Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0821 - 0822
C. IL-KWALITÀ TA' L-ILMA 31991 L 0271: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), kif emendata bi: - 31998 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas- 27.2.1998 (ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29). B'deroga mill-Artikoli 3, 4 u, jekk għandhom jiġu identifikati nħawi sensittivi, 5(2) tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġiet għal sistemi ta' ġbir u trattament ta' l-ilma urban mormi ma għandhomx japplikaw f'Ċipru sal- 31 ta' Diċembru 2012 skond il-miri intermedji li ġejjin: - sal- 31 ta' Diċembru 2008, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal żewġ agglomerazzjonijiet (Limassol u Paralimni) ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 15000; - sal- 31 ta' Diċembru 2009, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal agglomerazzjoni oħra (Nicosia) ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 15000; - sal- 31 ta' Diċembru 2011, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal agglomerazzjoni oħra (Paphos) ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 15000. --------------------------------------------------