ġestjoni tal-Pjan Xjentifiku u Teknoloġiku Nazzjonali u Miżura Provviżorja dwar il-Ġestjoni tal-Proġett tal-Pjan Xjentifiku u Teknoloġiku Nazzjonali.

( 26 ) Pereżempju l-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006-2020) jidentifika l-industrija Solari bħala qasam ewlieni u jipprevedi li “jagħti l-ewwel prijorità lill-finanzjament tal-politika” jew “iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jagħtu appoġġ ta' kreditu preferenzjali lil proġetti ta' industrijalizzazzjoni nazzjonali kbar fix-xjenza u t-teknoloġija” jew jissuġġerixxi xi politiki ta' taxxa preferenzjali li tabilħaqq intużaw mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Anki l-Katalogi tal-Prodotti Ċiniżi tat-Teknoloġija Avvanzata għal Esportazzjoni u l-Lista ta' Esportazzjoni ta' Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida huma ferm rilevanti għall-industrija PV peress li ħafna mill-produtturi esportaturi fil-kampjun huma detenturi taċ-ċertifikat ta' Impriża tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida. Rigward il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku, din fost l-oħrajn, tordna lill-istituzzjonijiet finanzjarji orjentati lejn il-Politiki sabiex jagħtu prijorità lill-Industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida (fejn tappartjeni wkoll l-industrija PV). Anki r-Regolamenti Provviżorji dwar il-Ġestjoni tal-Pjan Xjentifiku u Teknoloġiku Nazzjonali u l-Miżura Provviżorja dwar il-ġestjoni tal-proġett tal-pjan Xjentifiku u teknoloġiku nazzjonali huma direttament involuti fl-organizzazzjoni u l-funzjonament ta' ċerti proġetti PV.

( 27 ) Pereżempju China Bohai Bank, Guangdong Development Bank, Huishang Bank, il-Bank of Shanghai, Shenzhen Development Bank.

( 28 ) L-ittra ta' qabel il-verifika tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2013, paġna 7: “Il-Kummissjoni se tfittex spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni mitluba fl-Appendiċi A tal-kwestjonarju. Il-kwistjonijiet imqajma matul il-verifika se jkopru l-punti minn a) sa r) tal-Appendiċi A”. Punt g) tal-Appendiċi A: Elenka kull azzjonist tal-bank/istituzzjoni finanzjarja li kien sid ta' tal-inqas 1 % tal-ishma jew tal-valur tal-kumpanija u elenka l-attivitajiet ta' dawn l-azzjonisti fit-tabella tal-Excel Appendiċi A–1.

( 29 ) Artikolu 33 tal-Liġi tar-RPĊ dwar ir-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni fuq l-Industrija Bankarja: Fid-dawl tal-bżonn li twettaq dmirijietha, l-awtorità regolatorja bankarja għandu jkollha s-setgħa li teħtieġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-industrija bankarja jissottomettu, skont ir-regolamenti rilevanti, il-karti bilanċjali, id-dikjarazzjonijiet tal-profitt, dikjarazzjonijiet kontabilistiċi finanzjarji oħrajn, rapporti statistiċi u informazzjoni dwar operazzjonijiet kummerċjali u l-ġestjoni, kif ukoll ir-rapporti tal-awditjar tagħhom imħejjija minn kontabilisti pubbliċi ċċertifikati.

( 30 ) L-ittra ta' defiċenza tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2013, mistoqsija C-III-A.A.

( 31 ) Mhux mimlija mill-Bank of China, iżda mill-GTĊ f'isimhom.

( 32 ) Iż-żjara ta' verifika kienet oriġinarjament skedata bejn il-15 u d-19 ta' April 2013.

( 33 ) Preambolu tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina.

( 34 ) Dokument WT/DS379/AB/R, il-11 ta' Marzu 2011.

( 35 ) Para 317 tar-rapport AB.

( 36 ) Para. 290 tar-rapport AB.

( 37 ) Para. 297 tar-rapport AB.

( 38 ) http://www.dbresearch.com/PROD/DBR_INTERNET_EN-PROD/PROD0000000000204417.PDF

( 39 ) Id-Dokument WT/TPR/S/230 p. 79, April 2010.

( 40 ) Id-Dokument WT/TPR/S/264 p. 122, Lulju 2012.

( 41 ) Ibid.

( 42 ) L-Artikolu 15 tal-Artikolu ta' Assoċjazzjoni taċ-China Development Bank (CDB) jiddikjara li l-iskop kummerċjali tas-CDB huwa fost l-oħrajn“li jservi għall-istrateġija ta' żvilupp fit-terminu medju u twil tal-ekonomija nazzjonali”. Barra minn hekk, id-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji tas-CDB għas-sena finanzjarja 2011 jiddikjaraw “Il-Bank u s-sussidjarji tiegħu (flimkien, il-‘Grupp’) huma ddedikati għall-missjoni ta' tisħiħ tal-kompetittività taċ-Ċina u t-titjib tal-istandards tal-għajxien tal-poplu tagħha b'appoġġ tal-istrateġiji u l-politiki ewlenin fit-terminu medju sa twil tal-Istat, permezz tal-attivitajiet ta' self, investiment, titoli u kiri fit-terminu medju sa twil tagħhom” u “Bħala tweġiba għas-sejħa tal-Istat sabiex l-impriżi domestiċi jitħeġġu ‘Jsiru Globali’ u Bħala tweġiba għas-sejħa tal-Istat sabiex l-impriżi domestiċi ‘Jsiru Globali’, il-Grupp jimpenja ruħu wkoll f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet iffokati fuq il-kooperazzjoni internazzjonali”.

( 43 ) Riċerka ta' Deutsche Bank, China's Banking Sector: Ripe for the next stage, is-7 ta' Diċembru 2006.

( 44 ) Analiżi tal-Politiki tad-WTO dwar iċ-Ċina WT/TPR/S/264, p. 122, il-premessa 98.

( 45 ) China 2030 Building a modern, harmonious, and creative society (Ċina 2030 Bini ta' soċjetà moderna, armonjuża u kreattiva), Il-Bank Dinji u ċ-Ċentru ta' Riċerka għall-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Istat, ir-RPĊ, paġni 28-29, 125.

( 46 ) Stħarriġ Ekonomiku tal-OECD: Ċina 2010, p. 55 “l-iskop primarju tal-minimu tar-rata ta' għoti b'self tal-PBoC u l-massimu tar-rata ta' depożitu huwa li jissalvagwardjaw il-profittabbiltà tas-settur bankarju predominantement tal-Istat. Bit-twessigħ progressiv tal-marġni bejn il-punti ta' riferiment tar-rati tas-self u d-depożiti, il-PBoC xeħet b'mod effettiv parti mill-kost tar-ristrutturar tal-bank fuq il-mutwatarji u l-faddala Ċiniżi, għad li naqqas dak id-distakk fl-2008-09. Madankollu, ir-rati ta' riferiment idgħajfu l-inċentiv għall-banek kummerċjali biex jipprezzaw ir-riskju kif xieraq u jxekklu l-kompetizzjoni fis-settur bankarju”.

( 47 ) Informazzjoni miksuba mir-Riċerka tal-2006 ta' Deutsch Bank dwar is-settur bankarju taċ-Ċina, paġni 3-4.

( 48 ) Informazzjoni miksuba mir-Rapport Monetarju taċ-Ċina, it-Tieni Trimestru, 2010 tal-Grupp ta' Analiżi tal-Politika Moneterja tal-People's Bank of China, datat il-5 ta' Awwissu 2010, paġna 10.

( 49 ) Informazzjoni sottomessa mill-GTĊ, informazzjoni miksuba mill-Artikoli ta' Assoċjazzjoni u r-Rapporti Annwali ta' ċerti banek u informazzjoni miksuba mill-internet (pereżempju http://www.fas.org/sgp/crs/row/R42380.pdf).

( 50 ) Il-premessa 169 tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta' Marzu 2013.

( 51 ) Il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (l-Artikolu 34).

( 52 ) Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni ta' Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

( 53 ) Il-Liġi tar-RPĊ dwar Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82).

( 54 ) Dokument ta' Ħidma tal-IMF, “Progress in China's Banking Sector Reform: Has Bank Behaviour Changed?” (Progress fir-Riforma tas-Settur Bankarju taċ-Ċina: Inbidlet l-Imġiba tal-Banek?), WP/06/71, Marzu 2006, (ara l-paġni 3-4, 13, 18-20).

( 55 ) Dokument ta' Ħidma tal-FMI, “Interest Rate Liberalization in China” (Liberalizzazzjoni tar-Rata tal-Imgħax fiċ-Ċina), WP/09/171, Awwissu 2009, (ara l-paġni 3-4, 21-23).

( 56 ) IMF Country Report, RPĊ (Rapport dwar il-Pajjiżi tal-IMF, ir-RPĊ): 2010 l-Artikolu IV Konsultazzjoni, Nru 10/238, Lulju 2010, (ara l-paġni 22, 24 u 28-29).

( 57 ) OECD 2010 Economic Survey of China (L-Istħarriġ Ekonomiku tal-OECD 2010 dwar iċ-Ċina), Frar 2010, (ara l-Kapitolu 3, paġni 71, 73-81, 97).

( 58 ) OECD China's Financial Sector Reforms (Riformi fis-Settur Finanzjarju taċ-Ċina tal-OECD), Dokument ta' Ħidma tad-Dipartiment Ekonomiku tal-OECD Nru OECD China's Financial Sector Reforms (Riformi fis-Settur Finanzjarju taċ-Ċina tal-OECD), Dokument ta' Ħidma tad-Dipartiment Ekonomiku tal-OECD Nru 747, ECO/WKP (2010) 3, l-1 ta' Frar 2010, (ara l-paġni 2, 8-15, 36).

( 59 ) Ara s-sejba dwar il-korpi pubbliċi fil-paragafu tal-premessa 53.

( 60 ) L-Artikolu VII tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat tal-10 ta' Ottubru 2010 biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' seba' industriji strateġiċi ġodda.

( 61 ) Il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006-2020), Taqsima III, kapitolu 1.

( 62 ) Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82 tal-President tar-RPĊ), l-Artikolu 18.

( 63 ) Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82 tal-President tar-RPĊ), l-Artikolu 34.

( 64 ) L-Artikolu 34 tal-Liġi tal-Ibbankjar Kummerċjali.

( 65 ) Dokument WT/TPR/S/264 p. 122, Lulju 2012.

( 66 ) Il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (l-Artikolu 34).

( 67 ) Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni ta' Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

( 68 ) Il-Liġi tar-RPĊ dwar Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82).

( 69 ) http://english.caixin.com/2012-04-19/100381773.html

( 70 ) Ir-regolatur tal-banek taċ-Ċina (CBRC) iddeċieda li l-Banek Kummerċjali fiċ-Ċina jistgħu jixtru bonds tas-CDB (dan japplika għal bonds tas-CDB biss) u jassenjaw ponderazzjoni ta' riskju żero għal dawn l-assi. Effettivament dan ifisser li l-banek mhumiex meħtieġa jistabbilixxu ebda kapital kontra dawn l-assi bħala prekawzjoni għar-riskju meta jżommu dawn il-bonds, u dan għandu impatt fuq l-aċċess tal-bank għal kapital u jipprovdi aċċess għal flus irħas. Normalment, ir-redditu fuq bonds tas-CDB ikun ogħla mir-rati ta' depożitu ta' riferiment iżda inqas mir-rata ta' għoti b'self u r-riżultat huwa li l-banek kummerċjali Ċiniżi jistgħu jagħmlu flus billi jixtru bonds tas-CDB bla riskju. Peress li dan huwa sors kostanti ta' dħul, il-banek jistgħu jaffordjaw li jisilfu lil ċerti industriji b'rati preferenzjali għaliex ser jikkumpensaw il-profitti mitlufa permezz tal-mekkaniżmu spjegat.

( 71 ) Rapport relevanti tal-Panil, Komunitajiet Ewropej u Ċerti Stati Membri — Measures Affecting Trade in Large Civil Aircraft (Miżuri li Jaffettwaw in-Negozju f'Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar), WT/DS316/R (30/06/2010), para. 7.735-7.738.

( 72 ) http://www.gov.cn/ldhd/2009-05/27/content_1326023.htm

( 73 ) Rapport tal-Korp tal-Appell US — Anti-Dumping and Countervailing Duties (China) (Stati Uniti — Dazji Antidumping u Kompensatorji (Ċina)), para. 317.

( 74 ) Rapport tal-Korp tal-Appell US — Anti-Dumping and Countervailing Duties (China) (Stati Uniti — Dazji Antidumping u Kompensatorji (Ċina)), para. 318.

( 75 ) Sorsi: http://en.wikipedia.org/wiki/China_Export_ %26_Credit_Insurance_Corporation u http://uk.reuters.com/article/2011/05/26/china-cic-sinosure-idUKL3E7GQ10720110526

( 76 ) http://www.gov.cn/ldhd/2009-05/27/content_1326023.htm

( 77 ) http://www.stewartlaw.com/Article/ViewArticle/608, Stewart and Stewart, How trade rules can help level the export financing playing field: New developments and a path forward for 2013:“Sinosure, l-aġenzija uffiċjali taċ-Ċina għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, topera b'telf kumulattiv sinifikanti għall-gvern, xi ħaġa li tindika li l-appoġġ tagħha huwa ferm sussidjat ukoll” u Analiżi tar-rapporti annwali ta' Sinosure mill-2002 sal-2011 turi telf operatorju kumulattiv ta' RMB 3,3 biljun.

( 78 ) Sors: http://en.wikipedia.org/wiki/US-Exim_Bank

( 79 ) Il-premessa 116 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta' karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18);

( 80 ) Il-premessa 226 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16).

( 81 ) It-Tħabbira dwar Stedina għall-Offerti għall-Assenjament ta' Art tal-Kostruzzjoni Urbana tal-Istat f'Yangzhou għal Użu Industrijali bid-Dritt ta' Użu tal-Art (Numri tal-Plott 2008G017, 2008G018 u 2008G019, Uffiċċju Muniċipali tar-Riżorsi tal-Art ta' Yangzhou, it-30 ta' Jannar 2008.

( 82 ) In-Notifika dwar it-trasferiment tad-Dritt ta' Użu tal-Art tal-Istat (2009-02) f'Tianwei maħruġa mill-Uffiċċju tal-Art tal-Belt ta' Baoding, l-Artikolu 7.

( 83 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2013, il-premessa 116.

( 84 ) George E. Peterson, Land leasing and land sale as an infrastructure-financing option (Kiri ta' art u bejgħ ta' art bħala alternattiva ta' finanzjament tal-infrastruttura), Dokument ta' Ħidma 4043 tar-Riċerka fuq Politiki tal-Bank Dinji, fis-7 ta' Novembru 2006, Dokument ta' Ħidma tal-FMI (WP/12/100), An End to China's Imbalances (Tmiem l-Iżbilanċi taċ-Ċina), April 2012, p.12

( 85 ) Dokument ta' Ħidma tal-FMI (WP/12/100), An End to China's Imbalances (Tmiem l-Iżbilanċi taċ-Ċina), April 2012, p.12

( 86 ) Rapport tal-AB Messiku-Ross (traduzzjoni mhux uffiċjali), par. 289 u 293. Rapport tal-Bord, Ċina-GOES, par. 7.296 u 7.302

( 87 ) L-istatistiki tal-banek intalbu fit-taqsima III.A.A tal-kwestjonarju inizjali, paġna 4 tal-Anness 1 għall-ittra ta' defiċenza u l-paġna 7 tal-ittra ta' qabel il-verifika.

( 88 ) Rapport tal-Korp tal-Appell US-Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), para. 356.

( 89 ) Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kif diġà ntalbet fil-kwestjonarju, u fi kwalunkwe każ tal-inqas għandek tipprovdi xorta waħda dawk li fihom il-GTĊ għandu interess azzjonarju dirett jew indirett.

( 90 ) It-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari, Daħla.

( 91 ) It-12-il pjan ta' ħames snin għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, Parti XVI u l-Kapitolu 61

( 92 ) Rapport tal-Korp tal-Appell, US-Definitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China (Dazji Antidumping u Kompensatorji Definittivi tal-Istati Uniti fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina) Rapport tal-Korp tal-Appell, Stati Uniti-Azzar Illaminat bis-Sħana, para.

( 93 ) Rapport tal-Panil, Stati Uniti — Azzar Illaminat bis-Sħana, para. 99

( 94 ) Rapport tal-Panil, US — Definitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China (Stati Uniti — Dazji Antidumping u Kompensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), para. 16.9

( 95 ) Rapport tal-Bord, KE-Salamun, para. 7.358

( 96 ) L-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009; ĠU L 188, 18.7.2009

( 97 ) L-Artikolu 32 tal-Kostituzzjoni tas-CCP

( 98 ) L-Artikolu 19 tal-Liġi tal-Kumpaniji tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, http://www.china.org.cn/china/LegislationsForm2001-2010/2011-02/11/content_21898292.htm

( 99 ) Bord ta' KE-Inġenji tal-Ajru Para. 7.743

( 100 ) http://www.chinaafricarealstory.com/2011/08/china-development-banks-3-billion-line.html, “It-termini tal-linja ta' kreditu tas-CDB ivarjaw fiż-żewġ pagamenti akkont tagħha. L-ewwel segment ta' USD 1,5 biljun se jkollhom maturità ta' 20 sena inkluż perjodu ta' grazzja ta' ħames snin. Ir-rata tal-imgħax se tkun il-LIBOR (Rata Offruta tal-Interbank ta' Londra) ta' sitt xhur flimkien ma' marġini ta' 2,95 %, b'tariffa ta' impenn ta' 1 % u tariffa bil-quddiem ta' 0,25 %. It-termini tat-tieni segment ta' USD 1,5bn huma maturità ta' 15-il sena inkluż perjodu ta' grazzja ta' ħames snin, rata tal-imgħax ta' LIBOR ta' sitt xhur flimkien ma' marġini ta' 2,28 %, u probabbilment l-istess tariffi”

( 101 ) Rapport tal-Panil, US — Definitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China (Stati Uniti — Dazji Antidumping u Kompensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), para. 10.187

( 102 ) Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

( 103 ) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels.

( 104 ) Regolament (UE) Nru 513/2013,

( 105 ) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

( 106 ) 2013/423/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Awwissu 2013 li taċċetta impenn offrut b'rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26).

( 107 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009; ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93