29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/1401

tat-18 ta' Lulju 2017

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya), inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-30 ta' Awwissu 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1634 (2) biex ħatar lis-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-EUBAM Libya għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-21 ta' Awwissu 2017.

(3)

Fl-4 ta' Awwissu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1339 (3) li emendat u estendiet id-Deċiżjoni 2013/233/PESK sal-21 ta' Awwissu 2017.

(4)

Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1342 (4), li testendi l-mandat tal-EUBAM Libya mit-22 ta' Awwissu 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018.

(5)

Fit-12 ta' Lulju 2017, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li l-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala l-Kap tal-EUBAM Libya jiġi estiż mit-22 ta' Awwissu 2017 sal-21 ta' Awwissu 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-EUBAM Libya huwa b'dan estiż mit-22 ta' Awwissu 2017 sal-21 ta' Awwissu 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Awwissu 2017.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1634 tat-30 ta' Awwissu 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal- Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 10).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1339 tal-4 ta' Awwissu 2016 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 111).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1342 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 60).