|
18.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 425/56 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9593 — PTT GC/ALPLA TH/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 425/11)
1.
Fid-9 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PTT Global Chemical Public Company Limited (“PTT GC”, it-Tajlandja), |
|
— |
ALPLA TH Recyclingbeteiligungsgesellschaft m.b.H.A, (“ALPLA TH”, l-Awstrija), u |
|
— |
ENVICCO Limited (joint venture, “JV”, it-Tajlandja) |
PTT GC u ALPLA TH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
PTT GC timmanifattura u tissupplixxi prodotti petrokimiċi upstream, intermedji u downstream, inklużi l-PolyEthylene Terephthalate (PET) u l-High Density Polyethylene (HDPE); |
|
— |
ALPLA TH tiżviluppa u tipproduċi soluzzjonijiet ta’ imballaġġ tal-plastik riġidu bħalma huma sistemi ta’ imballaġġ (jiġifieri fliexken bit-tappijiet/bl-għotien), fliexken, għotien, partijiet bil-forma injettata, preforom u tubi; |
|
— |
Il-JV se tipproduċi u tissupplixxi plastik riċiklat b’mod mekkaniku, jiġifieri PET riċiklat u HDPE riċiklat, magħmula minn materjali tal-imballaġġ ta’ wara l-konsum. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9593 — PTT GC/ALPLA TH/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).