Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi Programm ta’ Riċerka u Żvilupp imwettaq b’mod konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja intrapriżi żgħar u medji li jwettqu riċerka /* COM/2013/0493 final - 2013/0232 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST
TAL-PROPOSTA 1.1. L-għanijiet
tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna
l-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea, abbażi tal-Artikolu 185
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-Programm
Konġunt Eurostars (Eurostars-2) imwettaq minn diversi Stati Membri
bħala segwitu għall-Programm Konġunt Eurostars. L-objettivi globali tal-Eurostars-2 huma: tli jippromwovi attivitajiet ta’ riċerka
transnazzjonali orjentati lejn is-suq fi kwalunkwe mill-oqsma
tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs)[1],[2],
orjentati lejn ir-riċerka, speċjalment dawk li għandhom
esperjenza preċedenti fir-riċerka transnazzjonali, li jwassal
għat-tqegħid ta’ prodotti, proċessi u servizzi ġodda jew
imtejba fuq is-suq; li jikkontribwixxi għall-ikkompletar
taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) u
għaż-żieda fl-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u
l-effikaċja tal-finanzjamenti pubbliċi għal SMEs li jwettqu
r-riċerka fl-Ewropa permezz tal-allinjament, l-armonizzazzjoni u
s-sinkronizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament nazzjonali. Il-kompetittività ta’ SMEs li jwettqu
riċerka se tissaħħaħ u għalhekk se tikkontribwixxi
b’mod attiv għat-tkabbir ekonomiku Ewropew u l-ħolqien ta’ impjiegi
sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ Ewropa 2020. 1.2. Raġunijiet għall-proposta L-SMEs jifformaw is-sinsla tal-ekonomija
Ewropea u għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti
għall-ħolqien ta’ aktar tkabbir u impjiegi fl-Unjoni Ewropea. Madwar
l-UE, hemm madwar 20.7 miljun SME li jirrapreżentaw aktar minn 98 %
tan-negozji kollha fl-UE, li jammontaw għal madwar 58 % tal-valur
miżjud gross tal-UE[3],[4] u jimpjegaw aktar minn 87 miljun
persuna (67 % tal-impjieg totali, u f’ċertu industriji
prinċipali anki daqs 80 % tal-impjiegi kollha). Fost dawk l-SMEs, l-SMEs li jwettqu
riċerka innovattiva jifformaw sottogrupp dinamiku ħafna li jista’
jikkontribwixxi ħafna għat-tkabbir u l-impjiegi, speċjalment
jekk dawn ikunu impenjati f’kollaborazzjoni transnazzjonali fuq
ir-R&Ż. Madankollu, numru ta’ fallimenti tas-suq jipprevjenu l-SMEs
milli jaċċessaw faċilment il-finanzjament privat
meħtieġ għar-R&Ż tagħhom; il-programmi
tar-R&Ż nazzjonali eżistenti rarament jakkomodaw
il-kollaborazzjonijiet transnazzjonali u mhumiex biżżejjed
sinkronizzati u interoperabbli. Barra minn hekk, filwaqt li numru ta’
inizjattivi kumplimentari tal-UE jindirizzaw l-SMEs innovattivi (eż.
l-istrumenti finanzjarji bħall-Istrument tal-Qsim tar-Riskji) jew
l-istrument tal-SME ġdid), programm iddedikat speċifikament
għar-R&Ż transnazzjonali minn SMEs intensivi fir-riċerka ma
jeżistix fil-livell tal-UE. Fl-2008, 32[5]
pajjiż Ewropew li kienu membri tan-netwerk Eureka[6] ddeċidew li jadottaw
approċċ koerenti fil-livell Ewropew fil-qasam tal-SMEs li jwettqu
riċerka permezz tal-istabbiliment tal-Programm Konġunt Eurostars.
L-għan ta’ Eurostars huwa li jappoġġja SMEs li jwettqu
riċerka permezz tal-kofinanzjament tar-riċerka transnazzjonali
tagħhom orjentata lejn is-suq f’mod minn isfel għal fuq u billi
jipprovdihom b’qafas legali u organizzazzjonali. Skont id-Deċiżjoni[7] tad-9 ta’ Lulju 2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Unjoni Ewropea tipparteċipa
finanzjarjament fil-Eurostars permezz tal-Artikolu 185 tat-TFUE
(ex-Artikolu 169 KE) b’kontribuzzjoni ta’ sa terz tal-kontribuzzjonijiet
effettivi tal-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi l-oħra
parteċipanti, f’limitu massimu ta’ EUR 100 miljun,
għall-perjodu 2008-2013. Il-Programm Eurostars huwa implimentat permezz
ta’ struttura ta’ implimentazzjoni dedikata, is-Segretarjat tal-Eureka
(‘l-ESE’), li huwa responsabbli għat-twettiq tal-programm, b’mod
partikolari l-organizzazzjoni tas-sejħiet għall-proposti, il-verifika
tal-kriterji ta' eliġibbiltà, l-evalwazzjoni bejn il-pari u
l-għażla tal-proġetti, il-monitoraġġ tal-proġetti
u l-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Evalwazzjoni interim tal-Eurostars[8] twettqet fl-2010 minn Grupp ta’
Esperti Independenti[9],
li l-Kummissjoni wieġbet għaliha b’Rapport dwar l-Evalwazzjoni
Interim[10],
adottat f’April 2011. Il-Kunsill Kompetittività, fil-konklużjonijiet
tiegħu tal-31 ta’ Mejju 2011[11]
dwar id-dokumenti msemmija hawn fuq, laqa’ l-fehma tal-Grupp li l-Eurostars
huwa allinjat sew mal-objettivi ta’ Ewropa 2020, jikkumplimenta sew
l-opportunitajiet offruti mill-SMEs fl-FP7 għall-kooperazzjoni
internazzjonali u wera li huwa attraenti għall-grupp ta’ mira billi
jilħaq b’suċċess l-SMEs Ewropej li jwettqu riċerka. Dan
laqa’ wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Grupp li Eurostars jitkompla lil hinn mill-2013
u kkommetta ruħu li jikkunsidra l-kontinwazzjoni tiegħu fil-kuntest
globali tal-Qafas Strateġiku Komuni għall-Finanzjament
tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-ġejjieni. Il-Kunsill enfasizza wkoll numru ta’
rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-programm fil-ġejjieni,
inkluż il-ħtieġa li l-pajjiżi parteċipanti u l-UE
jipprovdu biżżejjed fondi għall-finanzjament ta’ proġetti
għoljin li jissodisfaw il-kriterji massimi ta’ Eurostars;
il-ħtieġa li jiġu simplifikati u armonizzati aktar
il-proċessi ta’ implimentazzjoni u r-regoli tal-finanzjament fil-livell
nazzjonali sabiex jitjiebu l-effettività u l-effiċjenza ta’ Eurostars; u
l-ħtieġa li tittejjeb kontinwament il-kwalità tal-evalwazzjonijiet u
li jinżammu perjodi qosra sal-kuntratti bħala prijorità. Fit-22 ta’ Ġunju 2012, il-Konferenza
Ministerjali tal-Eureka f’Budapest approvat dokument (‘Id-Dokument ta’
Budapest’) li jiddikjara l-interess tal-pajjiżi tal-Eureka li
jappoġġjaw is-segwitu tal-Programm Eurostars. Id-dokument ta’
Budapest jistabbilixxi viżjoni komuni għal Eurostars-2 u l-bażi
biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq
tal-evalwazzjoni interim. F’Jannar 2013, l-impenn finanzjarju informali indikat
mill-maġġoranza tal-pajjiżi ta’ Eurostars għall-perjodu 2014-2020
kien jammonta għal kważi tliet darbiet l-impenji tal-pajjiżi
għal Eurostars. Id-Dokument ta’ Budapest jistieden l-UE tipparteċipa
f’Eurostars-2. Il-proposta tal-Kummissjoni għal
Orizzont 2020[12]
tinkludi attività ddedikata għal SMEs intensivi fir-riċerka dwar
‘Innovazzjoni fl-SMEs’, li se tappoġġja l-istadju li jmiss fl-iskema
Eurostars implimentata fi sħubija mal-Istati Membri u riorjentata skont
dak iddikjarat fl-evalwazzjoni interim tagħha. Dan huwa l-uniku programm
taħt Orizzont 2020 iddedikat speċifikament għal SMEs li jwettqu
riċerka, miftuħ għal kwalunkwe qasam ta’ riċerka u
żvilupp, u li għandu impatt addizzjonali fuq l-integrazzjoni
ulterjuri tal-programmi ta’ riċerka nazzjonali, u għalhekk
jikkontribwixxi għall-ikkompletar taż-ŻER. Bl-approċċ
tiegħu minn isfel għal fuq u l-aġenda mmexxija min-negozju, Eurostars-2
huwa ppożizzjonat sew taħt il-parti ‘Tmexxija Industrijali’ u se
jikkontribwixxi bil-qawwa sabiex jinkisbu l-objettivi tiegħu billi
jappoġġja proġetti li għandhom rilevanza diretta għal
numru ta’ teknoloġiji industrijali ewlenin u abilitanti u jgħin SMEs
intensivi fir-riċerka innovattivi biex jiżviluppaw f’kumpaniji
ewlenin dinjin. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjoni dwar
il-futur tal-Programm Konġunt Eurostars Numru estensiv ta’ konsultazzjonijiet
twettqu matul dawn l-aħħar tliet snin fuq Eurostars u l-iżvilupp
tiegħu fil-ġejjieni. Dawn koprew il-partijiet kollha interessati
interni u esterni. Ġew riċevuti kummenti, fost affarijiet oħra,
dwar l-identifikazzjoni tal-problemi u l-ostakli ewlenin, fuq kwistjonijiet
marbuta mas-sussidjarjetà u dwar l-għażliet futuri possibbli u
l-impatti tagħhom. Konsultazzjoni pubblika miftuħa
seħħet fuq il-miżuri ta’ appoġġ għall-SMEs u dwar
l-użu tal-Artikolu 185 TFUE bħala parti mill-konsultazzjoni
pubblika fuq il-“Green Paper dwar Qafas Strateġiku Komuni
għall-Finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE”, Kummissjoni
Ewropea, Frar-Mejju 2011. Eurostars ġie indirizzat jew imsemmi f’70
minn 849 dokument dwar il-pożizzjoni li wieġbu għall-Green
Paper. Il-fehmiet kienu pożittivi għal aktar minn 80 %
tal-organizzazzjonijiet li wieġbu. Il-ftit kummenti kritiċi (10 %)
kellhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet ta’ sinkronizzazzjoni. Kummenti oħra
ffukaw fuq il-fatt li l-impenji tal-Istati Membri mhux dejjem kienu onorati,
fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-finanzjament, fuq il-livell tal-baġit
u ż-żmien sal-kuntratt. Il-konsultazzjoni miftuħa dwar
il-Green Paper kienet segwita minn żewġ Workshops miftuħa dwar
‘Innovation in Small and Medium Enterprises’ (“Innovazzjoni f’Intrapriżi
Żgħar u Medji”) fi Brussell[13]
li involvew 160 parteċipant li jikkonsistu f’esperti fi kwistjonijiet
tar-R&Ż kif ukoll tal-SMEs li ġejjin minn assoċjazzjonijiet
tal-SMEs u tal-industrija Ewropej u nazzjonali u rappreżentanti minn Stati
Membri, korpi govermentali u Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tal-SMEs.
Id-diskussjonijiet tal-workshop wasslu għal żewġ
konklużjonijiet ewlenin fuq il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Eurostars-2
tal-ġejjieni: l-ewwel nett, Eurostars-2 għandu jkompli bl-istess
grupp ta’ mira (SMEs li jwettqu riċerka); it-tieni, ma kien hemm l-ebda
appoġġ fost il-parteċipanti tal-workshop għall-idea li
jitkabbar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Eurostars anki għal SMEs li ma
jwettqux riċerka minħabba li n-numru u d-daqs tal-programmi nazzjonali
li jappoġġjaw tip ieħor ta’ SMEs (bħar-riċerka
għall-benefiċċju tal-SMEs) ma kienx biżżejjed biex
jifforma massa kritika u biex jiġi stabbilit programm konġunt
taħt l-Artikolu 185 TFUE. Il-benefiċjarji finali potenzjali u
attwali tal-proġetti ffinanzjati taħt Eurostars (SMEs u istituti tar-riċerka)
u partijiet interessati oħra ġew ikkonsultati wkoll fil-kuntest
tal-evalwazzjoni interim mill-Grupp ta’ Esperti Indipendenti fl-2010[14].
Il-grupp irrakkomanda li jitkompla l-programm soġġett
għat-titjib skont dak indikat fir-rapport. Il-Kummissjoni ddiskutiet li tkompli
tipprovdi appoġġ tal-UE għal Eurostars-2 fi Grupp ta’ Tmexxija
għall-Valutazzjoni tal-Impatt (IASG) li ġab flimkien dipartimenti
differenti tal-Kummissjoni fl-2012. L-IASG ikkontribwixxa għall-ippjanar u
l-pjan direzzjonali għall-preparazzjoni tar-Rapport tal-Valutazzjoni
tal-Impatt li jakkompanja din il-proposta, b’referenza speċjali
għad-dikjarazzjoni tal-problemi u r-rilevanza tal-Programm Konġunt
Eurostars għal politiki oħra tal-UE. 2.2. L-opzjonijiet tal-politika Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt
inkluda l-opzjonijiet li ġejjin: Opzjoni 1 — L-opzjoni ta’ żamma
tal-istatus quo (BAU) (linja ta’ referenza) Din l-opzjoni tikkorrispondi
għall-kontinwazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars eżistenti
matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss (2014-2020) bil-format,
l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni u l-baġit globali tiegħu.
Il-parteċipazzjoni tal-UE u l-kontribuzzjoni finanzjarja jibqgħu
l-istess bħal ta’ Eurostars 1 (il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE
hija sa € 100 miljun taħt l-FP7). Din l-opzjoni hija stabbilita
bħala l-linja ta’ referenza. Opzjoni 2
— L-opzjoni żero (ebda involviment tal-UE f’Eurostars-2) Taħt din l-opzjoni
il-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni tal-UE għal Eurostars jitwaqqfu
wara t-tmiem tal-fażi ta’ finanzjament kurrenti (sal-aħħar ta’ 2013).
L-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu jekk ikomplux b’Eurostars u sa
liema estent ikomplu jsegwu l-integrazzjoni xjentifika, maniġerjali u
finanzjarja. Opzjoni 3
— L-opzjoni ta’ sħubija rinforzata L-opzjoni ta’ sħubija rinforzata
tfisser li l-Programm Konġunt Eurostars eżistenti jitkompla
fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss bħala inizjattiva
tal-Artikolu 185 TFUE f’format imtejjeb ibbażat fuq
l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Rapport
dwar l-Evalwazzjoni Interim u b’livell imtejjeb ta’ integrazzjoni u fuq skala
estiża. Bl-inkoraġġiment qawwi
mid-dipartimenti tal-Kummissjoni, il-pajjiżi membri ta’ Eureka qablu fuq
l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi f’Eurostars-2 li se
jwasslu għal perjodi iqsar sal-kuntratt, aktar standardizzazzjoni
tar-regoli u l-proċessi, amministrazzjoni b’inqas ħela ta’
riżorsi u sinkronizzazzjoni u integrazzjoni ogħla tal-finanzjament.
Sabiex jitjieb il-programm u tingħata għajnuna lil numru akbar ta’
SMEs intensivi fir-riċerka b’potenzjal ta’ tkabbir, l-Istati Membri
impenjaw ruħhom li jżidu b’mod sostanzjali l-volum finanzjarju
tal-programm. Dan iwieġeb għaż-żieda fid-domanda mill-SMEs
mill-bidu tal-programm u jirrifletti l-kapaċità ta’ assorbiment tal-grupp
ta’ mira ta’ Eurostars. Bħala konsegwenza u sabiex jiġi
inċentivizzat u appoġġjat aktar it-titjib imsemmi hawn fuq,
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE se tiżdied skont dan. 2.3. Ir-riżultati
tal-valutazzjoni tal-impatt ex ante Il-valutazzjoni tal-impatt ex ante
kkonkludiet li Opzjoni 3 hija l-opzjoni preferuta minħabba
l-effettività tagħha fil-kisba tal-objettivi, l-effiċjenza
tagħha u l-koerenza tagħha fil-kriterji kollha. Din hija
appoġġjata bi sħiħ mill-partijiet interessati, minħabba
li 99 % minn dawk li wieġbu għall-istħarriġ indirizzat
lill-HLRs/NPCs kollha f’Novembru 2012 (28 HLRs tal-Eureka u/jew NPCs minn 22
pajjiż membru tal-Eureka wieġbu) ikkunsidraw l-opzjoni ta’
‘Sħubija rinforzata ġdida’ bħala xierqa ħafna u kapaċi
li toħloq aktar impatt fit-‘titjib tal-kompetittività ta’ SMEs li jwettqu
R&Ż’. Fi Frar 2012, il-Bord
għall-Valutazzjoni tal-Impatt irreveda u approva r-Rapport
tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Fl-Opinjoni tiegħu dan talab għal titjib
fir-rapport, u dawn ingħataw kunsiderazzjoni. B’mod partikolari,
ir-rapport issa jispjega b’mod aktar ċar il-kuntest tal-politika,
ir-relazzjonijiet ma’ inizjattivi oħra tal-UE, il-problemi li fadal u
l-miżuri speċifiċi biex dawn jiġu indirizzati u jorbothom
aktar mal-opzjonijiet. L-objettivi ġew riveduti biex jipprovdu bażi
solida għall-kejl tal-progress miksub minn Eurostars. Fl-aħħar
nett, il-paragun tal-opzjonijiet f’termini ta’ effettività, effiċjenza u
koerenza tjieb u l-fehmiet tal-partijiet interessati ġew deskritti aħjar. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Bażi legali Il-proposta għal Eurostars-2 hija
bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE, li jgħid li l-Unjoni tista’
tagħmel provvediment għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea
fil-programmi ta’ riċerka u żvilupp imwettqa minn diversi Stati
Membri, inkluż il-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa
għat-twettiq ta’ dawk il-programmi. Il-Komunikazzjoni[15] dwar Orizzont 2020 tindika li:
‘l-approċċi ta’ sħubija bbażati fuq l-Artikoli 185 u 187
tat-Trattat se jitkomplew ukoll’. L-Artikolu 20(2)(b) tal-proposta għal
Regolament li jistabbilixxi Orizzont 2020[16]
jelenka numru ta’ kriterji dwar kif is-sħubiji pubbliċi-pubbliċi
jiġu identifikati. Eurostars jikkonforma ma’ dawk il-kriterji:
‘Id-Dokument ta’ Budapest’ dwar Eurostars-2 approvat mill-pajjiżi kollha
ta’ Eureka jipprovdi (a) definizzjoni ċara tal-objettivi li jridu
jiġu segwiti f’konformità mal-objettivi ta’ Orizzont 2020 u objettivi ta’
politika usa’ tal-Unjoni indikati fit-Taqsima 1.1, (b) l-impenji
finanzjarji tal-pajjiżi parteċipanti, (c) il-valur miżjud
tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni kif imsemmi fit-Taqsima 3.2 u (d) il-massa
kritika, fir-rigward tad-daqs u n-numru ta’ programmi nazzjonali involuti. 3.2. Il-prinċipju
tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà
japplika għaliex il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva
tal-Unjoni Ewropea. Is-sussidjarjetà hija salvagwardjata billi l-proposta
tiġi bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE, li jipprovdi
espliċitament għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-programmi ta’
riċerka mwettqa minn diversi Stati Membri, fejn l-aspetti kollha
operazzjonali huma implimentati fejn possibbli fil-livell nazzjonali, filwaqt
li jiġi żgurat approċċ koerenti fil-livell Ewropew
tal-programm konġunt. L-objettivi tal-proposta ma jistgħux
jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom: il-programmi
ta’ riċerka nazzjonali li jappoġġjaw l-SMEs li jwettqu
riċerka huma nieqsa mill-interoperabilità u l-kompatibbiltà u huwa biss
numru żgħir ħafna ta’ ċikli tal-programmi nazzjonali li
huma sinkronizzati u jużaw evalwazzjoni bejn il-pari internazzjonali
konġunta. Eurostars-2 jirrispetta l-prinċipju
ta’ proporzjonalità għaliex l-Istati Membri nfushom se jkunu responsabbli
għall-implimentazzjoni u l-aspetti kollha operazzjonali. Ir-rwol tal-UE
huwa limitat għall-provvista ta’ inċentivi għal koordinazzjoni
mtejba tal-programmi parteċipanti u armonizzazzjoni tar-regoli u
r-regolamenti, għall-benefiċċju tal-SMEs interessati
f’attivitajiet ta’ R&Ż transnazzjonali, kif ukoll biex jiżgura
s-sinerġija mal-attivitajiet kumplimentari rilevanti f’Orizzont 2020. Il-valur miżjud tal-azzjoni tal-Unjoni
huwa sinifikanti għaliex l-involviment tal-UE se jippermetti
l-ħolqien ta’ qafas legali ġdid fejn il-finanzjament tal-UE u
nazzjonali se jkunu miġbura flimkien taħt strateġija komuni li
tistimula proġetti ta’ R&Ż kollaborattivi transnazzjonali mibdija
u mmexxija minn SMEs li jwettqu riċerku. L-iggruppjar tar-riżorsi
mill-programmi nazzjonali u mill-UE jippermetti li tinkiseb massa kritika li
tista’ tindirizza aħjar l-isfidi li jiffaċċjaw l-SMEs li jwettqu
riċerka. Dan kieku ma jkunx fattibbli bl-użu tal-istrutturi
eżistenti f’Orizzont 2020 u fil-programmi nazzjonali. Il-kontribuzzjoni
tal-Unjoni għandha tkun ugwali għal terz tal-kontribuzzjonijiet
tal-Istati parteċipanti. B’mod partikolari, l-istruttura
organizzazzjonali proposta żżomm il-piż amministrattiv
għall-minimu, billi x-xogħol amministrattiv ewlieni jitwettaq permezz
ta’ aġenziji nazzjonali taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà
globali tal-istruttura legali komuni identifikata għal dan l-iskop. 3.3. L-għażla ta’
strument L-istrument propost huwa
Deċiżjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ibbażata fuq
l-Artikolu 185 tat-TFUE. 3.4. Derogi mir-Regoli
għall-Parteċipazzjoni ta’ Orizzont 2020 Il-proposta tippermetti derogi minn
għadd ta’ Artikoli, jiġifieri l-Artikolu 14(5) dwar il-verifika
tal-kapaċità finanzjarja tal-applikant. L-Artikolu 16(1) fuq ftehimiet ta’
għotja, l-Artikolu 19(1), (5) sa (7) dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni,
l-Artikoli 22 sa 28 dwar regoli dwar l-iffinanzjar tal-azzjoni. Dawk id-derogi
jirriżultaw minn it-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-ESE u
l-aġenziji nazzjonali ta’ finanzjament: l-ESE huwa responsabbli
għar-riċeviment, id-distribuzzjoni u l-monitoraġġ
tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea mgħoddija lill-benefiċjarji
permezz tal-aġenziji ta’ finanzjament nazzjonali. Ir-raġuni prinċipali għal
dan hija li l-SMEs, il-grupp fil-mira speċifiku ta’ Eurostars-2,
f’ċerti każijiet jistgħu jħossuhom aktar komdi regoli
magħrufa sew tal-programmi nazzjonali ta’ finanzjament milli b'regoli
tal-UE. L-ostakoli amministrattivi u legali għall-parteċipazzjoni ta’
dawn l-SMEs f’attivitajiet transnazzjonali ta’ riċerka u innovazzjoni
għalhekk jitnaqqsu bl-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali ta’ finanzjament
u l-forniment tal-kontribuzzjoni finanzjarju tal-UE u appoġġ pubbliku
nazzjonali korrispondenti permezz ta’ ftehim tal-għotja waħdieni. Il-proposta tipprovdi salvagwardji xierqa
li jiggarantixxu rispett tal-prinċipji ta’ trattament indaqs u trasparenza
mill-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata meta tipprovdi għajnuna
finanzjarja lill-partijiet terzi, u li jipproteġu l-interessi finanzjarji
tal-Unjoni. Din tagħmel provvediment ukoll għall-inklużjoni ta’
dispożizzjonijiet dettaljati għal dan il-għan fi ftehim li jrid
jiġi konkluż bejn l-Unjoni u l-istruttura ta’ implimentazzjoni
dedikata, inkluż pressjoni akbar għal armonizzazzjoni u allinjament
progressiv mgħaġġel tar-regoli tal-programm nazzjonali. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja
Leġiżlattiva ppreżentata ma’ din id-Deċiżjoni
tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji indikattivi. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA,
lill-Eurostars-2 għandha tkun ta’ EUR 287 miljun fi prezzijiet attwali
għat-tul ta’ żmien tal-Programm ta' Qafas Orizzont 2020.
Il-kontribuzzjonijiet se jkunu magħmula mill-għan li ġej[17] taħt il-Parti II
“Tmexxija Industrijali” "Innovazzjoni fl-SMEs" Id-dispożizzjonijiet
tad-Deċiżjoni u tal-ftehim ta’ delega li għandu jiġi
konkluż bejn il-Kummissjoni u l-istruttura ddedikata
għall-implimentazzjoni għandhom jiżguraw li l-interessi
finanzjarji tal-UE jiġu protetti. Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja
Leġiżlattiva ppreżentata ma’ din id-Deċiżjoni
tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji indikattivi. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI 5.1. Simplifikazzjoni Il-proposta
tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi
għall-awtoritajiet pubbliċi (tal-UE jew nazzjonali) u
għall-partijiet privati. B’mod
partikolari, ir-riċevituri tal-finanzjament ta’ riċerka mill-programm
konġunt ġdid se jibbenefikaw minn skema ta’ kuntrattar u pagament
unika li tuża regoli nazzjonali familjari mingħajr
il-ħtieġa ta’ rapportar separat rigward il-kontribuzzjoni tal-Unjoni. L-UE se
tittratta direttament mal-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata ta’
Eurostars-2, li se tkun responsabbli għall-allokazzjoni,
il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-użu tal-kontribuzzjoni
tal-Unjoni. 5.2. Il-klawżola ta’
valutazzjoni/reviżjoni/sunset Il-proposta
tinkludi klawżola ta’ valutazzjoni għal reviżjoni ta’ nofs
it-terminu wara tliet snin. Id-dewmien globali se jkun limitat għal seba’
snin. 5.3. Iż-Żona
Ekonomika Ewropea L-att
propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk
għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. 2013/0232 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT
EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi
Programm ta’ Riċerka u Żvilupp imwettaq b’mod konġunt minn
diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja
intrapriżi żgħar u medji li jwettqu riċerka (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 185 u
t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta
tal-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[18],
Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Fil-Komunikazzjoni
tagħha Ewropa 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv[19]
il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati
kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u
l-innovazzjoni sabiex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u
inklużiv fl-Unjoni. Kemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill approvaw din
l-istrateġija. (2) Orizzont 2020 -
Il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)
stabbilit bir-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlamen t Ewropew u tal-Kunsill
ta' ... 2013[20]
(minn hawn ’il quddiem "Programm Qafas ta’ Orizzont 2020")
għandu l-għan li jikseb impatt akbar fuq ir-riċerka u
l-innovazzjoni billi jikkontribwixxi għat-tisħiħ
tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi, inkluż permezz
tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mwettqa minn diversi Stati
Membri skont l-Artikolu 185 tat-Trattat. (3) Bid-Deċiżjoni
Nru 743/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar
il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u
żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li
jappoġġja l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li
jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp[21], il-Komunità ddeċidiet li
tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lil Eurostars, Programm Konġunt li
daħlu għalih l-Istati Membri kollha u ħames pajjiżi
parteċipanti fil-qafas tal-Eureka, l-inizjattiva intergovernattiva
stabbilita fl-1985 bil-għan li tippromwovi l-kooperazzjoni
fir-riċerka industrijali. (4) F’April 2012,
il-Kummissjoni kkomunikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar
l-Evalwazzjoni interim tal-Programm Konġunt Eurostars[22] li tħejja minn grupp ta’
esperti indipendenti sentejn wara l-bidu tal-programm. L-opinjoni ġenerali
tal-esperti kienet li l-programm Eurostars jilħaq l-objettivi tiegħu,
iżid il-valur tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (minn
hawn’ il quddiem “SMEs”) Ewropej li jwettqu r-riċerka u għandu
jitkompla wara l-2013. Saru għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għal
titjib, li prinċipalment jindirizzaw il-ħtieġa ta’ aktar
integrazzjoni ta’ programmi nazzjonali u titjib tal-prestazzjoni operattiva
sabiex jintlaħaq żmien iqsar sal kuntratt u aktar trasparenza
fil-proċeduri. (5) Għandha tapplika
d-definizzjoni ta’ SME hija stipulata fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE
tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar it-tifsira ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi
żgħar u ta’ daqs medju[23].
(6) Skont
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/.../UE ta’... 2013 li tistabbilixxi
l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm ta' Qafas
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)[24], l-appoġġ jista’
jiġi provdut ukoll lil azzjoni msejsa fuq il-Programm Kongunt Eurostars u
r-riorjentazzjoni tiegħu tul il-linji ddikjarati fl-evalwazzjoni interim
tiegħu. (7) Il-Programm Eurostars-2 (minn
hawn’ il quddiem “Eurostars-2”), allinjat mal-Istrateġija Ewropa 2020, hu
marbut tal-inizjattiva Ewlenija “Unjoni tal-Innovazzjoni”[25] u “Sħubija Rinfurzata
taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-Eċċellenza u
t-Tkabbir”[26]
u se jkollu l-għan li jappoġġja l-SMEs li jwettqu attivitajiet
ta’ riċerka orjentati lejn is-suq billi jikkofinanzja proġetti ta’
riċerka tagħhom f’kull qasam. Bħala tali, u flimkien
mal-attivitajiet skont il-programm “Teknoloġija Ewlenija u Abilitanti”
tal-għan stabbilit fil-Programm ta' Qafas Orizzont 2020, se
jikkontribwixxu għall-miri ta’ tiswir tal-parti li tirrigwardja t-tmexxija
industrijali ta' dak il-programm biex jitħaffef l-iżvilupp
tat-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet li se jkunu l-bażi tan-negozji
tal-ġejjieni u li se jgħinu lil SMEs innovattivi Ewropej biex jikbru
u jsiru kumpaniji ewlenin fid-dinja. Bħala parti mit-titjib fuq
il-programm Eurostars preċedenti, Eurostars-2 għandu jimmira lejn
perjodu iqsar ta' żmien sakemm jinħarġu l-għotjiet,
integrazzjoni iktar qawwija u sempliċi, u amministrazzjoni trasparenti u
aktar effiċjenti għall-benefiċċju finali tal-SMEs li
jwettqu attivitajiet ta’ riċerka. (8) Il-Konferenza Ministerjali
dwar Eureka fit-22 ta’ Ġunju 2012 f’Budapest approvat viżjoni
strateġika għal Eurostars-2 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
“Dokument ta’ Budapest”). Il-ministri kkomettew ruħhom li
jappoġġjaw il-kontinwazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars wara
t-terminazzjoni tiegħu fl-2013 għall-perjodu kopert mill-Programm ta'
Qafas Orizzont 2020. Dan għandu jikkonsisti f’sħubija rinfurzata li
tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni interim tal-Programm
Konġunt Eurostars. Id-“Dokument ta’ Budapest” jistabbilixxi żewġ
objettivi ewlenin għal Eurostars-2: L-ewwel nett, għan orjentat lejn
l-istruttura li japprofondixxi s-sinkronizzazzjoni u l-allinjament
tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka fil-qasam tal-iffinanzjar, li huwa
element ċentrali lejn il-ħolqien taż-Żona Ewropea
tar-Riċerka mill-pajjiżi Membri. It-tieni nett, għan relatat
mal-kontenut li jappoġġja l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’
riċerka impenjati f’riċerka transnazzjonali u proġetti ta’
innovazzjoni. Id-“Dokument ta’ Budapest” jistieden lill-Unjoni Ewropea
tipparteċipa fil-programm. (9) L-Istati parteċipanti
għandhom l-intenzjoni li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta'
Eurostars-2 matul il-perjodu kopert minn Eurostars-2 (2014-2024). (10) Għandu jiġi
stabbilit limitu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal
Eurostars-2 għat-tul ta’ żmien tal-Programm ta' Qafas Orizzont 2020.
Fi ħdan dak il-limitu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun
ugwali għal terz tal-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti sabiex
tiġi żgurata l-massa kritika meħtieġa biex jissodisfaw
id-domanda minn proġetti li ħaqqhom appoġġ finanzjarju,
biex jinkiseb effett ta’ influwenza qawwija u jiżguraw integrazzjoni iktar
b’saħħitha tal-programmi ta’ riċerka nazzjonali tal-Istati
parteċipanti. (11) B’konformità mal-objettivi
tal-Programm Qafas Orizzont 2020, kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż
assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għandu jkun intitolat li
jipparteċipa fil-Programm Eurostars-2. (12) Il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal impenji
formali mill-Istati Parteċipanti li jikkontribwixxu
għall-implimentazzjoni ta' Eurostars-2 u għat-twettiq ta’ dawk
l-obbligi. Appoġġ finanzjarju taħt Eurostars-2 għandu
jieħu prinċipalment il-forma ta’ għotjiet lil proġetti
magħżula wara sejħiet għal proposti mnedija taħt
Eurostars-2. Sabiex jintlaħqu l-miri ta’ Eurostars-2, l-Istati
parteċipanti għandhom jiżguraw biżżejjed
kontribuzzjoni finanzjarja biex jiffinanzjaw għadd raġonevoli ta’
proposti magħżula permezz ta' kull sejħa. (13) L-implimentazzjoni
konġunta ta' Eurostars-2 teħtieġ struttura ta’ implimentazzjoni.
L-Istati Parteċipanti ftiehmu fuq il-ħatra tas-Segretarjat tal-Eureka
(minn hawn ’il quddiem “ESE”) bħala l-istruttura ta’ implimentazzjoni
għal Eurostars-2. L-ESE hija assoċjazzjoni internazzjonali
mingħajr skop ta’ qligħ skont il-liġi Belġjana, sa mill-2008,
hija responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-Eurostars. Ir-rwol tal-ESE
jmur lil hinn mill-implimentazzjoni ta’ Eurostars, billi hi fl-istess ħin
is-Segretarjat tal-inizjattiva Eureka, b’governanza proprja marbuta
mal-ġestjoni tal-proġetti Eureka 'il hinn minn Eurostars. L-Unjoni,
rappreżentata mill-Kummissjoni, hija membru fundatur tal-inizjattiva
Eureka u membru sħiħ tal-assoċjazzjoni tas-Segretarjat
tal-Eureka. (14) Sabiex jinkisbu
l-għanijiet ta’ Eurostars-2, l-ESE għandha tieħu ħsieb
l-organizzazzjoni tas-sejħiet ta’ proposti, il-verifika
tal-eliġibbiltà, l-evalwazzjoni bejn il-pari u l-għażla u
l-monitoraġġ tal-proġetti kif ukoll l-allokazzjoni
tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. L-evalwazzjoni tal-proposti għandha ssir
b’mod ċentrali minn esperti esterni indipendenti taħt ir-responsabbiltà
tal-ESE wara sejħiet għall-proposti. Il-lista ta’ klassifikazzjoni
tal-proġetti għandha tkun vinkolanti għall-Istati
parteċipanti fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ finanzjament
mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u mill-kontribuzzjoni tal-Istati parteċipanti. (15) Kumplessivament,
il-programm għandu juri progress ċar lejn aktar allinjament u
sinkronizzazzjoni mal-programmi ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali
bħala Programm verament Konġunt li fih sinkronizzazzjoni xjentifika,
maniġerjali u finanzjarja aktar b’saħħitha. Integrazzjoni
xjentifika aktar b'saħħitha għandha tinkiseb permezz
tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni komuni ta’ attivitajiet u għandha
tiżgura l-eċċellenza u l-impatt għoli tal-proġetti
magħżula. L-integrazzjoni ġestjonarja għandha tiżgura
iktar titjib operazzjonali ta’ eċċellenza u ta’ responsabbiltà
għall-programm. Integrazzjoni finanzjarja iktar b’saħħitha
għandha tkun ibbażata fuq kontribuzzjoni finanzjarji annwali u
kumplessiva adegwata mill-Istati Parteċipanti ta' Eurostars-2 u grad
għoli ta’ sinkronizzazzjoni nazzjonali. Dan għandu jinkiseb permezz
ta’ armonizzazzjoni progressiva tar-regoli nazzjonali dwar il-finanzjament. (16) Il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun ġestita b’konformità
mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u mar-regoli dwar
il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
tal-25 ta’ Ottubru 2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli
finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[27] u fir-Regolament Delegat
tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli ta’
applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[28]. (17) Sabiex tipproteġi
l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt
li tnaqqas, tissospendi jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni
jekk Eurostars-2 jiġi implimentat f’mod mhux xieraq, f’mod parzjali jew
tard, jew l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu
b’mod parzjali jew tard, għall-finanzjament ta' Eurostars-2. Dawk
id-drittijiet għandhom jiġu previsti fil-Ftehim tad-delega li
għandu jiġi konkluż bejn l-Unjoni u l-ESE. (18) Il-parteċipazzjoni
f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati minn Eurostars-2 hija soġġetta
għar-Regolament (UE) Nru.../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-... 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u
d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni (2014-2020)[29].
Madankollu, minħabba bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' Eurostars-2
huwa neċessarju li jiġu previsti derogi minn dak ir-Regolament skont
l-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament [ir-regoli
għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020]. (19) Sabiex tiġi
ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs li huma aktar imdorrija
bil-kanali nazzjonali u li kieku jettqu attivitajiet ta’ riċerka biss
fil-konfini nazzjonali tagħhom, il-kontribuzzjoni finanzjarja ta'
Eurostars-2 għandha tingħata skont regoli magħrufa bħal
tal-programmi nazzjonali tagħhom u tiġi implimentata permezz ta’
ftehim ta’ finanzjament amministrat direttament mill-awtoritajiet nazzjonali,
b'rabta flimkien tal-finanzjament tal-Unjoni mal-fondi nazzjonali
korrispondenti. Għandha għalhekk issir deroga mill-Artikolu 14(5),
l-Artikoli 16(1), 19[(1), (5) sa (7)], 22 sa 28 tar-Regolament (UE) Nru...
[Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020]. (20) L-awditi
tal-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni pprovduti taħt Eurostars-2
għandhom jitwettqu b’konformità mar-Regolament (UE) Nru.../2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... 2013 [Il-Programm Qafas
Orizzont 2020]. (21) L-interessi finanzjarji
tal-Unjoni għandhom ikunu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati
matul iċ-ċiklu ta’ nfiq, inkluż il-prevenzjoni, l-iskoperta u
l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa,
imħallsa ħażin jew użati b’mod ħażin u, fejn
xieraq, pieni amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom)
Nru 966/2012. (22) Il-Kummissjoni għandha
twettaq evalwazzjoni interim li tivvaluta b’mod partikolari l-kwalità u
l-effiċjenza ta' Eurostars-2 u l-progress lejn l-objettivi stabbiliti, kif
ukoll evalwazzjoni finali tħejji rapport dwar dawk l-evalwazzjonijiet. (23) Fuq talba tal-Kummissjoni,
l-ESE u l-Istati parteċipanti għandhom iressqu kwalunkwe
informazzjoni li l-Kummissjoni teħtieġ sabiex tinkludi fir-rapporti
dwar l-evalwazzjoni ta’ Eurostars-2. (24) Peress li l-għanijiet
ta’din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tiġi appoġġjata
r-riċerka transnazzjonali mwettqa minn SMEs u li tikkontribwixxi
għall-integrazzjoni, l-allinjament u s-sinkronizzazzjoni tal-programmi
nazzjonali tal-finanzjament tar-riċerka ma jistgħux jinkisbu b’mod
suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom minħabba nuqqas ta’
dimensjoni transnazzjonali u ta’ komplementarjetà u interoperabilità
tal-programmi nazzjonali u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u
l-impatt tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni
tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif
stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont
il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din
id-deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex
jintlaħqu dawk l-għanijiet. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Suġġett Din
id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar il-parteċipazzjoni
tal-Unjoni fit-tieni Programm ta’ Riċerka u Żvilupp mniedi b'mod
konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li
jappoġġja lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) (minn
hawn’ il quddiem “Eurostars-2”) u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
tagħha. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-fini ta' din
id-Deċiżjoni id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw: (1) “SMEs” tfisser intrapriżi
mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni 2003/361/KE, fil-verżjoni tagħha tas-6 ta’ Mejju 2003. (2) “SMEs li jwettqu attivitajiet ta’
riċerka” huma SMEs li jinvestu mill-ġdid mill-inqas 10% tal-fatturat
tagħhom biex jagħmlu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp jew
li jiddedikaw mill-inqas 10% f’ekwivalenti ta' full-time f'attivitajiet ta’
riċerka u żvilupp. Artikolu 3 Objettivi Eurostars-2 għandha ssegwi
l-objettivi li ġejjin: (1) jippromwovi l-attivitajiet
tar-riċerka li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-attivitajiet huma mwettqa
bil-kollaborazzjoni transnazzjonali ta’ dawk l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’
riċerka bejniethom jew li jinkludu atturi oħra tal-katina
tal-innovazzjoni (eż. universitajiet, organizzazzjonijiet ta’
riċerka) (b) ir-iżultati ta’ attivitajiet huma
mistennija li jkunu introdotti fis-suq fi żmien sentejn mit-tlestija ta’
attività (2) iżid
l-aċċessibilità, l-effiċjenza u l-effikaċja
tal-finanzjament pubbliku għall-SMEs fl-Ewropa, billi jallinja, jarmonizza
u jissinkronizza l-mekkaniżmi ta’ finanzjament nazzjonali tal-Istati
parteċipanti (3) jippromwovu
l-parteċipazzjoni tal-SMEs mingħajr esperjenza preċedenti ta’
riċerka tranżnazzjonali Artikolu 4 Parteċipazzjoni f’Eurostars-2 1. L-Unjoni għandha
tipparteċipa f'Eurostars-2 imwettaq b’mod konġunt mill-Belġju,
il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja,
l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru,
il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi
l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugal, ir-Rumanija, is-Slovenja,
is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit kif ukoll l-Islanda,
l-Iżrael, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija (minn hawn ’il quddiem
‘Stati Parteċipanti’), taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din
id-Deċiżjoni. 2. Kwalunkwe Stat Membru
ieħor u kwalunkwe pajjiż ieħor assoċjat ma' Orizzont 2020 —
il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)
stabbilit mir-Regolament (UE) Nru.../2013... (minn hawn’ il quddiem
“Il-Programm Qafas Orizzont 2020”) jistgħu jipparteċipaw f’Eurostars-2
sakemm jissodisfaw il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(1)(c) ta’ din
id-Deċiżjoni. Dawk l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati li
ssodisfaw il-kundizzjoni għandhom jitqiesu bħala Stati
Parteċipanti għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 5 Kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni 1. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA,
lil Eurostars-2 għandha tkun ta’ EUR 287 miljun[30]. Il-kontribuzzjoni
għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit
ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-Programm
Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020, stabbilit
bid-Deċiżjoni .../2013/UE skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi), u l-Artikoli
60 u 61 u tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. 2. Mingħajr ma jinqabeż
l-ammont massimu stabbilit fil-paragrafu 1, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni
għandha tkun ugwali għal terz tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati
parteċipanti msemmija fl-Artikolu 7 (1)(a). Din għandha tkopri
l-ispejjeż amministrattivi u operazzjonali. 3. Massimu ta’ 2%
mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tista' tintuża biex
tingħata kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi globali
ta' Eurostars-2. L-Istati parteċipanti għandhom ikopri kwalunkwe
spiża amministrattiva oħra meħtieġa
għall-implimentazzjoni ta’ Eurostars-2. Artikolu 6 Kondizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni 1. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni tkun soġġetta għal li ġej: (a) l-Istati parteċipanti juru li
waqqfu Eurostars-2 skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3; (b) in-nomina mill-Istati
parteċipanti jew l-organizzazzjonijiet maħtura mill-Istati
parteċipanti, tas-Segretarjat tal-Eureka AISBL (minn hawn 'il quddiem
“ESE”), bħala l-istruttura responsabbli għall-implimentazzjoni ta'
Eurostars-2 u sabiex tirċievi, talloka u tissorvelja l-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni; (c) l-impenn ta’ kull Stat
parteċipant li jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ Eurostars-2; (d) it-turija permezz tal-ESE
tal-kapaċità tagħha li timplimenta Eurostars-2, inkluż, li
tirċievi, li tallokaw u li timmonitorja l-kontribuzzjoni finanzjarja
tal-Unjoni, fil-qafas tal-ġestjoni indiretta tal-baġit tal-Unjoni
skont l-Artikoli 58, 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012; (e) it-twaqqif ta’ mudell ta’ governanza
għal Eurostars-2 skont l-Anness II. 2. Matul l-implimentazzjoni
ta’ Eurostars-2, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha wkoll tkun marbuta
mal-kundizzjoni li: (a) l-implimentazzjoni mill-ESE
tal-għanijiet ta' Eurostars 2 stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-attivitajiet
stabbiliti fl-Anness I skont ir-regoli għall-parteċipazzjoni u
d-disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 8; (b) iż-żamma ta’ mudell
ta’ governanza adatt u effiċjenti skont l-Anness II; (c) il-konformità mill-ESE
mal-obbligazzjonijiet għar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5)
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012; (d) il-ħlas effettiv mill-Istati
parteċipanti tal-kontribuzzjoni finanzjarja lill-parteċipanti kollha
biex il-proġetti magħżula għall-finanzjament ta' Eurostars-2
wara s-sejħiet għal proposti mnedija taħt Eurostars-2, sabiex
jiġu ssodisfati l-impenji msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1; (e) l-allokazzjoni tal-fondi
mill-baġits nazzjonali għal proġetti Eurostars-2 u
l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont il-listi ta' gradazzjoni
tal-proġetti; (f) It-turija ta’ progress ċar
fl-integrazzjoni xjentifika, maniġerjali u finanzjarja mill-istabbiliment
ta’ miri ta’ prestazzjoni operattivi minimi u indizji tal-progress
fl-implimentazzjoni ta’ Eurostars-2. Artikolu 7 Kontribuzzjoni minn Stati
parteċipanti 1. Il-kontribuzzjoni
mill-Istati parteċipanti għandha tikkonsisti fil-kontribuzzjonijiet
finanzjarji li ġejjin: (a) il-kofinanzjament tal-proġetti
Eurostars-2 magħżula, primarjament permezz ta’ għotjiet; (b) kontribuzzjoni finanzjarja
għall-ispejjeż amministrattivi ta Eurostars-2 mhux koperti
mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 5 (3). 2. Kull Stat
parteċipanti għandu jaħtar membru NFB sabiex jamministra
l-appoġġ finanzjarju lill-parteċipanti nazzjonali Eurostars-2
skont l-Artikolu 8. Artikolu 8 Ir-regoli
għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni 1. Għall-iskop
tar-Regolament (UE) Nru... [Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u
t-tixrid f'Orizzont 2020] l-ESE għandu jitqies bħala korp ta’
finanzjament. 2. Permezz ta’ deroga
mill-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) Nru... [Ir-regoli
għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020], l-ESE għandu
jivverifika l-kapaċità finanzjarja tal-applikanti kollha. 3. B’deroga mill-Artikolu 16(1)
tar-Regolament (UE) Nru... [Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid
f'Orizzont 2020], il-ftehimiet ta’ għotja mal-benefiċjarji
tal-azzjoni indiretta għandhom jiġi ffirmati mill-NFBs
ikkonċernati. 4. B’deroga mill-Artikoli 19(1),
(5) sa (7) u 22 sa 28 tar-Regolament (UE) Nru... [Ir-regoli
għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020], ir-regoli
tal-finanzjament tal-programmi nazzjonali parteċipanti għandhom
japplikaw għall-għotjiet amministrati mill-NFBs. Artikolu 9 Implementazzjoni
ta' Eurostars-2 1. Eurostars-2 għandu
jiġi implimentat fuq il-bażi ta’ pjanijiet ta’ ħidma annwali. 2. Eurostars-2 għandu
jipprovdi appoġġ finanzjarju l-aktar fil-forma ta’ għotjiet
lill-parteċipanti wara sejħiet għal proposti. Artikolu 10 Il-ftehimiet bejn l-Unjoni u l-ESE 1. Suġġett
għal bilanċ pożittiv ta’ valutazzjoni ex-ante tal-ESE skont
l-Artikolu 61(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012, il-Kummissjoni,
f’isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehim ta’ delega u ftehimiet ta'
trasferiment annwali ta’ fondi mal-ESE. 2. Il-ftehim ta’ delega
msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun konkluż b'mod konformi
mal-Artikoli 58(3), 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u
l-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012. Għandu
jistabbilixxi wkoll dan li ġej: (a) ir-rekwiżiti għall-ESE
fir-rigward tal-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness II
tad-Deċiżjoni (UE) Nru ... [Il-Programm Speċifiku li jimplimenta
il-Programm ta' Qafas Orizzont 2020]; (b) ir-rekwiżiti tal-kontribut
tal-ESE għall-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III
tad-Deċiżjoni (UE) Nru … [il-Programm Speċifiku li jimplimenta
l-Programm ta' Qafas Orizzont 2020]; (c) L-indikaturi ta’ prestazzjoni
speċifiċi relatati mal-funzjonament tal-ESE; (d) ir-rekwiżiti tal-ESE dwar
l-għoti tal-informazzjoni fuq l-ispejjeż amministrattivi u
ċ-ċifri detaljati dwar l-implimentazzjoni ta’ Eurostars-2; (e) l-arranġamenti rigward
il-provvista ta’ dejta meħtieġa biex jiġi żgurat li
l-Kummissjoni tkun kapaċi tilħaq l-obbligi ta’ disseminazzjoni u
rapportar tagħha; (f) l-obbligu tal-ESE li jiffirmaw
Ftehimiet Bilaterali mal-NFBs qabel kwalunkwe trasferiment tal-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni, li jistabbilixxu miri ta’ prestazzjoni operattivi
minimi u indizji tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ Eurostars-2. Artikolu 11 Terminazzjoni,
tnaqqis jew sospensjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni 1. Jekk Eurostars-2 ma
jiġix implimentat jew jiġi implimentat b’mod inadegwat, parzjalment
jew b’mod tardiv, il-Kummissjoni tista’ tittermina, tnaqqas proporzjonalment,
jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont
l-implimentazzjoni attwali ta' Eurostars-2. 2. Jekk l-Istati
Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu parzjalment jew tard
għall-finanzjament ta’ Eurostars-2, il-Kummissjoni tista’ tittermina,
tnaqqas proporzjonalment, jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja
tal-Unjoni, wara li tqis l-ammont ta’ fondi allokat mill-Istati
parteċipanti biex jimplimentaw Eurostars-2. Artikolu 12 Awditjar
ex-post 1. L-ESE għandu
jiżgura li jitwettqu awditi ex-post tan-nefqa fuq azzjonijiet indiretti
mill-NFBs rispettivi skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru...
[Il-Programm ta' Qafas Orizzont 2020]. 2. Il-Kummissjoni tista’
tiddeċiedi li twettaq l-awditi msemmija fil-paragrafu 1 hi stess. Artikolu 13 Il-protezzjoni
tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni 1. Il-Kummissjoni
għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta
jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt din
id-Deċiżjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu
mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi,
il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b’verifiki effikaċi
u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti li jkunu
tħallsu bi żball u, fejn xieraq, b’penalitajiet amministrattivi u
finanzjarji effikaċi, proporzjonali u dissważivi. 2. L-ESE għandu
jagħti lill-persunal tal-Kummissjoni u persuni oħra awtorizzati
minnha, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess għas-siti u
l-fondi tiegħu u għall-informazzjoni kollha, inkluż
informazzjoni f’forma elettronika, meħtieġa sabiex iwettqu l-awditi
tagħhom. 3. L-Uffiċċju
Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż
kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u
l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[31] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999
tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew[32]
bil-għan li jistabbilixxi jekk ikunx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe
attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
b’rabta ma’ ftehim jew deċiżjoni jew kuntratt iffinanzjat taħt
din id-Deċiżjoni. 4. Kuntratti, ftehimiet ta'
għorja u deċiżjonijiet ta' għotja, li jirriżultaw
mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun fihom
dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa espressament
lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-OLAF u lill-ESE biex iwettqu
awditi u investigazzjonijiet bħal dawn, skont il-kompetenzi rispettivi
tagħhom. 5. Fl-implimentazzjoni ta'
Eurostars-2, l-istati parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri
neċessarji leġiżlattivi, regolatorji, amministrattiv u
oħrajn biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoi, billi b'mod
partikolari jiżguraw l-irkupru sħiħ ta’ kwalunkwe ammonti dovuti
lill-Unjoni skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament
Delegat (UE) Nru 1268/2012. Artikolu 14 Il-komunikazzjoni
tal-informazzjoni 1. Fuq talba tal-Kummissjoni,
l-ESE għandu jibgħat kwalunkwe informazzjoni meħtieġa
għat-tħejjija tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 15. 2. L-Istati parteċipanti
għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, permezz tal-ESE, kwalunkwe
informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Qorti
tal-Awdituri dwar il-ġestjoni finanzjarja ta’ Eurostars-2. 3. Il-Kummissjoni
għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fir-rapporti
msemmija fl-Artikolu 15. Artikolu 15 Evalwazzjoni 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2017,
il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta' Eurostars-2.
Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar dik l-evalwazzjoni li
jinkludi konklużjonijiet u osservazzjonijiet mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tinbgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill sal-30 ta' Ġunju 2018. 2. Sa tmiem
il-parteċipazzjoni tal-Unjoni f'Eurostars-2 iżda mhux aktar tard
mill-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq
evalwazzjoni finali ta' Eurostars-2. Il-Kummissjoni għandha tipprepara
rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi r-riżultati ta' dik
l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Artikolu 16 Dħul
fis-seħħ Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha
f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 17 Id-destinatarji Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President
ANNESS I
IMPLIMENTAZZJONI 1. L-ESE għandu torganizza
sejħiet kontinwament miftuħa għall-proposti b’dati ta’ skadenza
għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lil azzjonijiet
indiretti. 2. L-applikanti għandhom
jissottomettu proposti għall-proġetti lill-ESE bħala punt ta’
dħul waħdieni. 3. Wara t-tmiem tas-sejħa
għal proposti, għandu jsir kontroll ċentrali
għall-eliġibilità mill-ESE fuq il-bażi tal-kriterji ta’
eliġibbiltà mniżżlin fil-pjan ta’ ħidma annwali. L-ebda
kriterji ta' eliġibbiltà differenti jew oħrajn ma jistgħu
jiġu miżjuda mill-Istati parteċipanti. 4. L-ESE għandu jivverifika
l-kapaċità finanzjarja tal-parteċipanti skont regoli komuni,
ċari u trasparenti. 5. Il-proposti eliġibbli
għall-proġetti għandhom jiġu valutati b’mod ċentrali u
kklassifikati minn grupp ta’ esperti indipendenti esterni skont il-kriterji
stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru... [Ir-regoli
għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020], fuq il-bażi
ta’ proċeduri trasparenti. 6. L-ESE għandu jipprovdi
proċedura ta’ reviżjoni tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 15
tar-Regolament (UE) Nru... [Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u
t-tixrid f'Orizzont 2020]. 7. Il-lista ta’ klassifikazzjoni,
approvata kollha kemm hi mill-Grupp ta’ Livell Għoli ta' Eurostars-2
imsemmija fl-Anness II, għandha tkun vinkolanti għall-allokazzjoni
tal-fondi mill-baġits nazzjonali allokati għall-proġetti
Eurostars-2. 8. Ladarba din il-lista ta’
klassifikazzjoni tkun ġiet approvata, kull Stat parteċipanti
għandu jiffinanzja lil dawk il-parteċipanti nazzjonali tiegħu
f’dawk il-proġetti magħżula għall-finanzjament permezz
tal-Korp Nazzjonali ta’ Finanzjament, filwaqt li jagħmel l-isforzi kollha
possibbli sabiex jiżgura li l-proġetti kklassifikati bħala
l-aqwa 50 u mill-inqas minn 50 sa 75 % tal-proġetti li jisbqu
l-limiti jiġu ffinanzjati. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
lill-parteċipanti f’dawn il-proġetti tiġi kkalkulata skond
ir-regoli tal-finanzjament tal-programmi nazzjonali tal-Istat Parteċipanti
f'Eurostars-2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi
trasferita minn għand dawn għall-NFBs sakemm l-NFBs ikun ħallsu
l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-proġetti. 9. Il-parteċipanti
eliġibbli kollha ta' proġett magħżul fuq livell
ċentrali għandhom ikunu ffinanzjati. L-għoti ta’
appoġġ finanzjarju mill-NFBs lill-parteċipanti f’proġetti
magħżula ċentralment għandu jkun soġġett
għall-prinċipji ta’ trattament indaqs, trasparenza u kofinanzjament. 10. L-ESE għandu jkun
responsabbli mill-evalwazzjoni tal-proposti, mill-informazzjoni lill-NFBs,
mill-koordinazzjoni tal-proċess tas-sinkronizzazzjoni,
mill-monitoraġġ ta’ proġetti permezz ta’ rappurtar
tal-proġetti u awditi finanzjarji li jkunu saru mill-NFBs, u r-rappurtar
lill-Kummissjoni li jiżgura żmien qasir għall-għotja.
Għandu jieħu miżuri xierqa biex jinkoraġġixxi
r-rikonoxximent tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-programm Eurostars-2, kemm
fil-programm stess kif ukoll fil-proġetti individwali. Għandu
jippromwovi viżibilità xierqa għal din il-kontribuzzjoni permezz ta'
l-użu tal-logo ta' Orizzont 2020 fil-materjal ippubblikat kollu,
inklużi pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi, li jkunu relatati
ma' Eurostars-2. 11. L-ESE għandu jikkonkludi
l-Ftehimiet Bilaterali ta' Eurostars-2 mal-NFBs. Il-Ftehimiet Bilaterali ta'
Eurostars-2 għandhom jistabbilixxu r-responsabbiltajiet tal-partijiet
kontraenti skont ir-regoli, l-għanijiet u l-modalitajiet ta’
implimentazzjoni tal-Eurostars-2. Il-Ftehimiet Bilaterali ta' Eurostars-2
għandhom jinkludu r-regoli li jirregolaw it-trasferiment
tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u l-inqas miri operattivi u indizji ta' progress
nazzjonlai għal aktar integrazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tal-programmi
nazzjonali, inkluż limitu iqsar li jittieħed sa ma tingħata
għotja skont ir-[Regoli għal parteċipazzjoni u][ir-Regolament
Finanzjarju]. Dawn il-miri u tragwardi għandhom jiġu maqbula
mill-Grupp ta’ Livell Għoli tal-Eurostars-2 b’konsultazzjoni
mal-Kummissjoni Ewropea. Il-firma tal-Ftehim Bilaterali ta' Eurostars-2 u
l-konformità mal-miri u t-tragwardi operattivi għandha tkun prekundizzjoni
għall-NFBs biex jirċievu l-kontribuzzjoni mill-Unjoni. 12. L-attivitajiet ta’ netwerking u
skambju ta’ prassi tajba għandhom wkoll ikunu organizzata fost l-Istati
Parteċipanti sabiex titħeġġeġ integrazzjoni iktar
b’saħħitha fil-livell xjentifika, maniġerjali u finanzjarju. 13. Attivitajiet oħra
għandhom jinkludu wkoll l-attivitajiet ta’ senserija, ta’ promozzjoni
tal-programmi u ta’ networking ma’ partijiet interessati oħra
(investituri, fornituri tar-riċerka u l-innovazzjoni, intermedjarji)
prinċipalment biex titwessa’ l-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji
f-Istati Parteċipanti kollha u biex l-SMEs bla esperjenza preċedenti
jkunu involuti f’proġetti ta’ riċerka transnazzjonali. ANNESS II IL-GOVERNANZA TA' EUROSTARS-2 1. L-ESE għandu jamministra l-Programm Eurostars-2. L-ESE hija
assoċjazzjoni internazzjonali mhux għall-profitti stabbilita skont
il-liġi Belġjana (Aisbl) fl-1997 mill-pajjiżi tal-EUREKA u
mill-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni. Il-Kap tal-ESE bħala r-rappreżentant
legali tal-ESE għandu jkun inkarigat li jieħu ħsieb
l-implimentazzjoni tal-Programm Eurostars-2 permezz ta’: (a) it-tħejjija tal-baġit
annwali għas-sejħa, l-organizzazzjoni ċentrali tas-sejħiet
konġunti għall-proposti u r-riċeviment tal-proposti bħala
punt tad-dħul uniku; l-organizzazzjoni ċentrali tal-eliġibbiltà
u tal-evalwazzjoni tal-proposti, skont kriterji ta’ eliġibbiltà u
evalwazzjoni komuni, l-organizzazzjoni ċentrali tal-għażla
tal-proposti li jrid jiġi ffinanzjat, u s-sorveljanza u s-segwitu tal-proġett;
ir-riċeviment, l-allokazzjoni u s-sorveljanza tal-kontribuzzjoni
tal-Unjoni; (b) ġbir tal-informazzjoni
meħtieġa mill-NFBS għat-trasferiment tal-kontribuzzjoni
tal-Unjoni; (c) il-promozzjoni tal-Programm Eurostars-2; (d) ir-rappurtar lill-HLG Eurostars-2 u
lill-Kummissjoni dwar il-Programm Eurostars-2, inkluż dwar il-progress
lejn aktar integrazzjoni; (e) l-infurmar tan-netwerk Eureka dwar
l-attivitajiet ta' Eurostars-2; (f) l-iffirmar tal-kuntratt ta’ delega
mal-Kummissjoni, il-ftehmiet bilaterali mal-NFBs u l-kuntratti mal-esperti li
jivvalutaw l-applikazzjonijiet Eurostars-2. (g) l-adottar tal-pjan ta’ ħidma
annwali Eurostars-2 wara l-ftehim minn qabel tal-HGL ta' Eurostars-2 u
l-Kummissjoni. 2. L-HLG ta' Eurostars-2, magħmul minn rappreżentanti
nazzjonali fil-Grupp ta’ Livell Għoli tal-EUREKA tal-Istati
Parteċipanti f'Eurostars-2, għandu jissorvelja l-operazzjonijiet
tal-ESE dwar Eurostars-2 b’dan li ġej: (a) sorveljanza tal-implimentazzjoni
tal-Programm Eurostars-2; (b) il-ħatra tal-membri tal-Grupp
Konsultattiv Eurostars-2 (minn hawn’ il quddiem “EAG”); (c) l-approvazzjoni ta’ pjan ta’
ħidma annwali; (d) l-approvazzjoni tal-lista ta’
klassifikazzjoni ta' proġetti Eurostars-2 li għandhom ikunu
ffinanzjati u t-teħid tad-deċiżjoni tal-għotja. L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni,
għandha l-istatus ta’ osservatur fl-HLG tal-Eurostars-2. Il-Kummissjoni
għandha tkun mistiedna biex tipparteċipa f’laqgħat,
tirċievi d-dokumenti kollha tal-laqgħat u tkun tista’ tieħu
sehem fid-diskussjoni. Kwalunkwe pajjiż ieħor tal-EUREKA li
ma jiħux sehem fil-Programm Eurostars-2 għandu jkollu d-dritt li
jibgħat rappreżentanti fil-laqgħat tal-HLG tal-Eurostars-2
bħala osservaturi. 3. L-EAG
se jkun magħmul mill-Koordinaturi Nazzjonali tal-Proġett tal-EUREKA
(persuni f’aġenzija tal-gvern nazzjonali jew li għandhom x’jaqsmu
mal-livell operattiv tal-ġestjoni ta’ Eureka/Programm Eurostars u
responsabbli mill-promozzjoni tal-Programm Eurostars-2 fil-pajjiżi
parteċipanti) mill-pajjiżi parteċipanti. Il-Kummissjoni
għandu jkollha d-dritt li tibgħat rappreżentanti
fil-laqgħat tal-EAG bħala osservaturi. Il-laqgħat tal-EAG
għandhom ikunu ppreseduti mill-ESE. L-EAG se jagħti pariri lill-ESE kif ukoll
lill-HLG ta' Eurostars-2 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni
ta’ Eurostars-2. 4. L-NFB
li għandu jkollha f’idejha l-amministrazzjoni tal-appoġġ
finanzjarju lill-parteċipanti nazzjonali. DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva: 1.2. Il-qasam/l-oqsma
politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettivi 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Durata
u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i
ta’ ġestjoni previst(i) 2. IL-MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli
ta’ sorveljanza u tar-rappurtar 2.2. Is-sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT
FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa
affettwata: 3.2. Stima
tal-impatt fuq in-nefqa: 3.2.1. Sinteżi
tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Stima
tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Stima
tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Il-kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju multiannwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva: Il-parteċipazzjoni
tal-Unjoni fi Programm ta’ Riċerka u Żvilupp imwettaq b’mod
konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li
jappoġġja intrapriżi żgħar u medji li jwettqu
riċerka 1.2. Il-qasam/l-oqsma
politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[33] Żvilupp
fir-Riċerka u Teknoloġiku: ORIZZONT 2020
(H2020) — Tmexxija Industrijali— Innovazzjoni fl-SMEs 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta'
tħejjija[34] ý Il-proposta/inizjattiva
hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Objettivi 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirat(i)
mill-proposta/inizjattiva L-għan
ġenerali ta’ din il-proposta leġiżlattiva, hija li tistimula
t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa billi
ssaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u
medji (SMEs) li jwettqu riċerka, u b’hekk tikkontribwixxi
għall-Ewropa 2020. Dan sejjer
jintlaħaq billi: (1)
jiġu promossi l-attivitajiet ta’ riċerka transnazzjonali orjentati
lejn is-suq, mingħajr restrizzjonijiet tematiċi mill-SMEs li jwettqu
riċerka li jwasslu għall-prodott, proċessi u servizzi ġodda
u mtejba għas-suq; (2)
jingħata kontribut għat-tlestija tal-ERA u biex tittejjeb
l-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u l-effikaċja
tal-finanzjament pubbliku għall-SMEs li jwettqu riċerka fl-Ewropa
billi jiġu allinjati, armonizzati u sinkronizzati l-mekkaniżmi
nazzjonali għall-finanzjament. 1.4.2. L-għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB
ikkonċernata/ikkonċernati Għan
speċifiku Nru 3.1 tal-Innovazzjoni fl-Intrapriżi Żgħar u
Medji L-għan
speċifiku tal-“Innovazzjoni fl-Intrapriżi Żgħar u Medji”
taħt il-prijorità “Tmexxija Industrijali” huwa li jiġi stimulat
it-tkabbir permezz ta’ żieda fil-livell ta’ innovazzjoni fl-SMEs, filwaqt
li jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ innovazzjoni differenti tagħhom
matul iċ-ċiklu sħiħ ta’ innovazzjoni għat-tipi kollha
ta’ innovazzjonijiet, biex b’hekk jinħolqu SMEs attivi internazzjonalment
li jikbru aktar malajr. Il-Programm
Konġunt tal-Eurostars-2 sejjer jikkombina s-sorsi tal-Unjoni, nazzjonali u
privati tal-finanzjament biex tiġi appoġġjata r-riċerka
orjentata lejn is-suq, imwettqa fil-proġetti transnazzjonali mnedija u
mmexxija mill-SMEs li jwettqu riċerka. L-għan
assoċjat ma’ dan l-għan speċifiku huwa l-istabbiliment u
t-tħaddim tal-Eurostars-2 bil-proġetti R&Ż immexxija
mill-SMEs li jwettqu riċerka bħala l-kontribut ewlieni. Attività
ABM/ABB ikkonċernata: 08 - Riċerka u Innovazzjoni. 1.4.3. Ir-riżultat(i)
mistennija u l-impatt Speċifika
l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Id-ditti li
jieħdu sehem fil-proġetti Eurostars għandhom ikunu jistgħu
jiżviluppaw prodotti, proċessi u servizzi ġodda, u
jsaħħu b’mod sinifikanti l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom
fis-suq Ewropew u dak globali. L-impatt
mistenni (li bħala medja jibda tliet snin wara t-tmiem tal-proġetti
Eurostars) huwa ta’ żieda ta’ EUR10 M fid-dħul għal kull
finanzjament pubbliku ta’ EUR1 M, 25 impjieg maħluq għal kull
EUR1 M ta' fondi pubbliċi u 3 prodotti, proċessi jew servizzi
ġodda jew imtejba fis-suq. 1.4.4. L-indikaturi
tar-riżultati u l-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-implimentazzjoni tas-sorveljanza
tal-proposta/inizjattiva. L-indikaturi
tar-riżultati u l-impatt stabbilit fl-għan speċifiku
“Innovazzjoni fl-SMEs” tal-Programm Qafas - Orizzont 2020
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni huma ssorveljati u rrappurtati kull
sena mill-istruttura ta’ ġestjoni ddedikata lill-Kummissjoni. L-indikaturi
tar-riżultati u l-impatt stabbilit fl-għan speċifiku
“Innovazzjoni fl-SMEs” tal-Programm Qafas - Orizzont 2020
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni huma ssorveljati u rrappurtati kull
sena mill-istruttura ta’ maniġment iddedikata lill-Kummissjoni. L-indikatur
ewlieni huwa s-“Sehem ta’ SMEs parteċipanti li jintroduċu
innovazzjonijiet li jkunu ġodda għall-kumpanijia jew għas-suq,
li jkopru l-perjodu tal-proġett flimkien ma’ 3 snin”. Il-mira hija 50%. Indikaturi
oħra li possibbilment huma aktar iddettaljati u kkumplimentati bil-Ftehim
ta’ Delega bejn il-Kummissjoni u l-ESE, sejrin jirreferu għal: L-investimenti
u l-kofinanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars mill-Istati
parteċipanti; l-effiċjenza tal-Programm (f’termini ta’ ħin
għar-riżultati tal-evalwazzjoni); il-Progress lejn l-integrazzjoni
tal-programmi nazzjonali (inkluż iż-żmien
għall-għoti); l-integrazzjoni tal-ġestjoni (inkluż
id-dħul fis-seħħ ta’ sistema ta’ rappurtar unika u evalwazzjoni
ċentrali), Integrazzjoni finanzjarja (bl-implimentazzjoni tal-aqwa 50
proġett ta’ Eurostars li qatt ġew iffinanzjati u l-vijabbiltà
finanzjarja. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Ir-rekwiżit(i) li
għandu/għandhom jiġi/jiġu sodisfatt(i) fi żmien qasir
jew twil Eurostars-2
huwa s-segwitu tal-Eurostars implimentat flimkien mal-linji ta’
rakkomandazzjonijiet għall-evalwazzjoni interim. Il-kontribuzzjoni
tal-Unjoni hija meħtieġa għall-istabbiliment u t-tħaddim
tal-Eurostars-2 sabiex ikun hemm il-kofinanzajment tal-attivitajiet mal-Istati
Parteċipanti. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni sejra b’mod partikolari
tintuża biex jiġu kkonfinanzjati l-parteċipanti f’proġetti
Eurostars-2 magħżula wara sejħiet miftuħa
għall-proposti. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE L-intervent
tal-UE sejjer jikkontribwixxi għall-kontinwazzjoni ta’ qafas legali fejn
il-fondi tal-UE u dawk nazzjonali jiġu kkombinati taħt
strateġija komuni biex jiġu stimulati l-proġetti transnazzjonali
kollaborattivi ta’ R&Ż u innovazzjoni għall-benefiċċju
tal-SMEs li jwettqu r-riċerka. B’mod partikolari, il-parteċipazzjoni
tal-UE sejra taġixxi bħala inċentiv għall-Istati
Parteċipanti fl-Eurostars biex jarmonizzaw u jallinjaw aktar il-programmi
nazzjonali (regoli u proċeduri), f’konformità maz-Żona Ewropea
tar-Riċerka u sejrin joħolqu inċentivi għal aktar
investimenti nazzjonali u industrijali fir-R&Ż u l-innovazzjoni
fl-oqsma kollha tal-S&T, u b’hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet
tal-UE2020 u għall-benefiċċju finali tal-SMEs li jwettqu
riċerka b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, li jistgħu jsiru l-akbar
kumpaniji Ewropej tal-ġejjieni. 1.5.3. Il-lezzjonijiet meħuda
minn esperjenzi simili fil-passat Evalwazzjoni
interim imwettqa fl-2010 kkonkludiet li l-Eurostars huwa allinjat sew
mal-għanijiet tal-Ewropa 2020, jikkumplimenta l-opportunitajiet offruti
lis-SMEs fil-FP7 għall-kooperazzjoni transnazzjonali u huwa attraenti
għall-grupp fil-mira u għal dawn ir-raġunijiet kien xieraq li
tiġi kkunsidrata l-kontinwazzjoni tiegħu lil hinn mill-2013. Ir-rakkomandazzjonijiet
li ġejjin għal titjib saru wkoll, jiġifieri l-Istati
Parteċipanti u l-Unjoni biex jipprovdu biżżejjed fondi biex
jiffinanzjaw il-massimu mill-aqwa proġetti kklassifikati; biex jiġu
ssimplifikati u armonizzati aktar il-proċessi ta’ implimentazzjoni u
r-regoli ta’ finanzjament fil-livell nazzjonali; jew biex tittejjeb il-kwalità
tal-evalwazzjoni u biex jinżamm żmien qasir għall-ikkuntrattjar
bħala prijorità. Dawn
il-lezzjonijiet tqiesu b’mod sħiħ fit-tfassil tal-Eurostars-2. 1.5.4. Il-kompatibbiltà u
s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa L-Orizzont 2020
jara numru ta’ strumenti li jappoġġjaw l-SMEs minbarra l-Eurostars-2:
l-istrument tal-SME, l-“Aċċess għall-istrumenti finanzjarji” u
l-possibbiltà għall-SMEs biex jipparteċipaw permezz tal-proġetti
kollaborattivi l-aktar tradizzjonali. Eurostars-2
huwa differenti u fl-istess ħin kumplimentari għall-inizjattivi
msemmija hawn fuq. Filwaqt li
kull wieħed minn dawk l-istrumenti jissodisfa l-bżonnijiet partikolari
ta’ ċertu tip ta’ SMEs, filwaqt li jappoġġjahom fl-istadji ta’
żvilupp differenti tal-idea ta’ riċerka/negozju tagħhom
(preparazzjoni teknoloġika għolja għall-istrumenti tal-SMEs,
ħtieġa ta’ self/ekwità minflok għotjiet għall-Istrumenti
Finanzjarji), madankollu l-ebda wieħed minnhom mhuwa speċifikament
ddedikat għall-SMEs li jwettqu riċerka transnazzjonali u ma
jikkontribwixxix għall-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-programmi
nazzjonali bħalma jagħmel l-Eurostars-2 permezz tal-użu
tal-Artikolu 185 tat-TFUE. 1.6. Durata u impatt
finanzjarju ý Proposta/inizjattiva ta’ terminu
limitat • ý Proposta/inizjattiva
b’effett minn 01/01/2014 sa 31/12/2020 għall-approprjazzjoni ta' impenn u
mill-2014 sa’ l-2024 għal approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet • ¨ Impatt
finanzjarju minn SSSS sa SSSS ¨ Il-proposta/inizjattiva ta' terminu
illimitat • Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu
minn SSSS sa SSSS, • Segwita b’operazzjoni
sħiħa. 1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni
previst(i)[35] ¨ Ġestjoni diretta
ċentralizzata mill-Kummissjoni ý Ġestjoni indiretta
ċentralizzata bid-delega ta' kompiti ta'
implimentazzjoni lil: • ¨ aġenziji
eżekuttivi • ¨ entitatjiet
stabbiliti mill-Komunitajiet[36] • ý korpi
nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku • ¨ il-persuni fdati
bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V
tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti
jaġixxu fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Immaniġġjar deċentralizzat ma' pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (għandhom jiġu
speċifikati) Jekk huwa
indikat aktar minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok
agħti d-dettalji fit-taqsima “Il-kummenti”. Kummenti Il-kontribut
finanzjarju tal-UE għall-programm konġunt sejjer jitħallas
lill-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata, li taġixxi f’isem l-Istati
Parteċipanti. L-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata sejra
timmaniġġja l-Eurostars-2 u tirċievi, talloka u tissorvelja l-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni. L-istruttura identifikata mill-Istati Parteċipanti
fis-Segretarjat EUREKA. L-istruttura ta’ tmexxija hija deskritta f’aktar
dettall fl-Anness III tad-Deċiżjoni. 2. IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli ta’ sorveljanza u
tar-rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Skont
il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020,
l-implimentazzjoni tal-Programm Eurostars-2 hija ssorveljata u rrappurtata
annwalment mill-istruttura ta’ ġestjoni ddedikata lill-Kummissjoni. Sejra
titwettaq evalwazzjoni interim wara tliet snin ta’ operat bl-għajnuna ta’
esperti indipendenti. Sejra titwettaq evalwazzjoni finali minn esperti esterni
fi tmiem il-programm. Il-Kummissjoni sejra tissottometti r-riżultati
lill-PE u lill-Kunsill. 2.2. Is-sistema ta’
ġestjoni u kontroll 2.2.1. Ir-riskju/riskji
identifikat(i) 1)
Ir-riskji ewlenin jikkonċernaw il-kapaċità tal-istruttura ta’
implimentazzjoni ddedikata biex timmaniġġja l-kontribuzzjoni
tal-baġit tal-Unjoni u s-sorveljanza effettiva tal-aġenziji
nazzjonali involuti fl-operat fuq bażi ta’ kuljum tal-programm 2)
Fir-rigward ta’ programmi oħra b’parteċipazzjoni għolja
mill-SMEs, hemm riskju ta’ possibbiltà ta’ telfiet finanzjarji minħabba
grupp fil-mira speċifiku tal-Eurostars-2 (SMEs) u l-approċċ
ġestjoni indiretta ċentralizzata. 3)
It-tielet riskju jikkonċerna l-kapaċità tal-pajjiżi involuti
biex jiffinazjaw b’mod effettiv il-kontribuzzjonijiet tagħhom
għall-programm. 2.2.2. Il-metodu/metodi ta’
kontroll previst(i) Ir-riskju 1
huwa mmitigat mill-fatt li l-UE, irrappreżentata mill-Kummissjoni, hija
membru sħiħ tal-istruttura governattiva tal-Eureka, li tissorvelja
l-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata għall-kwistjonijiet tal-Eureka
kollha. Għall-mitigazzjoni
tar-riskju 2, kif imsemmi fl-Artikolu 13, fl-implimentazzjoni tal-Programm
Eurostars-2, l-Istati Parteċipanti għandhom jieħdu miżuri
leġiżlattivi, regolatorji, amministrattivi jew miżuri
oħrajn għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’mod
partikolari, l-Istati Parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri
meħtieġa biex jiġi żgurat l-irkupru sħiħ
tal-ammonti dovuti lill-Unjoni. Fir-rigward
tar-riskji 1 u 2, ara wkoll il-kapitolu 2.3 F’dak li
jikkonċerna r-riskju 3, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni sejra tiġi
ttrasferita lill-benefiċjarji permezz tal-aġenziji ta’ finanzjament
tal-Istati Parteċipanti meta tiġi pprovduta biss prova tal-ħlas
effettiv tal-kontribuzzjoni nazzjonali lill-benefiċjarju. Barra minn
hekk, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma tistax jaqbeż terz tal-kontribuzzjoni
tal-Istati Parteċipanti u l-appoġġ tal-Unjoni għall-infiq
amministrattiv ma jistax jaqbeż 2 % tal-kontribuzzjoni kumplessiva
tal-Unjoni. Miżuri
ta’ mitigazzjoni addizzjonali sejrin jiġu deċiżi fil-qafas
tal-Ftehim ta’ Delega bejn l-UE u l-ESE u tal-Ftehmiet Bilaterali bejn l-ESE u
l-NFBs. 2.2.3. L-ispejjeż u
l-benefiċċji tal-kontrolli u r-rata probabbli ta’ nuqqas ta’
konformità Is-sistema
ta’ kontroll imwaqqfa għall-implimetazzjoni tal-programm sejra tiġi
ddisinjata b’tali mod li tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli
tal-ilħuq ta’ ġestjoni xierqa tar-riskji relatati mal-effettività u
l-effiċjenza tal-operazzjonijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità
tat-tranżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li titqies in-natura speċjali
tal-Eurostars-2 bħala sħubija pubblika-privata. Is-sistema ta’
kontroll għandha ssib bilanċ bejn il-fiduċja u l-kontroll,
filwaqt li tqis l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż oħrajn
tal-kontrolli fil-livelli kollha, speċjalment għall-parteċipanti,
sabiex tkun tista’ tikkontribwixxi aħjar biex jintlaħqu
l-għanijiet tal-Programm ta’ Qafas Orizzont 2020. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifka
l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. Artikolu 6 tad-Deċiżjoni
li jistabbilixxi l-EUROSTARS-2 jiddikjara li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija
kondizzjonali sakemm tintlaħaq konformità mill-ESE mar-rekwiżiti ta’
rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Skont l-Artikolu 11, il-Kummissjoni tista’ ttemm, tnaqqas jew tissospendi
l-kontribuzzjoni tagħha. Il-ftehim
ta’ delega li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-ESE
f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sejjer
jipprevedi li l-Kummissjoni tissorvelja l-attivitajiet tal-ESE, b’mod
partikolari billi jitwettqu verifiki. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata: –
L-intestaturi baġitjarji eżistenti Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi
baġitjarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || L-intestatura baġitjarja || Tip ta' nefqa || Il-kontribuzzjoni Numru 08 02 02 03 Żieda fl-innovazzjoni f'impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). || Diff./mhux-diff. ([37]) || minn pajjiżi tal-EFTA[38] || mill-pajjiżi kandidati[39] || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal- Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 1A || || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA 3.2. Stima tal-impatt fuq
in-nefqa: 3.2.1. Sinteżi tal-impatt
stmat fuq in-nefqa EUR miljuni (sa
tliet punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Numru || Intestatura: 1a - Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi DĠ: RTD || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021-2024 || TOTALI Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || || Numru tal-intestatura baġitjarja:08 02 02 03 || Impenji || (1) || 33,500 || 35,000 || 38,000 || 41,000 || 43,000 || 46,000 || 50,500 || || 287,000[40] Pagamenti || (2) || 4,000 || 28,000 || 30,000 || 32,000 || 34,000 || 36,000 || 40,000 || 83,000 || 287,000 Numru tal-intestatura tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || || || Pagamenti || (2a) || || || || || || || || || L-approprjazzjonjiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[41] || || || || || || || || || Numru tal-intestatura tal-baġit || || (3) || 0,337 || 0,344 || 0,351 || 0,358 || 0,365 || 0,372 || 0,380 || || 2,505 approprjazzjonijiet TOTALI għal DĠ RTD || Impenji || =1+1a +3 || 33,837 || 35,344 || 38,351 || 41,358 || 43,365 || 46,372 || 50,880 || || 289,505 Pagamenti || =2+2a +3 || 4,337 || 28,344 || 30,351 || 32,358 || 34,365 || 36,372 || 40,380 || 83,000 || 289,505 || || || || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || || Pagamenti || (5) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || approprjazzjonijiet TOTALI skont l-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || || Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || || Jekk iżjed minn intestatura waħda hija
affettwata mill-proposta / inizjattiva: TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || || Pagamenti || (5) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || approprjazzjonijiet TOTALI skont l-INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont referenzjarju) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || || Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5 || ‘In-nefqa amministrattiva’ EUR miljuni (sa tliet punti deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2014 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || 2021 – 2024 || TOTALI DĠ: RTD || || Riżorsi umani || || || || || || || || || Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || || TOTAL DĠ RTD || Approprjazzjonijiet || || || || || || || || || approprjazzjonijiet TOTALI għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || || || || || || || || || EUR miljuni (sa tliet punti deċimali) || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 – 2024 || TOTALI approprjazzjonijiet TOTALI skont l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 33,837 || 35,344 || 38,351 || 41,358 || 43,365 || 46,372 || 50,880 || || 289,505 Pagamenti || 4,337 || 28,344 || 30,351 || 32,358 || 34,365 || 36,372 || 40,380 || 83,000 || 289,505 3.2.2. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta'
approprjazzjonijiet operattivi. –
ý Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzonijiet
ta’ impenn f’EUR miljuni (sa tliet postijiet deċimali) L-għanijiet u l-eżiti indikattivi ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTALI || Tip || Spiża medja || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru totali || Spiża Totali*** GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || - Eżitu (* **) || Proġetti tar-R&Ż || 0,56 || 180 || 100,700 || 205,000 || 114,800 || 240 || 134,600 || 275 || 154,400 || 325 || 181,600 || 375 || 209,800 || 450 || 252,100 || 2050 || 1.148,000 - Eżitu || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Eżitu || || || || || || || || || || || || || || || || || || Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || || - Eżitu || || || || || || || || || || || || || || || || || || Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || L-ISPIŻA TOTALI || 180 || 100,700 || 205 || 114,800 || 240 || 134,600 || 275 || 154,400 || 325 || 181,600 || 375 || 209,800 || 450 || 252,100 || 2050 || 1.148,000 * Sehem ta’ kontribuzzjoni tal-UE jista’
jintuża biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-istruttura
ddedikata għall-implimentazzjoni, b’limitu ta’ 2 % kontribuzzjoni MEU ** Spiża medja ta’ EUR 1.4 M hija
preżunta għall-proġetti tal-Eurostars b’rata medja ta'
kofinanzjament pubbliku ta’ 40 %. B’finanzjament pubbliku ta’ EUR 0,56 M
għal kull proġett, u b'baġit globali għall-programm ta’ EUR
1148 M (EUR 861 M mill-pajjiżi parteċipanti fl-Eurostars-2 + EUR 287
M mill-kontribuzzjoni tal-UE), jistgħu jiġu ffinanzjati madwar 2050
proġett *** il-kontribuzzjoni tal-UE lejn l-ispejjeż
totali ma għandhiex taqbeż EUR 287 miljun. 3.2.3. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta'
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
ý Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt: EUR miljuni (sa
tliet punti deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || Subtotali INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || Barra mill-INTESTATURA 5[42] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || Riżorsi umani || 0,337 || 0,344 || 0,351 || 0,358 || 0,365 || 0,372 || 0,380 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || Subtotali barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || TOTALI || 0,337 || 0,344 || 0,351 || 0,358 || 0,365 || 0,372 || 0,380 L-approprjazzjonijiet
amministrattivi meħtieġa sejrin jiġu sodisfatti
mill-approprjazzjonijiet tal-DĠ li diġà huma assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew riallokati fid-DĠ,
flimkien, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li
tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura
ta’allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2. Ir-rekwiżiti stmati ta’ riżorsi
umani –
¨ Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx
l-użu ta’ riżorsi umani. –
ý Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tiġi espressa
f’unitajiet ekwivalenti għal full time || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) 08 01 01 01 (Il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || || 08 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || 08 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 1.5 || 1.5 || 1.5 || 1.5 || 1.5 || 1.5 || 1.5 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || || || Persunal estern (Ekwivalenti ta' unità Full Time: FTE)[43] 08 01 02 01 (AK, INT, SNE minn ‘pakkett globali’) || || || || || || || 08 01 02 02 (AK, INT, JED, AL u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || 08 01 04 ss[44] || - fil-kwartieri ġenerali || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || 08 01 05 02 (AK, SNE, INT — Ir-riċerka diretta) || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 10 01 05 02 (AK, SNE, INT — Ir-riċerka diretta) || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || TOTALI || 3.5 || 3.5 || 3.5 || 3.5 || 3.5 || 3.5 || 3.5 huwa l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi
umani meħtieġa sejrin jiġu sodisfatti mill-persunal mid-DĠ
li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew
riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’
kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’
ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl
tar-restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju: || Parteċipazzjoni f’laqgħat tal-korp ta’ governanza tal-Eurostars 2 li jseħħu fil-bini tas-Segretarjat tal-Eureka (bħala medja, kull korp jiltaqa’ darba kull xahrejn) L-approvazzjoni ta’ pjan ta’ ħidma annwali Monitoraġġ tal-implimentazzjoni fuq il-bażi tar-rapporti annwali Koordinament tal-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u finali u t-tħejjija tat-tweġiba tal-Kummissjoni għal dawk l-evalwazzjonijiet fil-forma ta’ rapport tal-Kummissjoni li għandu jiġi trażmess lill-Parlament u lill-Kunsill (1.5 uffiċjal) Il-persunal estern || Appoġġ għat-tħejjija ta’ ftehim ta’ delega mad-DIS Tħejjija ta’ deċiżjoni finanzjarja annwali u l-pagamenti relatati Appoġġ amministrattiv (2 AK) 3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju multiannwali –
ý Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
multiannwali attwali. –
¨ Il-proposta / inizjattiva sejra tinvolvi r-riprogrammazzjoni
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali. Spjega x’riprogrammazzjoni hija
meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi baġitarji
kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrumenti ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
multiannwali[45]. Spjega x’inhu meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi baġitarji kkonċernati
u l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix
kofinanzjament minn partijiet terzi. –
Il-proposta/inizjattiva tipprevedi
l-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzonijiet f’EUR miljuni (sa tliet postijiet
deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Totali F’Mill EUR Speċifika l-korp ta' kofinanzjament : L-Istati Membri[46] || 67,200 || 79,800 || 96,600 || 113,400 || 138,600 || 163,800 || 201,600 || 861,000 TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 67,200 || 79,800 || 96,600 || 113,400 || 138,600 || 163,800 || 201,600 || 861,000 Dettalji
tal-kofinanzjament Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni
għall-ispejjeż tal-operat (minbarra l-ispejjeż ta’ evalwazzjoni)
tal-Programm Eurostars 2 se tkun ta’ massimu ta’ 2% tal-kontribuzzjoni
finanzjarja kumplessiva tal-Unjoni. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha
tkun ugwali għal terz tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati parteċipanti,
iżda fi kwalunkwe każ ma għandhiex teċċedi EUR 287 M. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet li
jipparteċipaw fil-proġetti R&D magħżula wara li jkunu
saru Sejħiet għal Proposti mnedija mill-Programm għandhom
jiffinanzjaw dawn il-proġetti. Dawn il-kofinanzjamenti mistennija li
jammontaw għal medja ta’ 60% tal-fondi pubbliċi rċevuti
(iżda dan ivarja fost l-Istati Parteċipanti). 3.3. Impatt stmat fuq
id-dħul –
þ Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju
fuq id-dħul –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: ¨ fuq ir-riżorsi proprji ¨ fuq dħul mixxellanju [1] SME hija ditta li għandha inqas minn 250
impjegat, tiġġenera introjtu annwali ta’ anqas minn EUR 50 miljun
u hija indipendenti minn intrapriżi ikbar, skont ir-Rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003. Ara http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2003:124:0036:0041:mt:PDF. [2] SME li twettaq riċerka hija SME li tinvesti
mill-ġdid tal-anqas 10 % tal-introjtu tagħha jew tiddevota
tal-anqas 10 % tal-ekwivalenti għall-full time tagħha (FTEs)
għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp. [3] Il-Valur Miżjud Gross (GVA) jinkludi
d-deprezzament u l-gwadanji għall-ħaddiema, il-kapital u r-riskju
intraprenditorjali. Il-GVA huwa dak li jibqa’ meta l-ispejjeż intermedji
jitnaqqsu mill-bejgħ jew mill-introjtu. [4] Rapport tal-2012 dwar ir-reviżjoni
tal-prestazzjoni tal-SME, Ottubru 2012, http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/facts-figures-analysis/performance-review/files/supporting-documents/2012/annual-report_en.pdf. [5] Eurostars fil-bidu kien jinkludi 26 Stat Membru
tal-UE u ħames pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru. Wara
li Malta ngħaqdet mal-Eurostars f’Ottubru 2010, kienu qed
jipparteċipaw l-Istati Membri kollha tal-UE. Il-pajjiżi
assoċjati fil-preżent huma sitta: il-Kroazja, l-Iżlanda,
l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija. [6] Eureka huwa netwerk intergovermentali Ewropew,
stabbilit minn Konferenza tal-Ministri ta’ 17-il pajjiż u l-Istati Membri
tal-Komunitajiet Ewropej fl-1985, li għandu l-għan li
jappoġġja l-kollaborazzjoni fir-riċerka industrijali.
Fil-preżent dan għandu 40 pajjiż membru u jappoġġja
wkoll proġetti individwali, gruppi u programm ġeneriku minbarra
l-Eurostars. [7] Id-Deċiżjoni Nru 743/2008/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar
il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u
żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li
jappoġġja lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li
jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp. ĠU L 201, 30.7.2008,
p. 58. Ara http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:201:0058:0067:MT:PDF. [8] Ir-rapport sħiħ: http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/fp7-evidence-base/other_fp7_panel_evaluations/eurostars_programme_interim_evaluation.pdf. [9] Il-Grupp ta’ Esperti Indipendenti kien presjedut
mis-Sinjura Laperrouze, Membru ta’ qabel tal-Parlament Ewropew u Viċi
President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
(ITRE). [10] Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill, Evalwazzjoni Interim tal-Programm Konġunt Eurostars,
Brussell, 8 ta’ April 2011, COM(2011) 186. Ara http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/other_reports_studies_and_documents/communication_eurostars.pdf. [11] Ara http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/11/st11/st11030.en11.pdf. [12] COM(2011) 811 finali. [13] Ir-rapporti dwar il-Workshops huma ppubblikati fuq
l-internet: http://ec.europa.eu/research/horizon2020/pdf/workshops/innovation_in_small_and_medium_enterprises/summary_reports_workshops_on_21_june_and_12_july_2011.pdf#view=fit&pagemode=none. [14] Intervisti ma’ 37 parteċipant ta’ Eurostars, 17-il
istituzzjoni nazzjonali tar-R&Ż f’10 pajjiżi u aktar minn 3 000
reġistrant fuq is-sit ta’ applikazzjoni ta’ Eurostars. [15] COM(2011) 808 finali, 30.11.2011. [16] COM(2011) 809 finali, 30.11.2011. [17] L-ammont huwa indikattiv u se jiddependi fuq l-ammont
finali għad-DĠ RTD taħt l-isfida/tema msemmija hawn fuq. [18] ĠU C, p. .[Opinjoni tal-KESE] [19] COM(2010)2020 finali tat-3 ta' Marzu tal-2010 [20] ĠU … [H2020 FP]. [21] ĠU L 201, 30.7.2008, p. 58. [22] COM(2011) 186 tat-8 ta’ April 2011.
[23] ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36. [24] ĠU … [H2020 SP]. [25] COM(2010) 546 finali ta’ l-6 ta’ Ottubru 2010. [26] COM(2012) 392 finali tat-17 ta’ Lulju 2012. [27] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1. [28] ĠU L 362, 31.12.2012, p.1. [29] ĠU … [H2020 RfP]. [30] L-ammont huwa indikattiv u se jiddependi fuq l-ammont
finali miftiehem għad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni
għall-għan “Innovazzjoni fl-SMEs” taħt Parti 2 - Tmexxija
Industrijali, li se jkun finalment approvat mill-Awtorità tal-Baġit
fil-verżjoni finali tad-dikjarazzjoni finanzjarja u
leġiżlattiva. [31] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [32] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1. [33] ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-attività — IIA:
Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività. [34] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regoalment Finanzarju. [35] Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html. [36] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [37] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff.
= Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [38] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. . [39] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli,
pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent. [40] L-ammonti huma suġġetti għal ftehim dwar
l-ipprogrammar finanzjarju għal-linja baġitarja 08 02 02 03. [41] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ lejn l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet
tal-UE (dawk li kienu intestaturi “BA”), riċerka indiretta, riċerka
diretta. [42] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ lejn l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet
tal-UE (dawk li kienu intestaturi “BA”), riċerka indiretta, riċerka
diretta. [43] AK= Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali;
SNE = Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija
(“Intérimaire”); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti
Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); . [44] Sublimitu għall-persunal estern kopert minn
approprjazzjonijiet operattivi (dawk li kienu intestaturi “BA). [45] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [46] Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka,
id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja,
Franza, l-Italja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija,
Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall,
ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja kif ukoll l-Islanda,
l-Iżrael, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija.