31999D0490



Official Journal L 196 , 28/07/1999 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

tat-12 ta' Mejju 1999

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kazakhstan, min-naħa l-oħra

(1999/490/KE, KEFA, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 54(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 57(2), u l-Artikoli 66, 73ċ(2), 75, 84(2), 99, 100, 113 u 235, f'għaqda mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u t-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkonsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsidraw l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat Konsultattiv tal-KEFA u bl-approvazzjoni tal-Kunsill,

Wara li kkonsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija bi qbil ma' l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

(1) Billi l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-banda waħda, u r-Repubblika ta' Kazakhstan, mill-banda l-oħra, iffirmata fit-23 ta' Jannar 1995 fi Brussell, se tikkontribbwixxi għall-ksib ta' l-għanijiet tal-Komunitajiet Ewropej;

(2) Billi l-għan ta' dak il-Ftehim huwa li jissaħħu r-rabtiet stabbiliti partikolarment mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar kummerċ u koperazzjoni kummerċjali u ekonomika, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1989 u approvat mid-Deċiżjoni 90/116/KEE [2];

(3) Billi ċerti obbligazzjonijiet, provvduti mill-Ftehim ta' Sħubija u ta' Koperazzjoni barra mill-iskop tal-politika Komunitarja ta' kummerċ, jaffettwaw jew x'aktarx jaffettwaw l-arranġamenti preskritti mill-azzjonijiet tal-Komunità adottati fl-erji tad-dritt ta' stabbiliment, trasport u t-trattament ta' impriżi;

(4) Billi l-Ftehim imsemmi jimponi fuq il-Komunità Ewropea ċerti obbligazzjonijiet rigward movimenti ta' kapital u pagamenti bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' Kazakhstan;

(5) Billi, b'żieda ma' dan, sakemm u safejn il-Ftehim imsemmi jafffettwa d-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal għaqdiet, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma rigward kumpaniji ta' Stati Membri differenti [3], u d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli fil-każ ta' kumpaniji ewliena u sussidjarji ta' Stati Membri differenti [4], li huma bażati fuq l-Artikolu 100 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dak l-Artikolu għandu jintuża bħala bażi legali;

(6) Billi ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmi jimponu fuq il-Komunità obbligazzjonijiet fil-qasam tad-dispożizzjoni ta' servizzi li jmorru lil hinn mill-qafas tal-qsim tal-fruntiera;

(7) Billi għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmi li jridu jiġu mplimentati mill-Komunità, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ma jagħmel l-ebda dispożizzjoni għal poteri speċifiċi, billi huwa għalhekk meħtieġ li wieħed idur għall-Artikolu 235 tat-Trattat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-banda waħda, u r-Repubblika ta' Kazakhstan, mill-banda l-oħra, flimkien mal-Protokoll, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambju ta' Ittri, huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

It-testi huma mwaħħla ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill Koperattiv u fi ħdan il-Kumitat Koperattiv fejn dan ta' l-aħħar jiġi mogħti l-poter li jaġixxi mill-Kunsill Koperattiv għandha tiġi preskritta mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jew, fejn xieraq, mill-Kummissjoni, it-tnejn bi qbil mad-dispożizzjonijiet korrespondenti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

2. Bi qbil ma' l-Artikolu 77 tal-Ftehim tas-Sħubija u Koperazzjoni, il-President tal-Kunsill għandu jippresiedi l-Kunsill Koperattiv u għandu jippreżenta l-pożizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi l-Kumitat Koperattiv bi qbil mar-regoli tiegħu ta' proċedura u għandu jippreżenta l-pożizzjoni tal-Komunità.

3. Id-deċiżjoni biex jiġu pubblikati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Koperattiv u l-Kumitat Koperattiv fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tittieħed fuq bażi ta' każ b'każ mill-Kunsill u l-Kummissjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jibgħat in-notifika provvduta fl-Artikolu 99 tal-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni għandu jibgħat din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussell, nhar it-12 ta' Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

J. Santer

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

K.-H. Funke

[1] ĠU C 115, ta' l-14.4.1997, p. 196.

[2] ĠU L 68, tal-15.3.1990, p. 1.

[3] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 1.

[4] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 6

--------------------------------------------------