|
9.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10447 — NN / METLIFE GREECE / METLIFE POLAND)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 453/04)
1.
Fid-29 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
NN Group N.V. (“NN”, in-Netherlands), |
|
— |
MetLife Life Insurance S.A. (“MetLife Greece”, il-Greċja), |
|
— |
MetLife Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie i Reasekuracji S.A. (“MetLife Poland”, il-Polonja). |
NN takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ MetLife Greece u ta’ MetLife Poland kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
NN: kumpanija tas-servizzi finanzjarji kkwotata fuq Euronext Amsterdam bi preżenza f’20 pajjiż, inklużi diversi pajjiżi Ewropej u l-Ġappun. NN toffri servizzi ta’ rtirar, pensjonijiet, assikurazzjoni, investimenti, u servizzi bankarji. NN hija attiva inter alia fil-Polonja, fl-assikurazzjoni tal-ħajja (inklużi l-pensjonijiet) u l-ġestjoni tal-assi, u fil-Greċja, fl-assikurazzjoni tal-ħajja u tas-saħħa (inklużi l-pensjonijiet), |
|
— |
MetLife Greece: il-provvista ta’ assikurazzjoni tal-ħajja u tas-saħħa (inklużi l-pensjonijiet) fil-Greċja, |
|
— |
MetLife Poland: il-provvista ta’ assikurazzjoni tal-ħajja (inklużi l-pensjonijiet) u l-ġestjoni tal-assi fil-Polonja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10447 — NN / METLIFE GREECE / METLIFE POLAND
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).