IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.10.2025
COM(2025) 583 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet
{SWD(2025) 283 final}
1. Introduzzjoni
Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet (is-“Sena”) tħabbret mill-President tal-Kummissjoni Ewropea fid-
Diskors tagħha tal-2022 dwar l-Istat tal-Unjoni
bħala rispons għan-nuqqas kritiku ta’ ħaddiema u ħiliet fl-Ewropa: “Iżda l-kumpaniji Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma’ nuqqas ta’ ħaddiema. Għandna bżonn li nkunu ħafna aktar iffukati fejn jidħol l-investiment tagħna fl-edukazzjoni professjonali u t-titjib tal-ħiliet. Huwa għalhekk li qed nipproponi li s-sena 2023 tkun is-Sena Ewropea tal-Ħiliet.”
Kważi tliet kwarti (74 %) tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs, small and medium-sized enterprises) ma għandhomx ħaddiema tas-sengħa () u l-Kummissjoni identifikat 42 professjoni li qed jesperjenzaw tali nuqqasijiet f’diversi setturi tal-ekonomija (). Huwa stmat li 90 % tal-impjiegi se jitolbu ħiliet diġitali (). Madankollu, aktar minn terz tal-forza tax-xogħol ma għandhiex il-ħiliet diġitali meħtieġa għall-biċċa l-kbira tal-impjiegi. Dawn in-nuqqasijiet huma magħqudin ma’ distakk dejjem akbar fit-taħriġ, peress li 39,5 % biss tal-adulti jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena (). Minkejja dawn l-isfidi, hemm opportunitajiet, bi tkabbir sostanzjali fl-impjiegi antiċipat fis-setturi ekoloġiċi u diġitali, bi 3,5 miljun impjieg ġdid mistennija (). Hemm ukoll potenzjal sinifikanti li għadu mhux sfruttat fost gruppi sottorappreżentati, bħan-nisa, iż-żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs, not in education, employment or training), ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, ħaddiema akbar fl-età u persuni b’diżabbiltà.
Dan ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni u r-riżultati tas-Sena, f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/936 (id-Deċiżjoni tal-EYS (European Year of Skills)). Dan ir-rapport huwa akkumpanjat minn dokument ta’ ħidma tal-persunal (SWD, staff working document), li jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-azzjonijiet futuri tas-Sena.
2. Eżiti tal-politika u ideat emerġenti
L-objettiv ġenerali tas-Sena kien li tiġi promossa mentalità ta’ tiġdid u ta’ titjib tal-ħiliet. Sabiex jinkiseb dan, is-Sena kellha l-għan li tippromwovi l-investiment, iżżid ir-rilevanza tal-ħiliet permezz tal-kooperazzjoni, tqabbel in-nies ma’ opportunitajiet, u tattira t-talent.
Is-Sena inkludiet diskussjoni ta’ politika komprensiva li damet sena mal-partijiet ikkonċernati dwar ir-rwol tal-ħiliet u tal-politiki dwar il-ħiliet. Id-dibattitu wera li l-pajjiżi Ewropej qed jiffaċċjaw sfidi simili ħafna minħabba tibdil teknoloġiku mgħaġġel, tixjiħ demografiku u forza tax-xogħol tal-UE li qed tonqos, flimkien mal-ħtieġa għal ekosistemi industrijali u ktajjen tal-provvista reżiljenti. Hemm kunsens wiesa’ li dawn ix-xejriet jamplifikaw il-ħtieġa għal forza tax-xogħol kwalifikata fl-Ewropa, li kapaċi tirrispondi għall-bidliet rapidi fil-ħtiġijiet tal-ħiliet.
2.1 Ħiliet għall-kompetittività tal-Ewropa
Il-konverżazzjoni li saret matul is-sena enfasizzat li l-ħiliet huma assi strateġiku għall-produttività tal-Ewropa u faċilitatur trażversali essenzjali li jirfed il-kompetittività fis-setturi ekonomiċi kollha, inkluż għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, kif rifless fil-Boxxla għall-Kompetittività għall-UE (). Dan il-messaġġ ġie ripetut b’mod konsistenti matul is-Sena, u ġġenera l-momentum biex il-ħiliet jiġu integrati f’firxa wiesgħa ta’ politiki f’aktar minn 190 inizjattiva ġdida(), imwettqa permezz ta’ kooperazzjoni b’saħħitha bejn l-istituzzjonijiet tal-UE.
Is-Sena ġabet il-ħiliet fuq quddiem nett tal-aġenda politika tal-UE. Il-ħiliet dehru fl-inizjattivi kollha ħlief f’waħda mressqa fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-2024 () u fil-Linji Gwida Politiċi għall-mandat tal-Kummissjoni tal-2024 sal-2029.
Il-karattru trażversali tal-ħiliet ġie affermat mill-ġdid fil-livell ministerjali, filwaqt li l-Kunsill Kompetittività adotta konklużjonijiet dwar “
Industrija Ewropea kompetittiva li tixpruna l-futur ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tagħna
” u “
Suq uniku għall-benefiċċju ta’ kulħadd
” f’Mejju 2024.
Matul is-Sena, il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw il-ħtieġa urġenti li tingħata spinta lill-ħiliet għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. Il-Kummissjoni ppreżentat il-
Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku
u adottat l-
Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti
, li ppreveda t-tnedija ta’ akkademji tal-industrija b’emissjonijiet żero netti għat-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema f’teknoloġiji strateġiċi bħall-
batteriji
, l-
enerġija solari
, l-
idroġenu
, il-
materja prima
u l-
enerġija mir-riħ
. Kull akkademja għandha l-għan li ttejjeb u ġġedded il-ħiliet ta’ 100 000 ħaddiem fi żmien 3 snin mit-tnedija tagħha.
It-tħabbira tas-Sena wittiet it-triq għall-adozzjoni ta’ Pakkett dwar l-Edukazzjoni u l-Ħiliet Diġitali f’April 2023. Dan inkluda proposti għal Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar
il-fatturi abilitanti ewlenin għall-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ suċċess
u dwar
it-titjib tal-forniment ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ
, adottati mill-Kunsill f’Novembru 2023. L-akkademji għall-ħiliet diġitali ġew stabbiliti bħala parti mis-Sena biex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-forniment tat-taħriġ fiċ-
ċibersigurtà
, fil-
computing ta’ prestazzjoni għolja
u fis-
semikondutturi
.
B’rabta mill-qrib mal-istrateġija industrijali tal-UE, il-Patt għall-Ħiliet għen fit-titjib u fit-tiġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema madwar l-Ewropa bħala rispons għall-ħtiġijiet dejjem akbar tal-industriji. Il-Patt kiber għal 20 sħubija fuq skala kbira f’14-il ekosistema industrijali. Mill-2022, dan għen sabiex jiġu mħarrġa 3,5 miljun persuna, b’wegħdiet ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet ta’ 25 miljun persuna sal-2030.
Diversi inizjattivi oħra taw spinta lill-ħiliet speċifiċi għal settur. Ir-reviżjoni tad-direttivi dwar l-
enerġija rinnovabbli
u
l-effiċjenza enerġetika
espandiet l-appoġġ għal ħiliet ċertifikati ta’ enerġija nadifa. L-inizjattiva
BUILD UP Skills
li tejbet il-ħiliet tal-professjonisti biex titjieb l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet fi 15-il Stat Membru. Sabiex jiżdied l-għadd ta’ speċjalisti tal-ICT, il-Programm Ewropa Diġitali qed jiffinanzja taħriġ speċjalizzat. Il-programm l-UE għas-Saħħa jipprovdi taħriġ għall-ħaddiema tas-saħħa ffukat fuq il-ħiliet diġitali.
ComPAct
jappoġġa lill-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-UE biex isiru aktar kwalifikati. Il-ħiliet kienu qasam ewlieni ta’ fokus għall-44 kumitat ta’ djalogu soċjali settorjali tal-UE li implimentaw azzjonijiet, ħarġu dikjarazzjonijiet jew iddiskutew il-ħtiġijiet settorjali usa’ għall-iżvilupp tal-ħiliet bħala rispons għax-xena industrijali li qed tevolvi.
Filwaqt li n-nuqqas ta’ ħaddiema u d-diskrepanzi fil-ħiliet f’setturi strateġiċi huma ċentrali sabiex jiġu indirizzati, kif ukoll biex tiġi xprunata t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET, vocational education and training) irċevew spinta permezz tas-sejħiet tal-Erasmus+ fl-2023 u fl-2024. Dawn is-sejħiet kienu ffukati fuq l-attraenza tal-VET, iż-żieda fil-mobbiltà tal-apprendisti, it-taħriġ mill-ġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema, in-nisa fi GreenTech, il-mikrokredenzjali u r-reġistri tas-suq tax-xogħol.
2.2 Investiment fil-ħiliet
Matul is-Sena dehret fehma komuni li l-ħiliet huma fattur determinanti ewlieni tat-tkabbir, li jagħtu s-setgħa lill-individwi u jżidu l-produttività tan-negozji. L-UE qed tinvesti aktar minn EUR 150 biljun fl-edukazzjoni u fil-ħiliet (). L-investiment tal-UE fil-ħiliet huwa mistenni li jagħti spinta lill-impjiegi u lill-prodott domestiku gross (PDG). Żieda ta’ 0,1 punt perċentwali fl-investiment fil-ħiliet għall-ħaddiema żgħażagħ potenzjalment se żżid l-impjiegi globali b’0,25 % u se żżid il-PDG b’madwar 0,18 % fuq medda twila ta’ żmien, u taqbeż l-investiment inizjali ().
Is-Sena wasslet għal riflessjoni dwar kif il-finanzjament jiġi investit fil-ħiliet, u ġie rikonoxxut li l-ħiliet għandhom jitqiesu bħala investiment aktar milli bħala kost. L-istrateġiji biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti fil-ħiliet kienu fil-qalba ta’ dawn id-diskussjonijiet. Sabiex jinftiehem aħjar ir-rwol li l-investiment fil-ħiliet għandu fl-ixprunar tal-produttività, ġie miftiehem li huwa meħtieġ kejl imtejjeb ibbażat fuq il-kost tal-impatt tiegħu (). Ingħatat attenzjoni wkoll għat-titjib tal-aċċess għall-finanzjament, b’mod partikolari għall-SMEs. F’Mejju 2023,
Ewrobarometru Flash
żvela li l-SMEs huma affettwati b’mod sinifikanti min-nuqqas ta’ ħiliet, u dan jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ immirat. Wara dan, f’Settembru 2023 ġie adottat il-
Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs
.
Ġie kkonfermat ukoll li l-finanzjament tal-UE jaġixxi bħala katalizzatur, li jattira sorsi oħra ta’ finanzjament u jiffaċilita l-ittestjar ta’ approċċi ġodda u innovattivi fil-finanzjament tal-iżvilupp tal-ħiliet, inklużi sħubijiet pubbliċi-privati. Matul is-Sena, is-sħubijiet pubbliċi-privati bħall-Patt għall-Ħiliet, l-Alleanzi tal-Pjan ta’ Azzjoni, iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali, u l-Akkademji għall-Ħiliet, komplew jippromwovu investiment konġunt fit-titjib tal-ħiliet. Fl-2024 tnedew madwar 15-il Ċentru ta’ Eċċellenza Vokazzjonali ġdid u l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati esperjenzat tkabbir sinifikanti, b’aktar minn 450 wegħda, 40 impenn nazzjonali, u 2,5 miljun offerta ta’ apprendistat.
2.3 Azzjoni Konġunta għall-ħiliet
Id-dibattitu matul is-Sena espona l-kumplessità tal-governanza tal-ħiliet, u l-ħtieġa għal koordinazzjoni u kooperazzjoni effettivi fl-oqsma industrijali, tas-suq tax-xogħol, tal-edukazzjoni u oqsma oħra ta’ politika.
Is-Sena rawmet il-kooperazzjoni f’livelli differenti (). Il-koordinaturi nazzjonali kellhom rwol ewlieni fil-livell nazzjonali li jippromwovi approċċi tal-gvern sħiħ għall-governanza tal-ħiliet. F’diversi pajjiżi nħolqu korpi ġodda jew imtejba ta’ governanza u partijiet ikkonċernati (). Is-Sena ffaċilitat kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn il-pajjiżi; pereżempju, il-Greċja u Ċipru () iffirmaw
Memorandum ta’ Qbil
. Id-
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Koordinaturi Nazzjonali tal-EYS
isservi bħala xhieda b’saħħitha għall-impenn tal-koordinaturi nazzjonali biex ikomplu jaħdmu mill-qrib fuq il-ħiliet, filwaqt li jiżguraw li l-momentum iġġenerat mis-Sena jiġi sostnut u jintuża bħala bażi fil-futur.
Is-Sena enfasizzat ukoll ir-rwol ċentrali tad-djalogu soċjali fl-iżvilupp tal-ħiliet u fl-appoġġ lill-ħaddiema u lill-kumpaniji biex jinnavigaw it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali (). Mibdija mill-Presidenza Spanjola, id-
Dikjarazzjoni Konġunta Tripartitika ta’ Barċellona
ġiet iffirmata mill-Presidenzi tal-Kunsill tal-UE (), mill-Kummissjoni, u mis-sħab soċjali tal-UE () fid-19 ta’ Ottubru 2023, li tippromwovi sħubija tripartitika fl-implimentazzjoni tas-Sena u li tippermetti żvilupp usa’ tal-ħiliet. Is-sħubija tripartitika kienet ukoll fil-qalba tal-implimentazzjoni tas-Sena f’ħafna pajjiżi ().
Matul il-konverżazzjonijiet mas-sħab soċjali u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, ġie enfasizzat li kienet meħtieġa azzjoni biex jiġu indirizzati l-ixprunaturi usa’ tan-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet, bħal kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena f’ċerti setturi, ġestjoni ħażina tar-riżorsi umani () jew nuqqas ta’ kura bikrija tat-tfal affordabbli. Wara s-Summit dwar is-Sħab Soċjali ta’ Val Duchesse, il-Kummissjoni ppreżentat
pjan ta’ azzjoni
biex tindirizza n-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet f’Marzu 2024, imħejji f’konsultazzjoni mas-sħab soċjali tal-UE. Il-Kummissjoni għamlet ukoll
proposta
għal Direttiva dwar it-titjib u l-infurzar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-apprendisti u
proposta
għar-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2014 dwar Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ kwalità u inklużività.
Il-partijiet ikkonċernati tkellmu dwar il-ħtieġa li jiġu antiċipati aħjar il-ħtiġijiet tal-ħiliet u enfasizzaw li l-approċċi lokali u settorjali, kif ukoll il-kooperazzjoni b’saħħitha mal-partijiet ikkonċernati, huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-ħiliet tkun rilevanti u azzjonabbli. Il-Kummissjoni nediet l-għodda tal-Europass għat-
tendenza tal-impjiegi u tal-ħiliet
matul is-Sena u ppubblikat verżjoni ġdida tal-
Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi
u l-
Qafas Ewropew tal-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà
.
ReserchComp
, il-Qafas Ewropew ta’ Kompetenzi għar-Riċerkaturi, tnieda f’Lulju 2023. Diversi pajjiżi ħadmu fuq l-informazzjoni dwar il-ħiliet matul is-Sena ().
Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, għamlet enfasi qawwija fuq l-approċċi lokali għall-iżvilupp tal-ħiliet (). F’Jannar 2023, ġiet adottata l-Komunikazzjoni dwar l-Isfruttar tat-Talenti fir-Reġjuni tal-Ewropa. Sabiex tgħin lir-reġjuni jattiraw, iħarrġu u jżommu t-talent, il-Kummissjoni nediet ukoll il-
Mekkaniżmu ta’ Spinta tat-Talent
u
l-Pjattaforma dwar l-Isfruttar tat-Talenti
tiegħu.
Is-Sena attirat interess globali, filwaqt li enfasizzat l-isfidi komuni u l-ħtieġa għal kooperazzjoni internazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea assumiet rwol prominenti fl-avvanz tal-edukazzjoni u l-ħiliet fir-relazzjonijiet esterni tal-UE. Dawn l-oqsma huma prijoritajiet ewlenin ta’ investiment fl-investiment tal-
EU Global Gateway
. Is-Sena dehret b’mod ewlieni f’avvenimenti ta’ livell għoli bħall-COP28 u ispirat lill-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN, Association of Southeast Asian Nations) biex tniedi Sena tal-Ħiliet fl-2025. It-Task Force tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija dwar it-Talent għat-Tkabbir ħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-ħiliet għat-tkabbir ekonomiku; ippreżenta
dikjarazzjoni finali konġunta
. Diversi organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-xogħol (ILO, International Labour Organization), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development), l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO), u Worldskills kienu involuti b’mod attiv matul is-Sena.
2.4 Għoti ta’ setgħa lill-individwi
L-għoti tas-setgħa lill-individwi permezz tal-promozzjoni ta’ mentalità ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet kien fil-qalba tas-Sena, u dan ippermetta lil kulħadd jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà.
Madwar 14-il Stat Membru () bdew jużaw il-finanzjament tal-UE biex jiżviluppaw u jimplimentaw kontijiet individwali tal-apprendiment (ILAs, individual learning accounts). L-ILAs jistgħu jgħinu biex id-dritt għat-taħriġ isir realtà fil-prattika.
L-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET, vocational education and training) ħareġ bħala suġġett ċentrali ieħor. Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw b’mod konsistenti l-ħtieġa li tiżdied l-attraenza, il-kwalità u r-rikonoxximent tiegħu.
Matul is-Sena, il-partijiet ikkonċernati tkellmu dwar l-għoti tas-setgħa li żżid il-motivazzjoni u li ttejjeb l-aċċess għal taħriġ ta’ kwalità fil-postijiet tax-xogħol u lil hinn minnhom. Lil hinn mill-ħiliet speċifiċi għax-xogħol, l-għoti ta’ ħiliet diġitali, trażversali u tal-ħajja bħar-reżiljenza, il-ħsieb kritiku, il-litteriżmu finanzjarju, fil-media u tad-demokrazija tqies importanti. Dan huwa partikolarment rilevanti minħabba x-xejriet ġeopolitiċi u klimatiċi, iż-żieda fil-kontenut iġġenerat bl-IA u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni. Il-Kunsill approva l-
konklużjonijiet dwar il-litteriżmu finanzjarju
f’Mejju 2024. Ġiet enfasizzata l-urġenza tal-investiment fil-ħiliet bażiċi ().
Matul is-Sena, punt rikorrenti kien li ħadd ma għandu jitħalla lura, għalhekk hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet imfassla apposta u gwida biex jappoġġaw lill-individwi. Id-diskussjonijiet tas-Sena wrew lakuni fil-forniment ta’ servizzi ta’ gwida, għalkemm enfasizzaw ukoll prattiki tajbin f’diversi pajjiżi ().
In-nisa, in-NEETs, il-persuni b’diżabbiltà, u l-persuni minn sfondi żvantaġġati kienu speċifikament fil-mira f’diversi inizjattivi. Dawn inkludew: i) is-sejħa tal-Kummissjoni għal proposti għal
innovazzjonijiet soċjali għat-titjib tal-ħiliet ta’ żgħażagħ vulnerabbli
; ii) l-inizjattiva “Aspira, Tgħallem, Aħkem, Ikseb” (ALMA, Aim, Learn, Master, Achieve), li tgħin lil aktar minn 800 żagħżugħ vulnerabbli biex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol jew isibu opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ; u iii) proġetti mmexxija miż-żgħażagħ taħt l-iskema Youth4OutermostRegions.
F’kuntest fejn iż-żieda fil-produttività hija kruċjali għall-futur tal-UE, il-ħiliet kollha għandhom jiġu stmati fis-swieq tax-xogħol. Is-Sena poġġiet enfasi fuq l-approċċi bbażati fuq il-ħiliet għar-reklutaġġ u l-iżvilupp tal-persunal (imsejħa wkoll “ħiliet l-ewwel”) bħala faċilitatur għall-impjegaturi biex jisfruttaw ġabra usa’ ta’ talent u biex in-nies jissodisfaw il-potenzjal tagħhom. Dawn l-approċċi jistgħu jiġu kkomplementati minn opportunitajiet għall-validazzjoni tal-ħiliet, li jagħmlu l-apprendiment mhux formali u informali viżibbli.
Il-partijiet ikkonċernati rrikonoxxew il-valur tal-kredenzjali diġitali u l-mikrokredenzjali fl-appoġġ ta’ dawn l-isforzi u fl-għajnuna lill-individwi fil-karriera tagħhom b’mod aktar wiesa’. L-evalwazzjonijiet ta’ Marzu 2024 tar-Rakkomandazzjoni tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u tad-Deċiżjoni Europass () ikkonfermaw li l-inizjattivi jżidu t-trasparenza u l-fehim komuni tal-kwalifiki u tal-ħiliet, u l-fiduċja fihom.
2.5 Attirar tat-talent
Id-dibattitu tas-Sena fakkar ukoll li l-kompetittività tal-UE se tkun influwenzata mill-kapaċità tagħha li tattira t-talent globali u wassal għal konverżazzjonijiet dwar kif: i) jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-validazzjoni tal-ħiliet miksuba barra mill-pajjiż; ii) titnaqqas ir-regolamentazzjoni żejda tal-professjonijiet fil-livell nazzjonali u l-piżijiet amministrattivi; iii) jinħolqu kundizzjonijiet xierqa li jippermettu r-reklutaġġ u ż-żamma tat-talent minn pajjiżi terzi f’okkupazzjonijiet b’nuqqas ta’ ħaddiema; u iv) jissaħħu s-sħubijiet ma’ pajjiżi terzi biex jinħolqu opportunitajiet ta’ mobbiltà tal-forza tax-xogħol ta’ benefiċċju reċiproku u jiġu stabbiliti mogħdijiet legali.
Sabiex l-UE ssir aktar attraenti għat-talent minn barra l-pajjiż, u biex tissimplifika l-mobbiltà fil-pajjiż, f’Novembru 2023, il-Kummissjoni adottat il-
Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Ħiliet u tat-Talenti
li jinkludi
Komunikazzjoni ġenerali dwar il-Mobbiltà tal-Ħiliet u tat-Talenti
bi proposta għal Regolament li jistabbilixxi
Riżerva ta’ Talenti tal-UE
, u
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi
. Dawn wittew it-triq għall-adozzjoni ta’
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar “l-Ewropa Attiva”
dwar l-opportunitajiet ta’ mobbiltà għall-apprendiment għal kulħadd fit-13 ta’ Mejju 2024. Is-Sħubijiet għat-Talenti mal-Marokk, mat-Tuneżija, mal-Eġittu, mal-Pakistan u mal-Bangladesh issaħħew ukoll biex jagħtu spinta lill-mobbiltà internazzjonali ta’ benefiċċju reċiproku u lill-iżvilupp tal-ħiliet bejn l-UE u l-pajjiżi sħab.
3. Implimentazzjoni
Is-Sena kienet konverżazzjoni li ħadet ħafna forom — kampanja ta’ komunikazzjoni, eluf ta’ avvenimenti, u ħafna opportunitajiet ta’ involviment wiesgħa għall-partijiet ikkonċernati u għaċ-ċittadini madwar l-Ewropa ().
3.1 Governanza
Is-Sena kienet sforz interistituzzjonali fil-livell tal-UE mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tagħha, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill tal-UE, mill-Kumitat tar-Reġjuni, u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE).
Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-inklużjoni (DĠ EMPL) mexxa l-implimentazzjoni tiegħu f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ dipartimenti oħra tal-Kummissjoni.
Is-Sena ġiet implimentata b’mod deċentralizzat u kollaborattiv. Total ta’ 38 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE, ħatru
koordinatur nazzjonali
. Il-koordinaturi nazzjonali kellhom rwol ewlieni.
3.2 Riżorsi
Ir-riżorsi allokati ntużaw għall-kampanja ta’ komunikazzjoni (EUR 6,75 miljun), għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ewlenin, għal laqgħat mal-koordinaturi nazzjonali u mal-esperti (EUR 0,935 miljun), u għall-istudji rilevanti (EUR 0,106 miljun).
3.3 Kampanja ta’ komunikazzjoni
Il-Kummissjoni organizzat kampanja ta’ komunikazzjoni fil-livell tal-UE, immirata lejn l-impjegaturi (primarjament l-SMEs), il-professjonisti, dawk li qed ifittxu impjieg, in-NEETs, dawk li jfasslu l-politika, il-partijiet ikkonċernati u l-fornituri tat-taħriġ.
Il-materjal komprensiv ta’ komunikazzjoni li sar disponibbli għall-Istati Membri kollha tal-UE fil-lingwi rispettivi tagħhom inkluda
identità viżwali
,
sit web
interistituzzjonali, u
sett ta’ għodod ta’ komunikazzjoni
, li joffri materjali promozzjonali, preżentazzjonijiet u assi tal-media soċjali lesti għall-użu. Il-hashtag #EuropeanYearOfSkills ġiet promossa u użata aktar minn 14 000 darba ().
Il-partijiet ikkonċernati kienu multiplikaturi ewlenin. Il-kważi 7 000 post rawhom 61 miljun darba, li jindika li s-Sena tat bidu għal dibattitu pubbliku.
Sabiex jiġu promossi vjaġġi ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet, il-proġett “
Real People, Real Skills”
kien fih 200 storja individwali minn 30 pajjiż, flimkien ma’
vidjo
.
Vidjo “Real People Real Skills”
L-isforzi ta’ komunikazzjoni, imwettqa fuq livelli differenti, ġabu r-riżultati li ġejjin:
|
|
|
|
|
f’miljuni
|
|
|
Udjenzi milħuqa bir-reklam tat-TV f’ħames pajjiżi ()
|
41
|
|
|
L-ilħuq tar-reklamar ikkombinat imħallas fuq il-media soċjali, inkluż Facebook (58 miljun), Instagram (10,2 miljun) u LinkedIn (860 000)
|
69
|
|
|
Żjarat tal-paġna fuq is-
sit web tal-kampanja
|
3,6
|
|
|
Żjarat tal-vidjo tal-kampanja fuq YouTube
|
69
|
|
|
Żjarat tal-vidjo fuq il-pjattaforma tal-logħob Twitch
|
21,4
|
|
|
Qarrejja milħuqa permezz ta’ 64 sħubija nazzjonali tal-media
|
10,1
|
|
|
Persuni milħuqa minn 32 influwenzatur tal-media soċjali mħallsa
|
3,01
|
|
|
Persuni esposti għar-reklami fuq barra fi Brussell inkluż l-ajruport
|
4
|
|
|
|
|
Riżultati tal-istħarriġ taċ-ċittadini
3.4 Avvenimenti
Matul is-Sena, kien hemm aktar minn
2 100 avveniment
fi 42 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE. Dawn urew l-ammont ta’ involviment li sar biex jiġu promossi l-ħiliet f’varjetà ta’ kuntesti. Dawn ġew organizzati mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji, min-networks, mill-awtoritajiet nazzjonali, mill-partijiet ikkonċernati u miċ-ċittadini tal-UE.
L-attivitajiet tas-Sena kienu ċċentrati fuq sitt avvenimenti ewlenin, kull wieħed b’enfasi fuq udjenzi u objettivi ewlenin. Dawn inkludew:
·il-
Festival tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet
fid-9 ta’ Mejju 2023 b’7 300 żjara;
·il-Konferenza “
Making Skills Count
” bejn it-8 u d-9 ta’ Ġunju 2023 b’1 300 parteċipant;
·il-
Ġimgħa tal-Ħiliet Vokazzjonali
mit-23 sas-27 ta’ Ottubru 2023 b’500 avveniment nazzjonali u reġjonali;
·il-
Forum Ewropew dwar l-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali
mis-16 sas-17 ta’ Novembru 2023 b’2 200 parteċipant;
·l-avveniment “
Meet the Champions of Excellence
”, organizzat b’mod konġunt mal-KESE fit-23 ta’ Frar 2024 bi 800 parteċipant; u
·“
he European Year of Skills – What Comes Next?
” fit-30 ta’ April 2024 b’1 400 parteċipant.
Saru serje ta’ ħames laqgħat ta’ esperti li involvew diskussjonijiet strateġiċi dwar il-finanzjament tal-ħiliet, l-informazzjoni dwar il-ħiliet, l-approċċi fejn il-ħiliet jiġu l-ewwel, il-ħiliet fil-livell reġjonali (organizzati b’mod konġunt mal-Kumitat tar-Reġjuni), u l-esplorazzjoni tal-futur ta’ Ewropa b’ħiliet permezz ta’ eżerċizzju ta’ previżjoni ().
L-importanza tal-ħiliet fis-setturi ekonomiċi kollha ġiet enfasizzata, fost l-oħrajn, fl-edizzjonijiet tal-2023-2024 tal-
Ġimgħa Ekoloġika tal-UE
, il-
Ġimgħa Ewropea għall-Enerġija Sostenibbli
, il-
Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar
, il-
Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni
, il-
Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet
, l-
Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ
, il-
Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ
kif ukoll f’
konferenza
dwar l-iżvilupp tal-ħiliet permezz ta’ riformi.
Dawn l-isforzi ssaħħew minn istituzzjonijiet u minn aġenziji oħrajn tal-UE. Il-Parlament Ewropew ikkollabora ma’ ħames aġenziji tal-UE biex jospitaw l-avveniment “
Skills, skills, skills
!” fl-20 ta’ Settembru 2023. Is-Cedefop organizza 14-il avveniment u pparteċipa f’aktar minn 270 avveniment relatati mal-ħiliet, filwaqt li l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ organizzat 144 avveniment. Ir-Rappreżentazzjonijiet u d-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni organizzaw aktar minn 270 avveniment, laqgħat mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, u attivitajiet ta’ komunikazzjoni taħt l-istrixxun tas-Sena.
4. Ħidma fil-ġejjieni dwar il-ħiliet
Kif Mario Draghi jistabbilixxi fir-rapport tiegħu dwar il-
Futur tal-Kompetittività Ewropea
, hemm bżonn kbir li jitkompla l-investiment fil-ħiliet tan-nies fl-Ewropa, kemm biex dawn jiġu megħjuna jirnexxu kif ukoll biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea fuq skala globali.
Dawn il-kwistjonijiet ewlenin ħarġu mid-diskussjonijiet tas-Sena, li se jikkontribwixxu għal azzjonijiet futuri dwar il-ħiliet:
Fit-18 ta’ Lulju 2024, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen ippreżentat il-
Linji Gwida Politiċi għall-mandat tal-Kummissjoni tal-2024-2029
lill-Parlament Ewropew. Hija saħqet li:
Fil-5 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni adottat l-
Unjoni tal-Ħiliet
— viżjoni ġenerali ġdida li tgħaqqad il-politiki tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-impjiegi, fil-qalba tal-kompetittività tal-Ewropa. Din għandha l-għan li tagħti s-setgħa lin-nies tagħna biex jibnu pedamenti sodi ta’ ħiliet u jinvolvu ruħhom fit-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet għal ħajja sodisfaċenti. Din se ttejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji billi tgħinhom isibu t-talent li jeħtieġu biex joħolqu tkabbir sostenibbli u impjiegi ta’ kwalità. Objettiv ieħor huwa li l-ħiliet u l-kwalifiki jsiru trasparenti, fdati u rikonoxxuti madwar l-UE, indipendentement minn fejn ikunu nkisbu.
5. Konklużjoni
Is-Sena rnexxiet fil-promozzjoni ta’ mentalità ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet madwar l-Ewropa () u fil-livelli nazzjonali u reġjonali (). Aktar Ewropej huma konxji mill-politiki dwar il-ħiliet () u huma lesti li jħarrġu ().
Il-konverżazzjoni li saret matul is-sena dwar il-ħiliet ikkonfermat bil-qawwa l-importanza li tiġi aċċettata kultura ta’ apprendiment tul il-ħajja u li jiġu ttrasformati s-sistemi tal-ħiliet. Dan jeħtieġ viżjoni strateġika, appoġġata minn impenn politiku fit-tul, approċċi sodi ta’ gvern sħiħ, involviment qawwi tal-partijiet ikkonċernati u finanzjament adegwat.
Filwaqt li l-partijiet ikkonċernati jirrikonoxxu li s-Sena hija punt tat-tluq sinifikanti, hemm sejħa qawwija għal momentum sostnut, u jirrikonoxxu l-ħtieġa għal bidla permanenti fil-mentalità.
Meta tħares ’il quddiem, il-Kummissjoni se tibbaża fuq l-eżiti tas-Sena biex tavvanza l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet u li jħaddnu era ġdida ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet b’mod kontinwu, bl-għan li tiġi stabbilita Unjoni tal-Ħiliet li tappoġġa l-kompetittività u l-preparatezza tal-UE. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-Istati Membri, mal-pajjiżi sħab, mas-sħab soċjali, mas-soċjetà ċivili u ma’ partijiet ikkonċernati oħra. Minkejja li spiċċat is-Sena, se tkompli l-ħidma biex jiġi promoss ulterjorment l-iżvilupp tal-ħiliet, tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-suq tax-xogħol tal-Ewropa u n-nies jgħixu ħajja sodisfaċenti u ta’ ġid.