<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0800767101.case.xml"><NO.CASE>C-279/08 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CC0279</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7677</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7713</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>37</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI — KAWŻA C-279/08 P</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IL-PAJJIŻI L-BAXXI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ppreżentati fit-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell li huwa s-suġġett tal-kawża preżenti, il-Kummissjoni qed tappella mis-sentenza tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-233/04" PAGE.ECR="II-591" YEAR="2008">T-233/04 (Ġabra p. II-591)</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (li issa saret il-Qorti Ġenerali) annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20030624">24 ta’ Ġunju 2003</DATE><NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>C (2003) 1761 finali.</P></NOTE> dwar l-għajnuna mill-Istat N 35/2003 li tirrigwarda l-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu nnotifikata mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Deċiżjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>). Din l-istess sentenza hija s-suġġett ta’ żewġ appelli inċidentali ppreżentati mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu (NO<HT TYPE="SUB">x</HT>) innotifikata mill-Pajjiżi l-Baxxi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>miżura inkwistjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/>) u s-suġġett tad-Deċiżjoni, kif ukoll il-kontenut ta’ dik id-deċiżjoni, huma spjegati kif ġej fil-punti 8-13 u 16-20 tas-sentenza appellata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>8.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20030123">23 ta’ Jannar 2003</DATE>, l-awtoritajiet Olandiżi, skond l-Artikolu 88(3) KE, innotifikaw skema ta’ kummerċ ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għan-NO<HT TYPE="SUB">x</HT> [...] lill-Kummissjoni. Huma talbu lill-Kummissjoni tagħti deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna, skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1999" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="1">ĠU L 83, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20030624">24 ta’ Ġunju 2003</DATE> il-Kummissjoni adottat id-[Deciżjoni].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fil-punt 1 tad-[Deċiżjoni], il-Kummissjoni tiddeskrivi l-ewwel nett il-miżura in kwistjoni. Fil-kuntest tal-livell massimu nazzjonali Olandiż ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> iddefinit mid-Direttiva 2001/81, l-awtoritajiet Olandiżi ffissaw objettiv ta’ 55 kilotunnellati ta’<?PAGE NO="I-7678"?> emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> fl-2010 għall-installazzjonijiet industrijali kbar tagħhom, jiġifieri għal madwar 250 impriża.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ kif għandha taħdem din l-iskema, il-Kummissjoni tesponi, fil-punt 1.2 tad-[Deċiżjoni], li liġi nazzjonali tiffissa, għal kull installazzjoni industrijali, standard relattiv ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> li għandha tiġi rispettata. L-impriża tista’ tirrispetta l-istandard ta’ emissjonijiet hekk ipprovdut jew billi tadotta miżuri għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> ta’ l-installazzjoni tagħha, jew billi tixtri kwoti ta’ emissjonijiet mingħand impriżi oħra, jew inkella billi tgħaqqad iż-żewġ possibbiltajiet. It-tnaqqis fl-emissjonijiet, fil-forma ta’ krediti ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> jiġu offruti fis-suq tal-kwoti ta’ emissjonijiet mill-installazzjonijiet li l-emissjonijiet tagħhom huma inferjuri għall-istandard ta’ emissjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-emissjonijiet totali annwali ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> ta’ installazzjoni, korretta mill-krediti eventwali ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> mibjugħa jew mixtrija, għandhom jikkorrispondu mal-livell ta’ emissjonijiet awtorizzat għall-imsemmija installazzjoni. L-emissjonijiet annwali awtorizzati — f’termini assoluti — huma kkalkolati skond l-istandard ta’ emissjonijiet relattivi u skond il-kwantità ta’ enerġija użata mill-imsemmija installazzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fi tmiem kull sena, l-awtoritajiet Olandiżi jivverifikaw jekk l-installazzjonijiet irrispettawx l-istandards ta’ emissjonijiet preskritti. Kull sena, krediti ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> jistgħu jinxtraw, jiġu mġemmgħin jew mislufin għal perijodi futuri. Jekk installazzjoni taqbeż l-istandard ta’ emissjonijiet preskritt, hija għandha tikkumpensa l-eċċess is-sena ta’ wara. Barra minn hekk, dan l-eċċess li għandu jiġi kkumpensat jiżdied b’25 % sabiex l-installazzjoni tiġi skoraġġita milli twettaq kull qbiż ta’ dan il-limitu. Jekk installazzjoni ma tasalx tirrispetta l-istandard ta’ emissjonijiet stabbilit fil-konfronti tagħha, l-awtoritajiet Olandiżi jagħtuha multa effettiva, proporzjonata u dissważiva.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-punti 1.5 u 1.6 tad-[Deċiżjoni], il-Kummissjoni tippreċiża wara dan, li l-miżura in kwistjoni għandha tapplika għall-impriżi industrijali kollha li għandhom installazzjoni b’saħħa superjuri għal 20 megawatt termiċi (MWth), b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. L-awtoritajiet Olandiżi għandhom jibqgħu japplikaw il-valuri limitati ta’ emissjonijiet iffissati mill-varji direttivi Komunitarji fis-seħħ.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ l-evalwazzjoni tagħha tal-miżura in kwistjoni (punt 3 tad-[Deċiżjoni]), l-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar il-ġurisprudenza tagħha dwar l-i</TXT><?PAGE NO="I-7679"?><P>kemi ta’ kummerċ ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u tagħmel distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ iskemi, kif ġej:</P><P><QUOT.S LEVEL="2"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1)</NO.P><TXT>Is-sistemi fejn il-permessi ta’ emissjonijiet jew ta’ tniġġis negozzjabbli jiġu kkunsidrati bħala assi intanġibbli li jirrappreżentaw valur kummerċjali li l-Istat seta xorta waħda biegħ jew ħareġ b’offerti, u dan jagħti lok għal nuqqas ta’ qligħ (jew telf tar-riżorsi ta’ l-Istat), b’tali mod li jkun hemm għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>is-sistemi fejn il-permessi ta’ emissjonijiet jew ta’ tniġġis negozzjabbli għandhom jiġu kkunsidrati bħala prova uffiċjali li ċerta produzzjoni ma tistax tinbiegħ jew tinħareġ b’offerta lill-benefiċjaru tal-permess, b’tali mod li ma jkunx hemm nuqqas ta’ qligħ — u għaldaqstant l-ebda riżorsa ta’ l-Istat in kwistjoni — u dan jimplika, min-naħa tiegħu, nuqqas ta’ l-għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni tesponi r-raġunijiet li wassluha tikkonkludi li kien hemm għajnuna mill-Istat fil-każ tal-miżura in kwistjoni, jiġifieri, essenzjalment, l-għoti, mingħajr ħlas, min-naħa ta’ l-Istat ta’ krediti ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> lil grupp speċifiku ta’ impriżi li jikkumerċjaw bejn Stati Membri. Skond id-deċiżjoni kkontestata, l-awtoritajiet Olandiżi kellhom il-possibbiltà li jbiegħu jew li joħorġu b’offerta l-kwoti ta’ emissjonijiet. Għaldaqstant, billi joffri mingħajr ħlas krediti ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> bħala assi intanġibbli, l-Istat Membru jkun qiegħed jonqos milli jagħmel qligħ. Il-Kummissjoni tiddeduċi minn dan li din l-iskema tinvolvi riżorsi mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) KE. It-tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ l-impriżi kkonċernati taffettwa l-kummerċ bejn l-Stati Membri.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punt 3(3) tad-[Deċiżjoni] il-Kummissjoni teżamina l-kompatibbiltà tal-miżura in kwistjoni mas-suq komuni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, fil-punt 4 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tikkonstata li l-miżura in kwistjoni tinvolvi għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) KE, filwaqt li żżid li din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3) KE u l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet Olandiżi sabiex ta’ kull sena jibagħtulha rapport rigward l-implementazzjoni tal-miżura in kwistjoni u sabiex jinnotifikawha minn qabel dwar kull tibdil fil-kundizzjonijiet li taħthom tingħata l-għajnuna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħhom il-Pajjiżi l-Baxxi jsostnu li l-miżura inkwistjoni daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7680"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, appoġġjat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, talab lill-Qorti Ġenerali tannulla d-Deċiżjoni f’dik il-parti fejn ikkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat il-miżura inkwistjoni u tikkundanna l-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż. Din tal-aħħar ikkonkludiet, fl-ewwel lok, li r-rikors ma kienx ammissibbli, u sussidjarjament, li r-rikors kellu jiġi miċħud u talbet li l-Pajjiżi l-Baxxi jiġu kkundannati jħallsu l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors imressqa mill-Kummissjoni (punti 37-49). Dwar il-mertu, hija ċaħdet l-ewwel ilment tal-ewwel motiv tar-rikors, rigward il-ksur tal-Artikolu 87 KE, li permezz tiegħu l-Pajjiżi l-Baxxi rrilevaw in-nuqqas ta’ vantaġġ iffinanzjat permezz ta’ riżorsi tal-Istat (punti 63-78), u laqgħet it-tieni lment, li permezz tiegħu l-Istat rikorrent ikkontesta l-eżistenza tal-kundizzjoni tas-selettività (punti 84-101). Għalhekk il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni u kkundannat lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat l-appell li huwa s-suġġett tal-kawża preżenti. Fir-risposti rispettivi, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentaw appelli inċidentali. B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20081223">23 ta’ Diċembru 2008</DATE>, ir-Renju Unit u r-Repubblika tas-Slovenja ġew ammessi sabiex jintervjenu fil-kawża preżenti. B’digriet tat-<DATE ISO="20090508">8 ta’ Mejju 2009</DATE>, ir-Repubblika Franċiża ġiet ammessa sabiex tintervjeni taħt il-kundizzjonijiet previsti bl-Artikolu 93(7) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fis-seduta tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE> l-aġenti tal-Kummissjoni u tal-Gvernijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża ppreżentaw l-argumenti orali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fl-att li ta bidu għall-kawża, il-Kummissjoni talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja, prinċipalment, tannulla s-sentenza appellata u tiddikjara r-rikors fil-prim’istanza bħala inammissibbli u, sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tiċħad ir-rikors fil-prim’istanza. Fiż-żewġ każijiet, hija talbet li l-Pajjiżi l-Baxxi jiġu kkundannati jħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri tal-prim’istanza u tal-appell. Fir-risposta għall-appelli inċidentali tal-Pajjiżi l-Baxxi u tar-Repubblika Franċiża, il-Kummissjoni talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja, prinċipalment, tannulla s-sentenza appellata u tiddikjara inammissibbli r-rikors tal-prim’istanza u, sussidjarjament, tiċħad l-appelli inċidentali, tannulla s-sentenza appellata u tiċħad bħala infondat ir-rikors tal-prim’istanza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7681"?><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jikkonkludi, prinċipalment, li l-appell għandu jiġi miċħud u, sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata fil-parti fejn jiġi miċħud il-motiv tar-rikors li hu bbażat fuq in-nuqqas ta’ vantaġġ iffinanzjat permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Fiż-żewġ każijiet, huma jitolbu li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż tal-prim’istanza u tal-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkonkludi, prinċipalment, li l-appell għandu jiġi miċħud u li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata u, sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkunsidra inammissibbli din l-aħħar konklużjoni, l-appell għandu jiġi miċħud u, fil-każ li l-appell jiġi milqugħ, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata. Fiż-żewġ każijiet hija ssostni l-konklużjonijiet li ppreżentat fil-prim’istanza u titlob li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit isostni li t-talbiet tal-Kummissjoni dwar l-inammissibbiltà tar-rikors tal-prim’istanza għandhom jiġu miċħuda u jaqbel mal-konklużjonijiet ippreżentati fl-ewwel lok mill-Pajjiżi l-Baxxi. Ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li l-appell tal-Kummissjoni għandu jiġi miċħud u li din għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż. Waqt is-seduta, ir-Repubblika Franċiża sostniet li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jiġu miċħuda favur l-inammissibbiltà tar-rikors fil-prim’istanza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dwar l-appell prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-appell tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq żewġ aggravji. L-ewwel aggravju jirreferi għal ksur tal-Artikolu 230 KE u huwa indirizzat kontra dik il-parti tas-sentenza fejn hemm iddikjarat li r-rikors tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa ammissibbli. Bit-tieni aggravju, li ġie invokat sussidjarjament, il-Kummissjoni tilmenta minn ksur tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-ewwel aggravju tal-appell, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 230 KE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li Stat Membru ma għandux <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> abbażi tal-Artikolu 230 KE kontra deċiżjoni li tapprova b’mod inkundizzjonat miżura nnotifikata fil-kuntest ta’ skema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat. L-aggravju huwa bbażat fuq żewġ ilmenti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dwar l-ewwel ilment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Bl-ewwel ilment tal-ewwel aggravju tal-appell tagħha, il-Kummissjoni ssostni li<?PAGE NO="I-7682"?> l-Qorti Ġenerali ddistingwiet b’mod żbaljat l-fatti ppreżentati għall-eżami tagħha minn dawk li kienu s-suġġett tal-kawża li tat lok għad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20040128">28 ta’ Jannar 2004</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-164/02" PAGE.ECR="I-1177" YEAR="2004">C-164/02 (Ġabra p. I-1177)</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>digriet Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/>). Skont il-Kummissjoni ma teżisti ebda differenza li hija legalment rilevanti bejn iż-żewġ kawżi. Il-Pajjiżi l-Baxxi, appoġġjati mir-Renju Unit, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Franċiża, kif ukoll ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jsostnu minflok li ċ-ċirkustanzi tal-kawża li taw lok għal dak id-digriet huma sostanzjalment differenti minn dawk tal-kawża preżenti u għalhekk dak il-preċedent ma huwiex rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Jeħtieġ li ssir referenza fil-qosor għall-kontenut tad-digriet Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni mogħti fil-mori tal-kawża u li wassal sabiex tingħata s-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>F’dan id-digriet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat bħala inammissibbli r-rikors imressaq mill-Pajjiżi l-Baxxi kontra d-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni kienet ikkonstatat il-kompatibbiltà mas-suq komuni ta’ wħud mill-miżuri ta’ inċentiv għat-trasformazzjoni ta’ fdalijiet tat-tħammil innotifikati minn dak l-Istat Membru. Ir-rikors kien limitat għall-parti tad-deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontribuzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tal-port bis-saħħa ta’ dik il-liġi kienu jammontaw għal għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/> (punt 1).</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-raġunament tad-digriet huwa partikolarment xott. Wara li fakkret il-ġurisprudenza li abbażi tagħha jistgħu biss ikunu suġġett ta’ azzjoni għall-annullament fis-sens tal-Artikolu 230 KE, id-dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali vinkolanti li kapaċi jħallu effett fuq l-interessi tar-rikorrenti u li jbiddlu b’mod rilevanti l-pożizzjoni legali tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja ssostni, fil-punt 20, li d-deċiżjoni appellata, li kienet iddikjarat l-iskema tal-għajnuna mill-Istat li ġiet innotifikata bħala kompatibbli mas-suq komuni, ma setgħetx tbiddel b’mod rilevanti s-sitwazzjoni legali tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ladarba, fin-notifika tiegħu ta’ dik l-iskema, il-Gvern Olandiż [kien] talab lill-Kummissjoni tevalwa l-legalità fis-sens tal-Artikoli 87 KE u 88 KE<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/><NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Fuq nota purament inċidentali, nammetti li għandi ftit tad-diffikultà sabiex nifhem ir-relazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tidher li qiegħda tistabbilixxi bejn l-effett tan-notifika u l-evalwazzjoni tal-effetti tad-dispożizzjoni. Li tiġi stabbilita l-inċidenza ta’ dispożizzjoni f’materja ta’ għajnuna mill-Istat fuq is-sitwazzjoni legali tal-Istat destinatarju, fil-fehma tiegħi jiddependi fuq l-evalwazzjoni oġġettiva tal-effetti tagħha, irrispettivament mill-konvinzjoni li dak l-Istat jista’ jkollu rigward il-klassifikazzjoni eżatta jew il-kompatibbiltà mas-suq komuni tal-miżuri proposti, inqas u inqas f’każ li dan jiddeċiedi li jipproċedi bin-notifika ta’ dawk il-miżuri.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fil-punti 21 u 22, il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet għall-argument tal-Pajjiżi l-Baxxi li jsostnu li parti mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni appellata (fejn il-Kummissjoni tirrileva li wħud mill-awtoritajiet tal-port jidħlu taħt il-kunċett ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 87 KE) kienet toħloq madankollu konsegwenzi legali negattivi għal dak l-Istat. F’dan ir-rigward, hija osservat fuq kollox li huwa biss id-dispożittiv ta’ deċiżjoni li jista’ jikkawża effetti legali u, konsegwentement, li joħloq preġudizzju, u li l-interpretazzjonijiet mogħtija fil-motivazzjoni jistgħu jiġu legalment mistħarrġa mill-qorti Komunitarja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fil-każ biss, li jkunu parti mill-motivazzjoni ta’ att li joħloq preġudizzju, jifformaw il-bażi meħtieġa tad-dispożittiv ta’ dak l-att<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Hija kkonkludiet, fil-punt 22, li, fil-każ inkwistjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>il-motivazzjoni kkontestata ma tifformax il-bażi meħtieġa tad-dispożittiv<?PAGE NO="I-7683"?> ta’ deċiżjoni li toħloq preġudizzju għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>, u speċifikat li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>peress li l-Kummissjoni kkonstatat fid-dispożittiv tad-deċiżjoni appellata li, irrispettivament mill-fatt li wħud mill-kontribuzzjonijiet inkwistjoni jistgħu jikkostitwixxu għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87 (1) KE, l-iskema inkwistjoni hija madankollu ġġustifikata minħabba r-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 87 (3)(ċ) KE, fejn id-dispożittiv msemmi ma <HT TYPE="ITALIC">jammontax assolutament għat-teħid ta’ pożizzjoni dwar in-natura tal-impriża ta’ kull awtorità tal-port, u lanqas dwar in-natura tal-attivitajiet ta’ dawn l-awtoritajiet fit-totalità tagħhom</HT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/><NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Jiena żidt il-parti miktuba bil-korsiv.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fil-punt 23, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet tgħid illi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[i]d-deċiżjoni appellata ma tgħid xejn dwar il-pożizzjonijiet partikolari ta’ xi waħda jew oħra mill-awtoritajiet tal-port inkwistjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>din id-deċiżjoni ma tikkundizzjonax bl-ebda mod l-evalwazzjoni fis-sens tal-Artikolu 87 (1), ta’ kontribuzzjonijiet eventwali oħrajn mogħtija mill-awtoritajiet tal-port<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Mill-motivazzjoni tad-digriet, riprodotta b’mod ġenerali fil-punt preċedenti, jirriżulta li kien hemm żewġ elementi li wasslu f’dak il-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddikjara r-rikors tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala inammissibbli. Fl-ewwel lok, fir-raġunament fil-qosor tal-Qorti tal-Ġustizzja, tassumi rwol partikolarment sinjifikattiv, jekk mhux determinanti, iċ-ċirkustanza li, fl-att tan-notifika, il-Pajjiżi l-Baxxi kellhom jillimitaw irwieħhom li jitolbu lill-Kummissjoni li tevalwa l-legalità tal-miżuri ta’ inċentiv għat-trasformazzjoni tal-fdalijiet tat-tħammil, mingħajr ma jindikaw li qegħdin isostnu li dawn il-miżuri ma jammontawx għall-għajnuna tal-Istat meta jkunu maħsuba għall-awtoritajiet tal-port<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Mill-qari tal-atti tal-kawża joħroġ li Kummissjoni stess insistiet dwar ir-rilevanza ta’ din iċ-ċirkustanza, billi enfasizzat li bl-ebda mod, fil-kors tal-proċediment amministrattiv il-Pajjiżi l-Baxxi ma informawha bil-pożizzjoni tagħhom dwar il-klassifikazzjoni tal-inċentivi maħsuba għall-awtoritajiet tal-port.</P></NOTE>. Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat illi l-Kummissjoni, billi kkunsidrat il-miżuri nnotifikati fit-totalità tagħhom bħala kompatibbli mal-Artikolu 87 (3), astjeniet milli tippronunzja ruħha b’mod definittiv dwar in-natura tal-għajnuna tal-inċentivi lill-awtoritajiet tal-port.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ elementi huma neqsin f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Minn naħa, meta nnotifikaw il-miżura inkwistjoni, il-Pajjiżi l-Baxxi ppreċiżaw li,<?PAGE NO="I-7684"?> fil-fehma tagħhom, din ma kinitx tammonta għal għajnuna mill-Istat u talbu dikjarazzjoni mill-Kummissjoni f’dan is-sens. Min-naħa l-oħra, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ħadet pożizzjoni ċara u inekwivokabbli dwar in-natura tal-għajnuna ta’ dik il-miżura. Kuntrarju għal dak li sostniet l-istituzzjoni rikorrenti, fid-dawl tal-motivazzjoni tad-digriet Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, dawn id-differenzi huma legalment rilevanti u jimpedixxu li tiġi trasposta awtomatikament għall-każ inkwistjoni s-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-preċedent inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, inħoss li mhux possibbli li wieħed jilmaħ fid-digriet Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni l-intenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li teskludi fil-prinċipju d-dritt tal-Istati Membri li jikkontestaw id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni tawtorizza, b’mod inkundizzjonat, il-miżuri ta’ għajnuna nnotifikati minnhom. Għal kuntrarju, il-karatteristiċi speċifiċi tal-każ inkwistjoni, u l-mod kif dawn ġew interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, iwasslu pjuttost sabiex tiġi limitata l-portata tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, insostni li l-Qorti Ġenerali ma għamlitx żball meta ddistingwixxiet il-każ inkwistjoni li ġie mressaq għall-eżami tagħha mis-suġġett tal-kawża li tat lok għad-digriet Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni. Din il-konklużjoni ma terġax titqiegħed għad-diskussjoni anki fejn jiġi kkonstatat li kien hemm l-iżnaturament tal-fatti li, skont il-Kummissjoni, għamlet il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-punt 47 tas-sentenza appellata<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali sostniet b’mod żbaljat li, fid-deċiżjoni appellata fil-kawża li tat lok għad-digriet Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, il-konstatazzjonijiet li huma s-suġġett tal-ilment min-naħa tal-Istat Membru rikorrenti kienu jeżistu biss fil-motivazzjoni u mhux fid-dispożittiv.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-ewwel ilment imressaq mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ewwel aggravju tal-appell tagħha għandu għalhekk jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dwar it-tieni lment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Bit-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta d-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali li abbażi tagħha l-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna ħolqot konsegwenzi legali. L-ilment huwa indirizzat b’mod partikolari kontra l-punt 41 tas-sentenza appellata, fejn il-Qorti Ġenerali sostniet li din il-klassifikazzjoni, li ppermettiet lill-Kummissjoni teżamina l-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq komuni, minn naħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tiddetermina l-applikazzjoni tal-proċedura prevista għall-iskemi ta’ għajnuna eżistenti mir-Regolament Nru 659/1999, u b’mod partikolari tal-proċedura prevista fl-Artikoli 17 sa 19 u fl-Artikolu 21 tiegħu, li timponi fuq l-Istat Membru l-obbligu li jikkomunika rapport annwali fuq l-iskemi kollha ta’ għajnuna eżistenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/> u, min-naħa l-oħra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>jista’ (…) jkollha effett ukoll fuq l-għoti<?PAGE NO="I-7685"?> ta’ għajnuna ġdida abbażi tar-regoli dwar il-kumulu ta’ għajnuna ta’ oriġini differenti, previsti b’mod partikolari mill-punt 74 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għall-ħarsien ta’ l-ambjent<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-istituzzjoni rikorrenti tisħaq li, minħabba n-natura oġġettiva tal-kunċett ta’ għajnuna, il-konsegwenzi msemmija mill-Qorti Ġenerali joriġinaw min-natura nnifisha tal-miżura inkwistjoni u mhux mid-Deċiżjoni. Fil-fehma tiegħi dan l-argument ma jikkonvinċinix. Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi sostniet, anki jekk fil-kuntest tad-definizzjoni tas-sinjifikat tal-kontroll ġurisdizzjonali dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ għajnuna min-naħa tal-Kummissjoni, li dan il-kunċett huwa ta’ natura oġġettiva<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara pereżempju, sentenza tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, Franza vs Ladbroke Racing u Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-83/98 P" PAGE.ECR="I-3271" YEAR="2000">C-83/98 P, Ġabra p. I-3271</REF.DOC.ECR>, punti 24 u 25), li tirreferi għaliha l-Kummissjoni.</P></NOTE>, li jippermetti li wieħed isostni, kif jidher li tagħmel il-Kummissjoni, li deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 87 (1) KE (l-Artikolu 107 (1) TFUE) għandha valur sempliċement ta’ verifika, pożittiva jew negattiva, tan-natura tal-għajnuna tal-miżura nnotifikata. Minkejja dan, fil-fehma tiegħi huwa diffiċli li jiġi kkontestat li, fejn il-Kummissjoni tiddikjara b’mod żbaljat li intervent tal-Istat partikolari jikkostitwixxi għajnuna, huwa minn din id-deċiżjoni u mhux mill-miżura inkwistjoni, li fir-realtà hija nieqsa mir-rekwiżiti ta’ għajnuna, li minnha joriġinaw il-konsegwenzi legali marbuta ma’ din il-klassifikazzjoni, konsegwenzi li ma jkunx possibbli għall-Istat Membru inkwistjoni li jelimina jekk ma jiksibx l-annullament dwar il-punt tad-deċiżjoni. Barra minn hekk, infakkar li argument simili kien invokat mill-istituzzjoni rikorrenti anki sabiex tiġi eskluża l-ammissibbiltà tar-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżamina miżura tal-Istat peress li kienet għajnuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ġdida<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/> u mhux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>eżistenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/> u li dan kien ġie miċħud mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19920630">30 ta’ Ġunju 1992</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-312/90" PAGE.ECR="I-4117" YEAR="1992">C-312/90, Ġabra p. I-4117</REF.DOC.ECR>, punti 6 u 13) u L-Italja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-47/91" PAGE.ECR="I-4145" YEAR="1992">C-47/91, Ġabra p. I-4145</REF.DOC.ECR>, punti 14 u 26).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-applikazzjoni tal-limiti tal-kumulazzjoni tal-għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Komunitarja tal-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent, u msemmija fil-punt 41 tas-sentenza appellata, tikkostitwixxi konsegwenza purament ipotetika tad-Deċiżjoni. Naqbel ma’ din l-analiżi. Dak il-limitu huwa fil-fatt maħsub sabiex jipproduċi effetti fil-każ biss li l-Pajjiżi l-Baxxi jiddeċiedu li jagħtu għajnuna oħra lill-impriżi rigward il-miżura inkwistjoni. Barra minn hekk, l-istess jista’ jingħad għal dak li jirrigwardja l-obbligu tan-notifika u l-obbligu stand-still stipulat fl-Artikolu 88(3) KE (l-Artikolu 108(3) TFUE), li l-Gvern Ġermaniż jirreferi għalihom, obbligi li l-Pajjiżi l-Baxxi jridu josservaw fil-każ biss li jiddeċiedu jadottaw miżuri simili għal dik ikkontestata jew, konformi mal-punt 4 ta’ dik id-Deċiżjoni, li jbiddlu elementi ta’ dik il-miżura.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7686"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligu tal-Istat Membru li jkun interessat, li jippreżenta rapport dwar l-implementazzjoni tal-miżura inkwistjoni, liema obbligu jissemma wkoll fil-punt 41 tas-sentenza kkontestata, il-Kummissjoni essenzjalment tillimita ruħha li tosserva li, skont l-informazzjoni fil-pussess tagħha, l-ebda rapport ma qatt intbagħat mill-awtorità tal-Pajjiżi l-Baxxi. Dan l-argument, fil-fehma tiegħi, ma jsegwix. Iċ-ċirkustanza li dan l-obbligu sa issa ma ġiex implementat mill-Pajjiżi l-Baxxi fil-fatt ma għandhiex effett fuq il-kunsiderazzjoni tal-konsegwenza legali tal-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, insostni li proprju l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata għall-iskemi ta’ għajnuna eżistenti, invokata mill-Qorti Ġenerali fl-imsemmi punt 41 tas-sentenza appellata, twassal għal konsegwenza legali ta’ importanza kbira li toħroġ mill-klassifikazzjoni bħala għajnuna ta’ intervent mill-Istat li jkun innotifikat. Fis-sens tal-Artikolu 108(1) TFUE, il-Kummissjoni tkompli bl-eżami permanenti tal-iskemi ta’ għajnuna eżistenti fl-Istati Membri skont il-proċedura indikata fis-subartikolu (2) suċċessiv u ppreċiżata fl-Artikoli 17-19 tar-Regolament Nru 659/99. Dan jimplika li intervent mill-Istat ikkwalifikat bħala għajnuna jiġi mqiegħed taħt skrutinju kontinwu min-naħa tal-Kummissjoni u taħt kontroll regolari. Għalhekk deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3) TFUE toffri lill-Istat Membru kkonċernat inqas ċertezza ta’ dritt, apparti minn marġini ta’ manuvra iktar ristrett fl-implementazzjoni tal-miżura nnotifikata, meta mqabbla ma’deċiżjoni li teskludi n-natura ta’ għajnuna ta’ din il-miżura fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Fil-każ tal-Pajjiżi l-Baxxi, kienet proprju t-tfittxija għaċ-ċertezza tad-dritt li ċaqalqet lill-awtoritajiet tal-imsemmi Stat Membru li jinnotifikaw il-miżura inkwistjoni anki jekk kienu konvinti li din ma kinitx tammonta għal għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, insostni għalhekk li anki t-tieni lment imressaq mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ewwel aggravvju tagħha tal-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Konklużjonijiet dwar l-ewwel aggravju tal-appell</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja li din għandha tiċħad għal kollox l-ewwel aggravju tal-appell imressaq mill-Kummissjoni, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 230 KE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar it-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 87(1) KE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>It-tieni aggravju tal-appell, ippreżentat sussidjarjament, huwa bbażat ukoll fuq żewġ ilmenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7687"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dwar l-ewwel ilment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Bl-ewwel ilment tat-tieni aggravju tal-appell, il-Kummissjoni tikkontesta l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali fejn tgħid li l-miżura inkwistjoni ma tammontax għal għajnuna mill-Istat peress li ma hijiex tali li tivvantaġġja wħud mill-impriżi jew uħud mill-prodotti. Dan l-ilment huwa bbażat fuq il-punti 84-96 tas-sentenza appellata u jqajjem żewġ kontestazzjonijiet distinti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Dwar l-ewwel kontestazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta qabel xejn li l-Qorti Ġenerali attribwixxiet importanza partikolari, bl-iskop li teskludi s-selettività tal-miżura inkwistjoni, għaċ-ċirkustanza partikolari li l-istabbilimenti industrijali kbar kollha tal-Pajjiżi l-Baxxi huma suġġetti għall-miżura inkwistjoni u li, konsegwentement, il-kriterju tal-applikazzjoni ta’ dik il-miżura huwa oġġettiv u mhux ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġeografika jew settorjali.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-fatt li n-numru ta’ impriżi li jistgħu jippretendu li jibbenefikaw mill-miżura inkwistjoni huwa pjuttost kbir, jew li dawn l-impriżi jappartjenu għal setturi ta’ attivitajiet differenti, ma huwiex biżżejjed sabiex jeskludi n-natura selettiva tal-miżura nnifisha u, għalhekk, sabiex jeskludi l-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara sentenzi tas-<DATE ISO="19990617">17 ta’ Ġunju 1999</DATE>, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-75/97" PAGE.ECR="I-3671" YEAR="1999">C-75/97, Ġabra p. I-3671</REF.DOC.ECR>, punt 32), tat-<DATE ISO="20011108">8 ta’ Novembru 2001</DATE>, Adria Wien Pipeline u Wietersdorfer &amp; Peggauer Zementwerke (Ġabra p. I-8365, punt 48), u tat-<DATE ISO="20030213">13 ta’ Frar 2003</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-409/00" PAGE.ECR="I-1487" YEAR="2003">C-409/00, Ġabra p. I-1487</REF.DOC.ECR>, punt 48).</P></NOTE>. Skont din l-istess ġurisprudenza, il-fatt li miżura statali tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi ta’ applikazzjoni orizzontali jindika biss li l-inċentivi stipulati minnha ma jammontawx għal għajnuna individwali iżda jidħlu taħt skema ta’ għajnuna<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, b’mod partikolari, Spanja vs Il-Kummissjoni (C-409/00 iċċitata iktar ’il fuq, punt 49).</P></NOTE>. Il-Kummissjoni għalhekk issostni korrettament, fil-kuntest tal-ewwel kontestazzjoni tagħha, li dak il-fatt ma jippermettix minnu nnifsu, li wieħed jikkonkludi li inizjattiva mill-Istat għandha tiġi kkunsidrata bħala miżura ġenerali ta’ politika ekonomika, li għalhekk hija nieqsa minn element selettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madankollu, din il-kontestazzjoni hija bbażata fuq interpretazzjoni mhux eżatta tas-sentenza appellata u għalhekk għandha tiġi injorata. Fil-fatt, kuntrarju għal dak li jidher li qiegħda ssostni l-Kummissjoni, il-konklużjoni li hemm fil-punt 96 tas-sentenza appellata, fejn jingħad li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>il-miżura in kwistjoni, meħuda kollha kemm hi, ma tiffavorixxix [...] ċerti impriżi jew ċerti produzzjonijiet, fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) KE<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/>, ma hijiex ibbażata, jew ma hijiex ibbażata b’mod determinanti, fuq il-punti 87<?PAGE NO="I-7688"?> u 88 preċedenti, li huma b’mod partikolari s-suġġett ta’ kontestazzjoni tar-rikorrenti. Minn naħa, fil-punt 87 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma tesprimix l-evalwazzjoni proprja tagħha, imma sempliċiment tesponi wħud mill-elementi li jikkaratterizzaw il-miżura inkwistjoni, kif spjegat fid-Deċiżjoni, filwaqt li l-ewwel frażi tal-punt 88 tinkludi biss konstatazzjoni ta’ fatt.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-konklużjoni inkluża fit-tieni sentenza tal-istess punt 88, fejn jingħad li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>l-kriterju għall-applikazzjoni tal-miżura in kwistjoni huwa [...] oġġettiv, mingħajr ebda kunsiderazzjoni ġeografika jew settorjali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/>, għandha importanza limitata fl-ambitu tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali u għalhekk sostanzjalment inferjuri fir-rigward ta’ dik li tiġi attribwita lilha mill-Kummissjoni. Fil-fatt mill-punti 89 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tas-sentenza appellata, li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li hi pjuttost deċiżiva, bl-iskop li teskludi s-selettività tal-miżura inkwistjoni, il-konstatazzjoni, inkluża fil-punt 90 tal-motivazzjoni, fejn jingħad li s-sitwazzjoni legali u fattwali tal-impriżi suġġetti għal-limiti ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> li jiġu applikati għall-impjanti industrijali kbar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ma tistax titqies li hija paragunabbli għal dik ta’ l-impriżi li għalihom dan il-limitu massimu ma japplikax<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/>. Il-konklużjoni li tinsab fil-punt 94 segwenti, jiġifieri li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>lanqas ma stabbilixxiet l-eżistenza ta’ skema ġenerali li tapplika għall-impriżi li jkunu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli ma’ dik ta’ l-installazzjonijiet suġġetti għall-miżura in kwistjoni, iżda li ma toffrix il-vantaġġ li tirrappreżenta n-negozzjabbiltà tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/> hija wkoll determinanti.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din l-analiżi, l-ewwel kontestazzjoni li saret mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ewwel ilment tat-tieni aggravju tal-appell, li bih l-istituzzjoni rikorrenti tikkontesta li l-Qorti Ġenerali bbażat ir-raġunament tagħha proprju fuq in-natura oġġettiva tal-kriterju ta’ applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni, għandha tiġi kkunsidrata li hija infondata. F’kull każ din hija ineffettiva, għaliex anki fejn hija fondata, ma tkunx minnha nnifisha suffiċjenti sabiex tinvalida l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li abbażi tagħha din il-miżura ma hijiex ta’ natura selettiva, ladarba, kif wieħed seta’ jara iktar qabel, din il-konklużjoni hija bbażata, b’mod sostanzjali, fuq kunsiderazzjonijiet ta’ tip differenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Dwar it-tieni kontestazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel ilment tat-tieni aggravju tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta, barra minn hekk, l-oneru<?PAGE NO="I-7689"?> tal-prova impost fuqha mill-Qorti Ġenerali<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Fil-kuntest ta’ din il-kontestazzjoni, fuq titolu purament inċidentali, il-Kummissjoni tqajjem dubji dwar il-kompatibbiltà tas-sentenza appellata, fil-parti fejn tiġi analizzata s-selettività tal-miżura kkontestata, mal-ġurisprudenza li ssostni li rikors għall-annullament ma jistax ikun ibbażat fuq fatti jew motivi li ma jkunux ġew imqajmin la fil-kors tal-proċeduri skont l-Artikoli 107 u 108 TFUE u lanqas fl-att introduttiv tar-rikors. Minħabba li dawn l-allegazzjonijiet huma vagi u l-fatt li l-Kummissjoni ma tidhirx li qiegħda tifformula obbligu veru u proprju, se nillimita ruħi f’dan ir-rigward għal żewġ punti qosra. Fl-ewwel lok, il-ġurisprudenza li tidher li qed tirreferi għaliha l-istituzzjoni rikorrenti, li abbażi tagħha l-leġittimità ta’ deċiżjoni dwar il-materja ta’ għajnuna mill-Istat trid tiġi evalwata fid-dawl tal-informazzjoni li kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-Kummissjoni meta adottatha [(ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19860710">10 ta’ Lulju 1986</DATE>, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="234/84" PAGE.ECR="2263" YEAR="1986">234/84, Ġabra p. 2263</REF.DOC.ECR>, punt 16), tas-<DATE ISO="19960926">26 ta’ Settembru 1996</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/94" PAGE.ECR="I-4551" YEAR="1996">C-241/94, Ġabra p. I-4551</REF.DOC.ECR>, punt 33)], tidher li hija nieqsa mir-rilevanza fil-każ inkwistjoni: fil-fatt il-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx abbażi ta’ elementi li ma kinux magħrufa mill-Kummissjoni, imma fis-sustanza, ikkritikat lil din tal-aħħar għax waslet għal konklużjoni favur is-selettività tal-miżura kkontestata mingħajr ma kellha elementi biżżejjed sabiex issostni din il-konklużjoni. Fit-tieni lok, ma huwiex ċar jekk, billi invokat ċ-ċirkustanza li l-Pajjiżi l-Baxxi fir-rikors ma qajmux il-kwistjoni tas-selettività, il-Kummissjoni għandhiex il-ħsieb issostni li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> jew bi ksur tal-Artikolu 48(2) tar-Regolamenti tal-Proċedura tagħha, li jistipula li ebda raġuni ġdida ma tista’ tiġi ppreżentata matul il-kawża. F’dan ir-rigward, l-aggravju eventwali tal-Kummissjoni huwa nieqes miċ-ċarezza neċessarja sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi.</P></NOTE>. Din il-kontestazzjoni hija indirizzata kontra l-punti 89-96 tas-sentenza appellata, minn fejn jirriżulta, fis-sustanza, li sabiex tintwera s-selettività tal-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni kellha tipproduċi l-prova li: (a) l-impriżi li dik il-miżura ma tapplikax għalihom, u li ma humiex offruti l-vantaġġ li jikkonsisti fin-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT>, huma suġġetti <HT TYPE="ITALIC">għall-istess obbligi</HT> (il-PSR), jew għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/><HT TYPE="ITALIC">obbligi tal-istess natura</HT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/>, bħal dawk imposti mill-imsemmija miżura, u (b) li dawn l-impriżi jistgħu jiġu mmultati fil-każ ta’ ksur<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Il-punti 89-96 tas-sentenza appellata jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej. Il-Qorti Ġenerali tirrileva qabel xejn li, meta jitqies l-għan tal-miżura kkontestata u tal-fatt li huwa biss fuq l-impriżi li huma suġġetti għaliha li jiġi impost, taħt piena ta’ ammenda, livell ta’ emissjonijiet jew livell standard riġoruż ta’ prestazzjoni (PSR), is-sitwazzjoni fattwali u legali ta’ dawn l-impriżi ma tistax titqies li hija simili għal dik tal-impriżi li għalihom dan il-limitu ma japplikax (punti 89 u 90). Iktar ’il quddiem din tikkonstata li l-Kummissjoni ma pprovdietx elementi li jippermettu li jiġi kkunsidrat li l-impriżi li jikkunsmaw inqas minn 20 MWth jinsabu f’sitwazzjoni simili għal dik tal-impriżi li huma suġġetti għall-miżura kkontestata, u lanqas ma huma imposti fuqhom, taħt piena ta’ ammenda, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>obbligi tal-istess natura<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/>: b’mod partikolari, din l-istituzzjoni ma pprovdietx elementi sabiex turi li dawn l-impriżi huma suġġetti għall-PSR. Il-Qorti Ġenerali tikkonkludi għalhekk li l-Kummissjoni ma ppruvatx l-eżistenza ta’ skema ġenerali li l-miżura kkontestata tidderoga minnha (punti 92-94).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-prova mitluba mill-Qorti Ġenerali hija superfluwa, ladarba jirriżulta b’mod ċar mid-Deċiżjoni u mis-sentenza appellata li l-impriżi kollha tal-Pajjiżi l-Baxxi huma suġġetti għal restrizzjonijiet fl-emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT>: dan ikun biżżejjed sabiex tintwera n-natura selettiva tal-miżura inkwistjoni, peress li, fir-rigward tal-limitazzjonijiet imposti fuq l-impriżi stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi kollha kemm huma, huwa biss il-grupp ta’ impriżi li tapplika għalihom din il-miżura li għandhom il-fakultà jiskambjaw bejniethom id-drittijiet ta’ emissjoni. Barra minn hekk, hija impossibbli li titwettaq il-prova mitluba mill-Qorti Ġenerali, peress li huwa evidenti li l-impriżi li ma humiex suġġetti għall-miżura inkwistjoni ma humiex obbligati li josservaw l-obbligi stipulati minnha. Għall-kuntrarju, il-Pajjiżi l-Baxxi jsostnu li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod korrett is-sinjifikat tal-oneru tal-prova li għandha l-Kummissjoni, peress li l-kriterju ta’ selettività stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja<?PAGE NO="I-7690"?> fis-sentenza Adria-Wien Pipeline<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE> huwa bbażat proprju fuq il-komparabbiltà tas-sitwazzjoni tal-impriżi previsti fil-miżura inkwistjoni u ta’ dawk li huma esklużi minnha. F’dan il-każ, il-250 impriża li għalihom tapplika l-miżura inkwistjoni ma jinsabux f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ impriżi oħrajn, peress li dawn iġorru fuqhom obbligi supplimentari, li jirriżultaw mill-għan addizzjonali tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> għal 55 kilotunnellati għall-2010.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħi, infakkar li abbażi tal-kundizzjoni tas-selettività huma esklużi mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar għajnuna mill-Istat, il-miżuri hekk imsejħa ġenerali, maħsuba sabiex isostnu mhux attivitajiet jew impriżi speċifiċi, imma l-operaturi ekonomiċi attivi fit-territorju tal-Istat fit-totalità tagħhom. F’dan ir-rigward il-ġurisprudenza, minn naħa, ippreċiżat li intervent pubbliku favur numru indefinit ta’ benefiċjarji li jiġu identifikati wara li jiġu applikati numru ta’ kriterji oġġettivi jeħtieġ li jiġi analizzat bħala skema ta’ għajnuna li tammonta għal miżura selettiva, jekk minħabba l-kriterji tal-applikazzjoni tiegħu, jagħti vantaġġ lil uħud mill-impriżi jew uħud mill-prodotti, bl-esklużjoni ta’ oħrajn<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20000929">29 ta’ Settembru 2000</DATE>, CETM vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-55/99" PAGE.ECR="II-3207" YEAR="2000">T-55/99, Ġabra p. II-3207</REF.DOC.ECR>, punt 40).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-ġurisprudenza kkjarifikat li anki l-miżuri li huma apparentement ġenerali, inkwantu ma humiex limitati la settorjalment, la territorjalment, u lanqas ma huma diretti għal xi kategorija ristretta ta’ impriżi, jistgħu jaqgħu taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 87 (1) KE, jekk l-attwazzjoni tagħhom, safejn tikkonċerna b’mod partikolari l-għażla tad-destinatarji, l-ammont u l-kundizzjonijiet tal-intervent finanzjarju, titħalla fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara sentenzi Franza vs Il-Kummissjoni, Kawża C-241/94 iċċitata iktar ’il fuq, sentenza tad-<DATE ISO="19990629">29 ta’ Ġunju 1999</DATE>, DM Transport, Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/97" PAGE.ECR="I-3913" YEAR="1999">C-256/97 (Ġabra p. I-3913</REF.DOC.ECR>, punti 28-30), u tas-<DATE ISO="19990617">17 ta’Ġunju 1999</DATE>, Piaggio (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/97" PAGE.ECR="I-3735" YEAR="1999">C-295/97, Ġabra p. I-3735</REF.DOC.ECR>, punt 39).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li għajnuna tista’ tkun selettiva anki meta tkun tikkonċerna settur ekonomiku sħiħ<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenzi Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, Kawża C-75/97, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33, u tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Unicredito Italiano (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-148/04" PAGE.ECR="I-11137" YEAR="2005">C-148/04, Ġabra p. I-11137</REF.DOC.ECR>, punt 45).</P></NOTE>. B’mod iktar ġenerali, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-eżistenza tar-rekwiżit tas-selettività għandha tkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni li ssir każ b’każ, li tkun immirata sabiex jiġi vverifikat jekk il-miżura inkwistjoni, meta tiġi kkunsidrata n-natura tagħha, il-kuntest tal-applikazzjoni tagħha, il-modi ta’ kif tiġi attwata u l-effetti tagħha, twassalx jew ma twassalx għal <HT TYPE="ITALIC">vantaġġi bi profitt esklussiv għal uħud mill-impriżi jew uħud mis-setturi tal-attività</HT><NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenzi Franza vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 24, tal-<DATE ISO="19981201">1 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Ecotrade (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-200/97" PAGE.ECR="I-7907" YEAR="1998">C-200/97, Ġabra p. I-7907</REF.DOC.ECR>, punti 40 u 41), u Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (C-75/97, iċċitata iktar ’il fuq).</P></NOTE>. Fis-sentenza Adria-Wien Pipeline, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li evalwazzjoni bħal din teżiġi li jiġi stabbilit jekk, fil-kuntest ta’ skema legali partikolari, miżura mill-Istat tkunx tali li tiffavorixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>uħud mill-impriżi jew uħud mill-prodotti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/> fir-rigward ta’ oħrajn,<?PAGE NO="I-7691"?> li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni fattwali u legali simili meta jitqies l-għan segwit minn dik l-iskema<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenza Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer &amp; Peggauer Zementwerke, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41; fl-istess sens ara s-sentenzi Ecotrade, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41, u Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, Kawża C-75/97, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza li jeħtieġ li tiġi eżaminata l-kritika li saret mill-Kummissjoni għas-sentenza appellata. Ngħid minnufih li jien naqbel ma’ din il-kritika.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Nibda biex ngħid li ċ-ċirkustanza fejn miżura mill-Istat tiffavorixxi impriżi partikolari, li jiġu identifikati abbażi ta’ fatturi li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni tagħhom komparata ma’ dik tal-operaturi ekonomiċi l-oħrajn kollha — pereżempju għax jappartjenu għal settur partikolari jew għax jagħmlu ċertu tip ta’ attività<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20060615">15 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Air Liquide Industries Belgium, Kawżi Magħqudin <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-393/04+C-41/05" PAGE.ECR="I-5293" YEAR="2006">C-393/04 u C-41/05 (Ġabra p. I-5293</REF.DOC.ECR>, punt 31), u tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-501/00" PAGE.ECR="I-6717" YEAR="2004">C-501/00, Ġabra p. I-6717</REF.DOC.ECR>, punt 120).</P></NOTE>, jew minħabba d-dimensjonijiet tagħhom<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Ecotrade, iċċitata iktar ’il fuq punt 28.</P></NOTE> taġixxi, bħala prinċipju, fis-sens ta’ rikonoxximent tan-natura selettiva ta’ dik il-miżura<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> s-sentenza Unicredito, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49.</P></NOTE>. Għalhekk, iċ-ċirkustanza li l-miżura inkwistjoni tapplika <HT TYPE="ITALIC">biss</HT> għall-impriżi li għandhom stabbilimenti kbar tindika pjuttost in-natura selettiva tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni, peress li l-vantaġġi offruti mill-miżura inkwistjoni huma marbuta mal-impożizzjoni ta’ obbligi, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li huwa meħtieġ li jiġi pprovat li l-istess obbligi, imma mhux il-vantaġġi relattivi, ikunu imposti anki fuq l-impriżi esklużi minn dik il-miżura u kkonkludiet li, fin-nuqqas ta’ prova bħal din, is-sitwazzjoni taż-żewġ gruppi ta’ impriżi ma tkunx komparabbli u li l-vantaġġi mogħtija lill-impriżi li jappartjenu għall-ewwel grupp ma jkunux jistgħu jiġu kkunsidrati li huma selettivi. Fil-fehma tiegħi, din il-konklużjoni hija kritikabbli minn żewġ aspetti.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, din fil-fehma tiegħi titlaq minn premessa ta’ fatt żbaljata. Effettivament, id-differenza kwantitattiva<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Għalkemm is-sentenza appellata tirreferi għall-metodi ta’ kalkolu tal-livell ta’ emissjonijiet (punt 91) u, b’mod iktar ġenerali, għan-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>natura<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/> tal-obbligi imposti mill-miżura kkontestata, il-Qorti Ġenerali essenzjalment tirreferi għal-<HT TYPE="ITALIC">livell kwantitattiv</HT> tal-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet.</P></NOTE> tal-obbligi ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> li huma imposti fuq id-diversi impjanti stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi skont il-potenzjal tagħhom ta’ tniġġis (obbligi li, għall-250 impriża<?PAGE NO="I-7692"?> affettwati mill-miżura inkwistjoni, iwasslu għal tnaqqis komplessiv ta’ 55 kilotunnellati ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> għall-2010) ma tikkostitwixxix, fil-fehma tiegħi, ostakolu għall-possibbiltà li tiġi komparata s-sitwazzjoni tal-impriżi li jmexxu dawn l-impjanti mill-perspettiva tar-responsabbiltà li timplika għalihom l-osservanza tal-imsemmija obbligi. Effettivament, impriża li jkollha impjant wieħed jew iktar li jkollu potenza installata li tkun inqas minn 20 MWth, u li għalhekk ma jidħolx taħt il-miżura ikkontestata, tista’ tiltaqa’ mal-istess diffikultajiet, f’termini ta’ investimenti li għandhom isiru u ta’ spejjeż li jridu jitħallsu, sabiex jiġu osservati l-limiti ta’ emissjonijiet imposti minnha, bħal dawk ta’ impriża li tmexxi stabbilimenti attrezzati b’potenza ogħla minn 20 MWth, li għalihom il-miżura inkwistjoni tistabbilixxi mira għal tnaqqis tal-emissjonijiet kwantitattivament superjuri. Fit-teorija, anzi, peress li l-ispejjeż għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ivarjaw minn impriża għal impriża, ma huwa lanqas eskluż li dan l-arranġament jista’ jirriżulta iktar oneruż għall-ewwel impriża, fejn din ikollha spejjeż għat-tnaqqis iktar għoljin minn dawk tat-tieni<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Għalhekk, abbażi ta’ dak illi sostna il-Gvern Olandiż bi tweġiba għall-mistoqsijiet li saru mill-Qorti Ġenerali, għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-miżura kkontestata l-livell permess ta’ emissjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ġie stabbilit f’livell li huwa intenzjonalment ogħla mill-emissjonijiet medja<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026"/>, sabiex ikun possibbli għall-maġġoranza tal-impriżi sabiex josservawh u jakkwistaw krediti ta’ emissjonijiet biżżejjed.</P></NOTE>. Għaldaqstant, minkejja d-diversità tal-obbligi imposti fuqhom, l-obbligu li għandhom dawn iż-żewġ impriżi huwa <HT TYPE="ITALIC">proporzjonalment komparabbli</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-konklużjoni li tasal għaliha l-Qorti Ġenerali ma jidhirlix lanqas li hija skont il-ġurisprudenza Adria-Wien Pipeline, iċċitata fil-punt 86 tas-sentenza appellata u li fuqha huwa bbażat ir-raġunament kollu tal-Qorti Ġenerali. Abbażi tal-punt 41 ta’ din is-sentenza, sabiex jiġi stabbilit jekk dispożizzjoni statali għandhiex natura selettiva jeħtieġ li jiġi evalwat jekk hijiex tali li tiffavorixxi lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>uħud mill-impriżi jew uħud mill-prodotti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027"/> komparat ma’ impriżi oħrajn li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni fattwali u legali simili meta <HT TYPE="ITALIC">jiġi kkunsidrat l-għan segwit mid-dispożizzjoni.</HT> F’dan il-każ, l-għan ambjentali tal-miżura inkwistjoni huwa t-tnaqqis tal-emissjonijiet industrijali ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT>, jiġifieri ta’ gassijiet li jniġġsu imma li mhumiex tossiċi, li għalihom ma jiġix muri għalhekk is-sors tal-emissjonijiet li jagħmel it-tnaqqis. Kuntrarjament għal dak li tikkonkludi l-Qorti Ġenerali, fir-rigward ta’ għan bħal dan, <HT TYPE="ITALIC">l-impriżi li għandhom l-istabbilimenti industrijali tagħhom stallati fil-Pajjiżi l-Baxxi u jarmu NO<HT TYPE="SUB">x</HT> isibu ruħhom f’sitwazzjoni komparabbli</HT><NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>F’dan il-każ, fil-prim’istanza, il-Kummissjoni sostniet ukoll li lanqas ma kien neċessarju li tiġi ppruvata l-eżistenza ta’ obbligi jew limiti ta’ emissjonijiet li jorbtu lill-impriżi li huma esklużi mis-sistema ta’ skambju tal-permessi ta’ emissjoni, sabiex tiġi ddikjarata n-natura selettiva tal-miżura kkontestata.</P></NOTE>. Din il-komparabbiltà ma titqigħedx inkwistjoni minħabba s-sempliċi fatt li għal uħud minn dawn l-impriżi l-Istat ikun iddeċieda li jilħaq dak l-għan permezz tal-ħolqien ta’ sistema ta’ skambju ta’ drittijiet ta’ emissjoni. Fejn sistema bħal din toffri<?PAGE NO="I-7693"?> vantaġġ lill-impriżi li jipparteċipaw fiha, minkejja l-obbligi li din iġġib magħha, dan il-vantaġġ għandu natura selettiva, peress li jiffavorixxi biss numru limitat ta’ impriżi, li jarmu NO<HT TYPE="SUB">x</HT> fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Hemm diversi preċedenti fil-ġurisprudenza li jikkonfermaw l-analiżi li għadni kif semmejt<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Ecotrade, iċċitata iktar ’il fuq, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li kienet selettiva liġi li introduċiet proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja unikament favur impriżi industrijali kbar li jkunu f’diffikultà u mhux għall-impriżi kollha li jkunu fi stat ta’ insolvenza; Il-Kummissjoni vs Spanja, C-409/00, iċċitata iktar ’il fuq, rigward skema ta’ għajnuna mill-Istat għall-akkwist ta’ vetturi industrijali intiż għall-persuni fiżiċi biss u għal PMI (ara, b’mod partikolari, punt 50, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-argument tar-Renju ta’ Spanja li jsostni li l-esklużjoni tal-impriżi l-kbar, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>li jirrinovaw il-flotta tal-vetturi tagħhom b’mod iktar regolari u mingħajr l-għajnuna għal dan l-iskop<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028"/>, kienet meħtieġa għall-ekonomija tas-sistema); Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, iċċitata iktar ’il fuq, rigward żieda fit-tnaqqis tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali għall-ħaddiema manwali għal benefiċċju unikament ta’ impriżi li jappartjenu għal uħud mis-setturi tal-industrija tat-trasformazzjoni u b’esklużjoni ta’ oħrajn, fejn ukoll hemm il-preżenza ta’ ħaddiema manwali (punti 23-31), kif ukoll Adria-Wien Pipeline, iċċitata iktar ’il fuq, punti 48-53.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, insostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeskriviet is-sinjifikat tal-oneru probatorju li jorbot lill-Kummissjoni, fejn ikkonkludiet li din tal-aħħar kienet obbligata li tipprova li l-impriżi li ma humiex suġġetti għall-miżura inkwistjoni kienu marbutin b’obbligi ta’ tnaqqis ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> identiċi għal dawk imposti fuq impriżi suġġetti għal dik il-miżura.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Barra minn hekk il-Qorti Ġenerali kkonstatat li hija l-Kummissjoni li għandha tipprova li l-impriżi suġġetti għal limiti ta’ emissjonijiet differenti minn dawk stabbiliti mill-miżura inkwistjoni jistgħu jiġu kkundannati jħallsu multa fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawk il-limiti. Sabiex jiġi evalwat, fil-każ inkwistjoni, jekk hijiex ġustifikata l-impożizzjoni ta’ dan l-oneru probatorju, jeħtieġ jitfakkar li, fil-punti 68 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-miżura inkwistjoni twassal għal <HT TYPE="ITALIC">żewġ vantaġġi distinti</HT> favur l-impriżi li huma suġġetti għaliha. Minn naħa, din tippermetti lil dawn l-impriżi li jinnegozjaw bejniethom id-drittijiet ta’ emissjonijiet li jirriżultaw indirettament mil-livell ta’ emissjonijiet impost fuqhom, u min-naħa l-oħra, din tippermetti lill-impriżi li rmew iktar NO<HT TYPE="SUB">x</HT> komparat mal-livell ta’ emissjonijiet stabbilit, li jevitaw il-ħlas ta’ multa billi jakkwistaw drittijiet ta’ emissjonijiet mingħand l-impriżi li kellhom eċċess. Issa, il-prova li l-impriżi li ma humiex suġġetti għall-miżura inkwistjoni huma suġġetti għal ħlas ta’ multa fil-każ li jiġu superati l-limiti ta’ emissjoni, tista’ tkun meħtieġa sabiex jiġi kkunsidrat li huwa selettiv il-vantaġġ maħluq mill-possibbiltà li tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ din l-multa, peress li fin-nuqqas ta’ prova bħal din is-sitwazzjoni ta’ dawn l-impriżi loġikament ma tkunx komparabbli, fir-rigward ta’ dan il-vantaġġ, ma’ dik tal-impriżi suġġetti għal din il-miżura. Madankollu prova bħal din ma tistax tassumi ebda rilevanza la qed tiġi ttrattata n-natura eventwalment selettiva tal-vantaġġ magħmul min-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Konsegwentement, anki minn dan l-aspett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat is-sinjifikat tal-oneru probatorju li jorbot lill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7694"?><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, insostni li t-tieni kontestazzjoni mqajma mill-istituzzjoni rikorrenti fil-kuntest tal-ewwel ilment tat-tieni aggravju tar-rikors, li permezz tagħha qiegħed jiġi sostnut li kien hemm żball fil-liġi meta ddeskriviet is-sinjifikat tal-oneru tal-prova li jorbot fuqha, hija fondata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dwar it-tieni lment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Anki fil-kuntest ta’ dan l-ilment, il-Kummissjoni tqajjem żewġ kontestazzjonijiet distinti. Minn naħa, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat, fl-aħħar frażi tal-punt 88 u fil-punti 97-100 tal-miżura appellata, li l-miżura inkwistjoni ma tammontax għal għajnuna mill-Istat peress li għandha bħala għan il-ħarsien tal-ambjent. Min-naħa l-oħra, din applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza li tgħid li miżura ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat jekk tiġi ġġustifikata abbażi tan-natura jew tal-istruttura ġenerali tas-sistema li hija inkluża fiha.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Rigward l-ewwel kontestazzjoni, nillimita ruħi sabiex nirrileva li din hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza appellata. Kuntrarju għal dak li qed issostni l-istituzzjoni rikorrenti, fil-fatt, fis-siltiet li tiċċita, il-Qorti Ġenerali fis-sustanza sempliċement tafferma li l-kriterju sabiex jiġi stabbilit liema impriżi tapplika għalihom il-miżura inkwistjoni jsib il-ġustifikazzjoni tiegħu fin-natura u fl-istruttura ġenerali tas-sistema maħluqa minnha. Għandha tiġi miċħuda bl-istess mod l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li tqajmet fl-ewwel lok fil-kuntest tat-tieni kontestazzjoni li ssostni li l-Qorti Ġenerali waqgħet f’kontradizzjoni meta ddikjarat, fil-punti 97-100 tas-sentenza appellata, li fil-Pajjiżi l-Baxxi teżisti sistema iktar wiesgħa għal dawk li huma emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> li taħtha hija inkluża l-iskema inkwistjoni, fejn, fil-punt 91-94 tas-sentenza, din implikat proprju li l-Kummissjoni ma pprovatx l-eżistenza ta’ skema ġenerali. Effettivament, minn naħa, il-punti 97-100 huma bbażati fuq premessa sempliċi, li madankollu hija fformulata għal finijiet ta’ kompletezza, u, min-naħa l-l-oħra, fis-siltiet fejn tissemma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>in-natura u l-istruttura ġenerali tas-sistema<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029"/>, il-Qorti Ġenerali tirreferi għas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>sistema<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0030" REF.START="QS0030"/> maħluqa bil-miżura inkwistjoni li fir-rigward tagħha hija ssostni li għandha tivverifika l-koerenza tad-distinzjoni bejn impriżi li hi tassumi li jeżistu bħala ipoteżi<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 97.</P></NOTE>, u mhux, bħalma ssostni l-Kummissjoni, għal skema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>iktar wiesgħa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031"/> dwar NO<HT TYPE="SUB">x</HT> li tiġi applikata fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni kontestazzjoni tagħha, u sussidjarjament, il-Kummissjoni<?PAGE NO="I-7695"?> ssostni li, kuntrarju għal dak li kkonkludiet il-Qorti Ġenerali, l-għoti ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet negozjabbli lil numru limitat ta’ impriżi li jiġi stabbilit abbażi tal-potenza tal-istabbilimenti industrijali li dawn għandhom, ma jiġix iġġustifikat abbażi tal-għanijiet ambjentali tal-miżura u lanqas abbażi tan-natura jew tal-istruttura tas-sistema. F’dan ir-rigward din tirreferi għall-punti 52 u 53 tas-sentenza Adria-Wien Pipeline, iċċitata fil-punt 39 tal-konklużjonijiet preżenti. B’mod iktar ġenerali, din issostni, minn naħa, li huwa l-Istat Membru inkwistjoni li għandu jipprova, matul il-proċeduri amministrattivi, li l-miżura nnotifikata tiġġustifika ruħha abbażi tan-natura u tal-istruttura ġenerali tas-sistema — liema prova ma ġietx prodotta f’dan il-każ mill-Pajjiżi l-Baxxi u, min-naħa l-oħra li din il-ġustifikazzjoni, inkwantu hija eċċezzjoni għar-regola li miżura li tiffavorixxi lil ċerti impriżi tammonta għal għajnuna mill-Istat, għandha tiġi interpretata u applikata b’mod restrittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Infakkar li, abbażi tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 97 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, b’referenza partikolari għall-interventi mill-Istat ta’ natura fiskali, li anki miżuri ta’ natura selettiva, peress li jintroduċu distinzjoni bejn impriżi, jistgħu jevadu l-klassifikazzjoni bħala għajnuna, fejn din id-distinzjoni tirriżulta li hija ġġustifikata min-natura jew mill-istruttura tas-sistema fiskali fejn huma inklużi dawn id-dispożizzjonijiet<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19740702">2 ta’ Lulju 1974</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni 173/73, (Ġabra p. 709, punt 33); tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Unicredito Italiano, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-148/04" PAGE.ECR="I-11137" YEAR="1974">C-148/04 (Ġabra p. I-11137</REF.DOC.ECR> punt 51), u tas-<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE>, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-88/03" PAGE.ECR="I-7115" YEAR="2006">C-88/03 (Ġabra p. I-7115</REF.DOC.ECR>, punt 52).</P></NOTE>. B’mod iktar ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tapplika t-test previst f’din il-ġurisprudenza għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>miżuri li jintroduċu distinzjoni bejn impriżi fil-qasam tal-ispejjeż<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0032" REF.START="QS0032"/><NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20020926">26 ta’ Settembru 2002</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-351/98" PAGE.ECR="I-8031" YEAR="2002">C-351/98, Ġabra p. I-8031</REF.DOC.ECR>, punt 42); tal-<DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, AEM u AEM Torino (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-128/03+C-129/03" PAGE.ECR="I-2861" YEAR="2005">C-128/03 u C-129/03, Ġabra p. I-2861</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-431/07 P" PAGE.ECR="I-2665" YEAR="2009">C-431/07 P, Ġabra p. I-2665</REF.DOC.ECR>), li kkonfermat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-475/04" PAGE.ECR="II-2097" YEAR="2009">T-475/04 (Ġabra p. II-2097</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni, fil-punt 99 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sostniet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>id-determinazzjoni ta’ l-impriżi benefiċjarji hija ġustifikata min-natura u l-istruttura ġenerali ta’ l-iskema minħabba l-emissjonijiet importanti tagħhom ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> u minħabba l-istandard speċifiku ta’ tnaqqis li jorbothom<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0033" REF.START="QS0033"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kunsiderazzjonijiet ta’ natura ekoloġika jiġġustifikaw li ssir distinzjoni bejn l-impriżi li jemettu kwantitajiet qawwija ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> u l-impriżi l-oħra<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0034" REF.START="QS0034"/>. Barra minn hekk, skont il-Qorti Ġenerali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>l-implementazzjoni ta’ dawn il-prinċipji għandha tieħu in kunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet magħquda ta’ l-Artikoli 6 KE u 87 KE<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0035" REF.START="QS0035"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7696"?><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali ma jikkonvinċinix. Fl-ewwel lok, ma nħossx li d-distinzjoni bejn impjanti li jniġġsu iktar jew inqas tista’ titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>inerenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0036" REF.START="QS0036"/> fi skema li hi maħsuba sabiex tnaqqas it-tniġġis ta’ oriġini industrijali u li għalhekk hija neċessarjament iġġustifikata mill-għan ambjentali tagħha. Kif ġie affermat b’mod korrett mill-Kummissjoni, mill-perspettiva tal-impatt ambjentali, kull emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> hija noċiva, irrispettivament mid-dimensjoni tal-impjant minn fejn tkun ġejja<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara f’dan is-sens, il-punti 52 u 53 tas-sentenza Adria-Wien Pipeline, iċċitati mill-Kummissjoni.</P></NOTE>. Bil-kontra ta’ dak iddikjarat mill-Qorti Ġenerali, distinzjoni li tkun ibbażata biss fuq kriterju kwantitattiv tat-tip bħal dak applikat għall-miżura inkwistjoni, ma tistax tkun ikkunsidrata minnha nnifisha bħala ġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet ta’ natura ekoloġika. Barra minn hekk, nirrileva li r-rinviju li sar mill-Qorti Ġenerali tad-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikoli 6 u 87 KE, mingħajr preċiżazzjonijiet oħra, jirreferi għal uħud mill-motivi tas-sentenza British Aggregates, mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20060913">13 ta’ Settembru 2006</DATE>, motivi li kienu miċħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja ftit xhur wara li ngħatat is-sentenza appellata<NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20060913">13 ta’ Settembru 2006</DATE>, British Aggregates vs Il-Kummissjoni, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-210/02" PAGE.ECR="II-2789" YEAR="2006">T-210/02 Ġabra p. II-2789</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 115 u 117), u s-sentenza British Aggregates, iċċitata iktar ’il fuq, punti 86 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., b’mod partikolari l-punti 90-92.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fin-nuqqas ta’ provi li l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jipproduċi<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-159/01" PAGE.ECR="I-4461" YEAR="2004">C-159/01, Ġabra p. I-4461</REF.DOC.ECR>, punt 43).</P></NOTE>, dwar l-inapplikabbiltà tal-PSR għal impriżi li jkollhom stabbilimenti industrijali ta’ dimensjonijiet inferjuri għal dawk stabbiliti mill-miżura inkwistjoni, ma huwiex possibbli li wieħed jikkonkludi, bħalma tagħmel il-Qorti Ġenerali, li d-distinzjoni bejn impriżi mħaddma minn din il-miżura toriġina min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema abbażi tal-livell speċifiku ta’ tnaqqis li jorbot lil uħud minnhom u mhux lil oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, insostni li anki t-tieni kontestazzjoni mressqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tieni lment tagħha hija fondata u li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet, fil-punti 97-100 tas-sentenza appellata, li d-distinzjoni mħaddma mill-miżura inkwistjoni bejn impriżi b’impjanti b’saħħa ogħla minn 20 MWth u impriżi b’impjanti b’saħħa inferjuri għal dan il-limitu, tista’ tkun iġġustifikata minħabba n-natura u l-istruttura tas-sistema fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjonijiet dwar l-appell prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tilqa’ t-tieni aggravju tal-appell, imressaq sussidjarjament mill-Kummissjoni, u sabiex tannulla s-sentenza appellata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7697"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dwar l-appelli inċidentali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Ġermanja ppreżentaw appell inċidentali minn dik il-parti tas-sentenza fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ilment imressaq fil-prim’istanza mill-Pajjiżi l-Baxxi, li hija bbażata fuq l-interpretazzjoni inkorretta min-naħa tal-Kummissjoni tal-kunċett dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>vantaġġ finanzjat permezz ta’ riżorsi tal-Istat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0037" REF.START="QS0037"/> fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE (punti 63-78 tas-sentenza appellata).</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-appell tal-Ġermanja ġie ppreżentat kemm b’mod awtonomu u kemm suġġett għall-kundizzjoni li jiġi milqugħ fil-mertu l-appell prinċipali. Sal-punt li dan jikkostitwixxi aggravju awtonomu, dan għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud bħala inammissibbli. Effettivament, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li huma biss il-partijiet li jkunu totalment jew parzjalment telliefa fil-prim’istanza li jistgħu jressqu appell minn sentenza tal-Qorti Ġenerali<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, IPK-München u Il-Kummissjoni (Kawżi Magħqudin <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/01 P+C-200/01 P" PAGE.ECR="I-4627" YEAR="2004">C-199/01 P u C-200/01 P, Ġabra p. I-4627</REF.DOC.ECR>, punt 42) u l-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo, ippreżentati f’din il-kawża fl-<DATE ISO="20030710">10 ta’ Lulju 2003</DATE>, punti 21-29. Ara wkoll id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Emesa Sugar vs Il-Kunsill (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-363/98 P(R)" PAGE.ECR="I-8787" YEAR="1998">C-363/98 P(R), Ġabra p. I-8787</REF.DOC.ECR>). Fis-sentenza Procter &amp; Gamble vs OHMI, il-Qorti tal-Ġustizzja jidher li adottat pożizzjoni differenti; madankollu, f’dak il-każ, ir-rikorrent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kien kiseb fil-prim’istanza l-annullament tal-att li sar l-appell dwaru abbażi ta’ punt proċedurali, imressaq fil-kuntest ta’ konklużjonijiet li saru sussidjarjament, filwaqt li ġie miċħud il-motiv rigward il-mertu tal-kwistjoni, imressaq b’sostenn għall-konklużjonijiet tiegħu fl-ewwel lok (sentenza tal-<DATE ISO="20010920">20 ta’ Settembru 2001</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-383/99 P" PAGE.ECR="I-6251" YEAR="2001">C-383/99 P, Ġabra p. I-6251</REF.DOC.ECR>, punti 18-26).</P></NOTE>. F’dan il-każ, minkejja li din tal-aħħar ċaħdet, f’dik il-parti tas-sentenza li fuqha huwa bbażat l-appell inċidentali, il-motiv imressaq mill-Pajjiżi l-Baxxi, u sostnuti mill-Ġermanja, hija xorta waħda aċċettat fl-intier tagħhom it-talbiet ippreżentati minn dawn l-Istati Membri, u annullat għal kollox id-deċiżjoni kkontestata. Għalhekk ma huwiex ammissibbli li dawn l-Istati Membri jippeżentaw appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk mhux limitatament fis-sens li din tal-aħħar, meta tilqa’ fil-mertu l-appell prinċipali tal-Kummissjoni, terġa’ tiftaħ il-kwistjoni tal-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni li saret mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>B’sostenn għall-appelli inċidentali tagħhom, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Ġermanja jinvokaw aggravju wieħed, rigward ksur tal-Artikolu 87(1) KE, ifformulat f’żewġ ilmenti distinti. Fl-ewwel lok, il-miżura inkwistjoni ma tagħti <HT TYPE="ITALIC">l-ebda vantaġġ</HT> lill-impriżi li huma suġġetti għaliha u, fit-tieni lok, anki fejn tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ dan il-vantaġġ, dan ma jkunx <HT TYPE="ITALIC">iffinanzjat permezz ta’ riżorsi pubbliċi</HT>. Il-Qorti Ġenerali għalhekk interpretat u applikat b’mod inkorrett il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>vantaġġ<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0038" REF.START="QS0038"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>finanzjament permezz ta’ riżorsi tal-Istat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0039" REF.START="QS0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7698"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment, dwar interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Bl-ewwel ilment tal-aggravju uniku tal-appell, il-gvernijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Ġermanja jikkontestaw qabel kollox il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li ssostni li n-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjonijiet prevista mill-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi vantaġġ għall-impriżi. Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi jikkontestaw il-konklużjoni inkluża fil-punt 73 tas-sentenza appellata, fejn issostni li l-miżura inkwistjoni tippermetti lill-impriżi li jkun irmew NO<HT TYPE="SUB">x</HT> iktar milli jippermetti l-livell stabbilit, li jevitaw il-ħlas ta’ multa billi jakkwistaw drittijiet ta’ emissjonijiet fis-suq.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dwar in-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>B’mod preliminari, jeħtieġ li jiġi rrilevat, konformi mal-importanza li għandu skont id-dritt tal-Unjoni l-għan tal-istituzzjoni u taż-żamma ta’ sistema ta’ kompetizzjoni libera<NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE>, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/04 P" PAGE.ECR="I-5977" YEAR="2006">C-308/04 P, Ġabra p. I-5977</REF.DOC.ECR>, punt 31) u tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Il-Ġermanja vs Kronofrance (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-75/05P+C-80/05 P" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2008">C-75/05P u C-80/05 P, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>, punt 66).</P></NOTE>, li l-Qorti tal-Ġustizzja, sa mill-ewwel sentenzi tagħha, interpretat b’mod wiesa’ l-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat. L-għan ta’ dan il-kunċett mhux biss li jitfasslu miżuri pożittivi, bħall-għotjiet finanzjarji, imma anki <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>interventi li, taħt diversi forom, inaqsu mill-piżijiet li normalment jaffettwa il-baġit ta’ impriża u li konsegwentement, bla ma jkunu għajnuna finanzjarja fis-sens ristrett tal-kelma, ikunu tal-istess natura u jkollhom l-istess effetti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0040" REF.START="QS0040"/><NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19610223">23 ta’ Frar 1961</DATE>, De Gezamenlijke Steenkolenmijnen in Limburg vs L-Awtorità Għolja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-30/59" PAGE.ECR="1" YEAR="1961">C-30/59, Ġabra p. 1</REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> p. 38); tad-<DATE ISO="19990629">29 ta’ Ġunju 1999</DATE>, DM Transport (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/97" PAGE.ECR="I-3913" YEAR="1999">C-256/97, Ġabra p. I-3913</REF.DOC.ECR>, punt 19), u tal-<DATE ISO="20040914">14 ta’ Settembru 2004</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-276/02" PAGE.ECR="I-8091" YEAR="2004">C-276/02, Ġabra p. I-8091</REF.DOC.ECR>, punt 24).</P></NOTE>. Għal kuntrarju, miżura intiża li jiġi evitat li l-baġit ta’ impriża jittaqqal bi spiża li f’ċirkustanzi normali ma kinitx teżisti ma tammontax għal għajnuna<NOTE NOTE.ID="E0037" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, Enirisorse (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-237/04" PAGE.ECR="I-2843" YEAR="2006">C-237/04, Ġabra p. I-2843</REF.DOC.ECR>, punti 43-49).</P></NOTE>. Barra minn hekk, bħalma diġà kelli l-opportunità nfakkar, skont ġurisprudenza stabbilità, l-Artikolu 87 (1) KE ma jagħmilx distinzjoni bejn interventi tal-Istat skont il-kawża jew l-għan tagħhom, imma jiddefinixxihom skont l-effetti li jkollhom<NOTE NOTE.ID="E0038" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara sentenzi tat-<DATE ISO="19740702">2 ta’ Lulju 1974</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="173/73" PAGE.ECR="709" YEAR="1974">173/73, Ġabra p. 709</REF.DOC.ECR>, punt 27); tas-<DATE ISO="19960926">26 ta’ Settembru 1996</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/94" PAGE.ECR="I-4551" YEAR="1996">C-241/94, Ġabra p. I-4551</REF.DOC.ECR>, punt 20), u tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-382/99" PAGE.ECR="I-5163" YEAR="2002">C-382/99, Ġabra p. I-5163</REF.DOC.ECR>, punt 61).</P></NOTE>. Għalhekk il-fatt waħdu li miżura mill-Istat ssegwi għanijiet ta’ politika ekonomika, strutturali, soċjali<NOTE NOTE.ID="E0039" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19800327">27 ta’ Marzu 1980</DATE>, Denkavit italiana (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="61/79" PAGE.ECR="1205" YEAR="1980">61/79, Ġabra p. 1205</REF.DOC.ECR>, punt 31); Il-Kummissjoni vs L-Italja, Kawża 173/73, iċċitata iktar ’il fuq, punt 13, b’referenza għal miżuri intiżi sabiex isostnu l-impjiegi fis-settur tat-tessuti, u tat-<DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Il-Belġu vs Il-Kummissjoni, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-5/01" PAGE.ECR="I-11991" YEAR="2002">C-5/01, Ġabra p. I-11991</REF.DOC.ECR>, punt 46), rigward il-miżuri ta’ finanzjament għat-tnaqqis tas-sigħat tax-xogħol tal-impjegati ta’ impriża suġġetti għal tariffa kollettiva.</P></NOTE> jew ambjentali<NOTE NOTE.ID="E0040" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja British Aggregates vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48.</P></NOTE> ma huwiex minnu nnifsu biżżejjed sabiex titneħħa mill-klassifikazzjoni bħala għajnuna fis-sens tad-dispożizzjoni<?PAGE NO="I-7699"?> msemmija<NOTE NOTE.ID="E0041" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Franza vs Il-Kummissjoni, C-241/94, iċċitata iktar ’il fuq, punt 21; tad-<DATE ISO="19990429">29 ta’ April 1999</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-342/96" PAGE.ECR="I-2459" YEAR="1999">C-342/96, Ġabra p. I-2459</REF.DOC.ECR>, punt 23), kif ukoll tas-<DATE ISO="19990617">17 ta’ Ġunju 1999</DATE>, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-75/87" PAGE.ECR="I-3671" YEAR="1999">C-75/87, Ġabra p. I-3671</REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>. B’mod iktar ġenerali, kif ġie enfasizzat mill-Avukat Ġenerali Leger fil-kawża Altmark<NOTE NOTE.ID="E0042" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Konklużjonijiet ippreżentati fl-<DATE ISO="20030114">14 ta’ Jannar 2003</DATE>, Altmark Trans et Regierungspräsidium Magdeburg (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/00" PAGE.ECR="I-7747" YEAR="2003">C-280/00, Ġabra p. I-7747</REF.DOC.ECR>, punt 81).</P></NOTE>, il-fatturi karatteristiċi tal-miżura — bħall-forma li biha tingħata l-għajnuna, l-istat legali tal-miżura skont id-dritt nazzjonali, li din tkun tifforma parti minn skema ta’ għajnuna, l-għanijiet tagħha, u l-intenzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-impriża benefiċjarja — ma humiex rilevanti fil-fażi meta tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ għajnuna, peress li dawn ma jistgħux ikollhom effett fuq il-kompetizzjoni. Madankollu, dawn jistgħu jsiru rilevanti f’fażi suċċessiva tal-analiżi, sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-għajnuna fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li jidderogaw mit-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Huwa abbażi, b’mod partikolari, ta’ dawn il-prinċipji li jeħtieġ li jiġu eżaminati l-argumenti mressqa mill-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Ġermanja. Insostenn tal-argument li n-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjonijiet ma tagħti l-ebda vantaġġ lill-impriżi li huma suġġetti għall-miżura inkwistjoni, l-imsemmija Stati Membri jsostnu qabel kollox li dawn l-impriżi jistgħu jbigħu d-drittijiet tagħhom ta’ emissjonijiet fil-każ biss u fil-limiti li bihom, bis-saħħa tal-investimenti li jkunu għamlu, jirnexxilhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> f’ammont iktar għoli mil-livell stabbilit. Għalhekk, il-kwantità ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet li huma jistgħu jinnegozjaw ma tistax tiġi stabbilita minn qabel iżda tiddependi biss minn dan it-tnaqqis supplimentari. Barra minn hekk, il-valur ta’ dawn id-drittijiet jiġi stabbilit mill-operaturi interessati u jiddependi esklużivament mill-kwantitajiet ta’ drittijiet disponibbli fis-suq. Barra minn hekk, il-Gvern Ġermaniż josserva li dan il-valur jista’ jkun ukoll ugwali għal żero, fejn l-impriżi kollha tas-sistema josservaw il-limiti ta’ emissjonijiet imposti fuqhom. Fi kwalunkwe każ, skont dan il-Gvern, provvista li tikkonsisti fi kontropartita abbażi tal-prezz tas-suq ma tagħti ebda vantaġġ u ma tammontax għal għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Dawn l-argumenti għandhom l-għan, minn naħa, li ssir diskussjoni dwar <HT TYPE="ITALIC">ir-responsabbiltà tal-Istat</HT> għal dan il-vantaġġ preżunt magħmul min-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjonijiet u, min-naħa l-oħra li jqiegħdu fid-dubju <HT TYPE="ITALIC">l-eżistenza nnifisha ta’ dan il-vantaġġ,</HT> billi jikklassifikawh bħala wieħed purament teoretiku. Fil-fehma tiegħi, dawn għandhom jiġu miċħuda fiż-żewġ istanzi.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fl-ewwel istanza, nirrileva li l-forma li permezz tagħha jseħħ intervent mill-Istat hija rrilevanti għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala għajnuna; anki miżura li tagħti vantaġġ purament indirett lill-impriża benefiċjarja, billi jitħaffu l-piżijiet li normalment iħallu effett fuq il-baġit tagħha, tista’ tammonta għal għajnuna fis-sens<?PAGE NO="I-7700"?> tal-Artikolu 107 (1) TFUE. Barra minn hekk, l-imputabbiltà lill-Istat tal-vantaġġ li joriġina minn intervent pubbliku ma jkunx assenti għall-fatt waħdu li, sabiex jintlaħaq dak il-vantaġġ, l-impriża benefiċjarja, tkun obbligata li ġġib ruħha b’ċertu mod<NOTE NOTE.ID="E0043" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>L-għoti ta’ inċentivi ħafna drabi jkollu l-għan, proprju li jħajjar l-impriżi sabiex iġibu ruħhom b’ċertu mod, konformi ma’ għanijiet speċifiċi, bħal pereżempju ta’ politika ekonomika, soċjali jew ambjentali, li jiġu segwiti mill-Istat.</P></NOTE>. Fil-każ inkwistjoni mbagħad, irrispettivament minn kull kunsiderazzjoni oħra rigward l-imġiba mitluba mill-impriżi li huma marbuta bil-miżura inkwistjoni, huwa evidenti li jekk in-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> tagħtihom xi vantaġġ, dan jiddependi qabel kollox mill-fatt li l-Istat, minn naħa, jawtorizza l-bejgħ ta’ dawn id-drittijiet u, min-naħa l-oħra, jippermetti lill-impriżi li rmew NO<HT TYPE="SUB">x</HT> iktar milli suppost li jixtru drittijiet ta’ emissjonijiet mhux użati minn impriżi oħrajn fis-sistema, u b’hekk ikun possibbli li jkun hemm suq ta’ dawn id-drittijiet. Għalhekk, kif ġie rrilevat b’mod korrett fil-punt 70 tas-sentenza appellata, vantaġġ bħal dan, fejn jiġi kkonfermat, ikun riżultat tal-intervent tal-Istat, minkejja li dan tal-aħħar ma jkun ta b’mod dirett ebda drittijiet ta’ emissjonijiet lill-impriżi inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Taħt dan it-tieni aspett, il-fatt li, fil-preżenza ta’ ċerti ċirkustanzi speċifiċi, il-vantaġġ marbut ma’ intervent statali speċifiku jista’ ma jikkonkretizzax ruħu f’benefiċċju reali għall-impriża inkwistjoni — kif ikun il-każ fejn l-impriżi parteċipanti kollha jillimitaw irwieħom sabiex josservaw il-limiti ta’ emissjonijiet imposti fuqhom — ma jippermettix fil-fehma tiegħi, li jiġi eskluż <HT TYPE="ITALIC">ipso facto</HT> li dan jittieħed inkunsiderazzjoni għall-iskopijiet ta’ klassifikazzjoni tal-intervent bħala għajnuna. Għalhekk, f’dan il-każ, jeħtieġ li jiġi rrilevat, minn banda, li s-sistema maħluqa mill-miżura inkwistjoni hija intiża sabiex tirregola t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> fis-settur industrijali għal diversi snin, u, min-naħa l-oħra, li, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 71 tas-sentenza appellata, l-impriżi li jifformaw parti minn din is-sistema għandhom il-possibbiltà li jinnegozjaw id-drittijiet ta’ emissjonijiet kollha u mhux biss dawk li jkunu għad-dispożizzjoni tagħhom, fl-aħħar tas-sena, bid-differenza pożittiva bejn l-emissjonijiet li jkun saru u l-emissjonijiet li jkunu ġew awtorizzati. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ipoteżi li ġiet ifformulata mill-Gvern Ġermaniż, fil-prattika, hija destinata li tibqa’ marġinali.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Ġermanja jsostnu wkoll li s-sistema ta’ drittijiet negozjabbli għandha l-għan li <HT TYPE="ITALIC">tikkumpensa</HT> l-ispejjeż sostnuti mill-impriżi sabiex inaqqsu l-emissjonijiet jew, alternattivament, sabiex jakkwistaw id-drittijiet neċessarji sabiex josservaw l-limiti stabbiliti. Din is-sistema ma twassalx sabiex tnaqqas l-ispejjeż li normalment huwa mgħobbi bihom il-baġit tal-impriżi inkwistjoni, u ma tagħtihom l-ebda vantaġġ, imma dan irid jitqabbel mal-limiti ta’ emissjonijiet iktar ristretti li huma imposti bil-miżura inkwistjoni. Fl-aħħar nett, il-Gvern Ġermaniż josserva li, kuntrarju għal dak li ġie kkonstatat mill-Qorti Ġenerali, lanqas il-funzjoni ta’ kreditu mogħtija lid-drittijiet ta’ emissjonijiet ma tippermetti<?PAGE NO="I-7701"?> li wieħed jikkonkludi dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ favur l-impriżi li jifformaw parti mis-sistema.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Insostni li anki dawn l-argumenti għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Preliminarjament, infakkar li l-eżistenza ta’ għajnuna ma hijiex, fil-prinċipju, eskluża fil-każ meta l-miżura inkwistjoni tkun maħsuba sabiex tikkumpensa żvantaġġi jew spejjeż addizzjonali li jolqtu lill-impriżi inkwistjoni sussegwenti għal ċirkustanzi ekonomiċi negattivi, interventi legislativi<NOTE NOTE.ID="E0044" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi Il-Kummissjoni vs L-Italja, Kawża 173/73, iċċitata iktar ’il fuq, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li kien jammonta għal għajnuna t-tnaqqis tal-piżijiet tas-siġurtà soċjali mogħti mir-Repubblika Taljana lis-settur tat-tessuti minkejja li kien maħsub sabiex jikkumpensa għall-iżvantaġġ li s-sistema tal-finanzjament tal-benefiċċji għall-familji li kien introdott qabel kien joħloq għas-setturi b’perċentwali għoli ta’ ħaddiema nisa; tas-<DATE ISO="19880607">7 ta’ Ġunju 1988</DATE>, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="57/86" PAGE.ECR="2855" YEAR="1988">57/86, Ġabra p. 2855</REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-argument tal-Gvern Grieg li jsostni li r-rimbors tal-interessi mogħti lill-esportaturi kellu effett newtrali, peress li kien limitat sabiex jannulla l-effetti negattivi taż-żieda tat-taxxi għal dawn l-operaturi, u ma kienx jagħtihom l-ebda vantaġġ supplimentari; u tal-<DATE ISO="19991005">5 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-251/97" PAGE.ECR="I-6639" YEAR="1999">C-251/97, Ġabra p. I-6639</REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-argument tal-Gvern Franċiż li sostna li t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet soċjali inkwistjoni ma kien xejn ħlief kumpens għall-ispejjeż addizzjonali eċċezzjonali li l-impriżi aċċettaw li jħallsu wara li ġew negozjati l-ftehim kollettiv u li, fi kwalunkwe każ, meta jitqiesu dawn l-ispejjeż addizzjonali, il-miżuri inkwistjoni rriżultaw li kienu newtrali mil-lat finanzjarju.</P></NOTE> jew tibdil fil-qafas regolatorju applikabbli għal dawn l-impriżi<NOTE NOTE.ID="E0045" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba sabiex tikkumpensaw għall-ispejjeż li ma setgħux jiġu rkuprati mis-setturi liberalizzati, għajr għall-applikazzjoni eventwali tal-ġurisprudenza Altmark, sentenza ċċitata hawn fuq, dwar is-suġġett tal-kumpens tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-osservanza tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, ara pereżempju s-sentenza tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Essent Netwerk Noord <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-206/06" PAGE.ECR="I-5497" YEAR="2008">C-206/06, Ġabra p. I-5497</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>B’din il-premessa, nirrileva li, skont ma ġie kkonstatat mill-istess Pajjiżi l-Baxxi, l-impriżi li jkunu għamlu investimenti sabiex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> taħt il-limitu li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-PSR jistgħu, billi jbigħu fuq is-suq id-drittijiet relattivi ta’ emissjoni, jirkupraw, anki jekk biss parzjalment, l-ispejjeż marbuta ma’ dawk l-investimenti. Min-naħa tagħhom, l-impriżi li ma jirnexxilhomx josservaw dawn il-limiti jistgħu jagħżlu li jinvestu f’miżuri maħsuba sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-impjanti tagħhom jew jistgħu jixtru d-drittijiet ta’ emissjonijiet neċessarji mis-suq. Kif l-istess aġent tal-Pajjiżi l-Baxxi enfasizza waqt is-seduta, din l-għażla tiddependi b’mod partikolari fuq id-differenza bejn l-ispejjeż sabiex jinxtraw id-drittijiet ta’ emissjoni, li jvarjaw skont l-andament tas-suq, u dawk li huma meħtieġa sabiex jiffinanzjaw l-interventi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT>. Fiż-żewġ każijiet, l-impriżi li jifformaw parti mis-sistema jistgħu għalhekk, b’effett tan-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjonijiet awtorizzata mill-Pajjiżi l-Baxxi, inaqqsu, b’mod li xi ftit jew wisq ivarja, l-ispejjeż marbuta mal-investimenti ambjentali jew li b’xi mod ieħor jirriżultaw mill-osservanza tal-obbligi ambjentali, li normalment huma<?PAGE NO="I-7702"?> ta’ piż fuq il-baġit tagħhom<NOTE NOTE.ID="E0046" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>F’dan ir-rigward, infakkar li, abbażi tal-prinċipju li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>min iniġġes iħallas<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0041" REF.START="QS0041"/>, li bis-saħħa tal-Artikolu 191 TFUE, jifforma wieħed mill-prinċipji kardinali tal-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-ispejjeż sabiex jiġu kkumpensati d-danni konnessi mat-tniġġis jaqgħu fuq l-operaturi b’mod li jikkorrispondi mal-kontribut tagħhom sabiex seħħ it-tniġġis jew mar-riskju tat-tniġġis (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20100309">9 ta’ Marzu 2010</DATE>, ERG <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-378/08" PAGE.ECR="I-1919" YEAR="2010">C-378/08, Ġabra p. I-1919</REF.DOC.ECR>, punt 56). Għalhekk dawn l-ispejjeż għandhom jiġu kkunsidrati bħala spejjeż li <HT TYPE="ITALIC">normalment huma ta’ piż fuq il-baġit</HT> tal-impriżi li l-attività tagħhom għandha impatt negattiv fuq l-ambjent u li ma humiex xi piż eċċezzjonali għal dawk l-impriżi.</P></NOTE>. Il-possibilità ta’ tnaqqis bħal dan tammonta għal vantaġġ għal dawn l-impriżi. B’mod iktar ġenerali, kif urew il-Pajjiżi l-Baxxi fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, fis-sistema ta’ skambju ta’ drittijiet ta’ No<HT TYPE="SUB">x</HT>, l-impriżi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>stess jiddeċiedu il-mod kif josservaw ir-regolamenti dwar l-emissjonijiet li ġew imposti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0042" REF.START="QS0042"/>. Din is-sistema tippermetti, barra minn hekk, li jinqasmu fi ħdan il-grupp ta’ 250 impriżi inkwistjoni l-ispejjeż totali sabiex jikkonformaw ma’ dawk ir-regolamenti, b’vantaġġ kemm għall-impriżi li l-ispejjeż tagħhom sabiex inaqqsu l-emissjonijiet huma baxxi, li jistgħu jikkonvertu fi flus it-tnaqqis taħt il-limiti stabbiliti bir-regolamenti, kif ukoll għall-impriżi li għalihom l-ispejjeż huma iktar għoljin, li jiddisponu minn alternattiva għall-interventi strutturali meħtieġa sabiex jiġu osservati r-regolamenti.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawn, l-argument tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Ġermanja, li jsostnu li n-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjonijiet trid titqiegħed fil-kuntest tal-għanijiet l-iktar stretti imposti fuq l-impriżi inkwistjoni għal dak li huwa tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT>, ma hijiex rilevanti. Sa fejn dan l-argument għandu l-għan li jiġġustifika l-vantaġġi marbuta man-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjonijiet deskritti hawn fuq permezz tar-riferiment għall-għanijiet ambjentali segwiti mill-miżura inkwistjoni, din għandha tiġi miċħuda abbażi tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra fil-punt 63 iktar ’il fuq, li ssostni li l-Artikolu 87(1) KE ma jiddistingwix bejn l-interventi tal-Istat skont il-kawża u l-iskop tagħhom, imma tiddefinixxihom biss abbażi tal-effetti tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Bl-istess mod għandu jiġi miċħud l-argument, invokat mill-Gvern Ġermaniż u sostnut mill-ġdid waqt is-seduta mill-aġent tal-Pajjiżi l-Baxxi, li jsostni li n-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjonijiet tikkostitwixxi kontropartita, bil-prezz tas-suq, għall-isforzi magħmula mill-impriżi sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT>. Fil-fatt, kif għadu kif ġie sostnut, l-ispejjeż sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet, anki meta jkunu mmirati sabiex inaqqsu dawn tal-aħħar taħt il-limitu mogħti mil-liġi lil impriża partikolari, jidħlu fl-ispejjeż li normalment huma ta’ piż fuq il-baġit ta’ impriża, u tnaqqis bħal dan ma jistax ikun ikkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>servizz<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0043" REF.START="QS0043"/> li għalih in-negozjabbiltà tifforma kontropartita bil-prezz tas-suq. Għalkemm il-mekkaniżmu ta’ kumpens fi ħdan is-sistema ta’ skambju ta’<?PAGE NO="I-7703"?> drittijiet ta’ emissjonijiet maħluq mill-miżura inkwistjoni jista jittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tiegħu mas-suq intern<NOTE NOTE.ID="E0047" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 3.3 tad-Deċiżjoni.</P></NOTE>, dan madankollu ma huwiex rilevanti peress illi dak li qed jiġi kkunsidrat huwa jekk din il-miżura tagħtix lill-impriżi li huma suġġetti għaliha vantaġġ li jista’ jikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artiklolu 87 (1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jingħad ukoll, kif ġie spjegat iktar ’il fuq, li l-impriżi suġġetti għall-miżura inkwistjoni għandhom il-possibbiltà, sa ċertu limitu, li jinnegozjaw id-drittijiet ta’ emissjonijiet kollha u mhux biss dawk li jkunu disponibbli għalihom, fl-aħħar tas-sena, mid-differenza pożittiva bejn emissjonijiet li saru u emissjonijiet awtorizzati. Dan jagħtihom il-vantaġġ l-ieħor li jista’ jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom likwidità billi jbiegħu drittijiet ta’ emissjonijiet qabel ma jkunu twettqu l-kundizzjonijiet sabiex jiġu assenjati b’mod definittiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dwar il-possibbiltà li tiġi evitata l-multa</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Il-Pajjiżi l-Baxxi jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat, fil-punt 73 tas-sentenza appellata, li l-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ lill-impriżi li rmew iktar NO<HT TYPE="SUB">x</HT> mil-limitu ta’ emissjonijiet stabbilit, għaliex dan jagħtihom il-possibbiltà li jevitaw l-impożizzjoni ta’ multa billi jixtru drittijiet ta’ emissjonijiet mill-impriżi li jkollhom eċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Insostenn tal-argument tagħhom, huma essenzjalment isostnu li l-ħlas ta’ multa ma jeżonerax l-impriżi mill-akkwist ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet li jkollhom neqsin u, konsegwentement, għal dawn tal-aħħar, din ma tammontax għal alternattiva reali. Ngħid minnufih li dan l-argument, anki meta wieħed ikollu jikkunsidra li jsostni li kien hemm żball fil-liġi u mingħajr ma jikkontesta l-evalwazzjonijiet ta’ fatt inklużi fis-sentenza appellata, fil-fehma tiegħi huwa rrilevanti, peress li ma jippermettix li tiġi kontradetta l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali, li ssostni li bix-xiri ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet li jkunu neqsin qabel l-aħħar tas-sena, l-impriżi li jkunu ssuperaw il-limitu ta’ emissjonijiet jevitaw l-impożizzjoni tal-multa.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, lanqas ma wieħed jista’ jsostni, kif jidher li jagħmlu l-Pajjiżi l-Baxxi, li din il-konklużjoni ma tqisx il-fatt li l-imġiba sanzjonabbli tikkonsisti fin-nuqqas ta’ osservanza ta’ żewġ kundizzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati b’mod kumulattiv: li jinqabeż il-limitu stabbilit u fin-nuqqas li ma jiġux mixtrija d-drittijiet ta’ emissjoni. Fil-fatt dan l-argument għandu d-difett ta’ formaliżmu eċċessiv. Bil-kontra ta’ impriża li hija eskluża mis-sistema ta’ skambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet maħluqa bil-miżura inkwistjoni, li hija obbligata li tosserva l-limiti ta’ emissjonijiet imposti jew li tħallas<?PAGE NO="I-7704"?> multa<NOTE NOTE.ID="E0048" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Waqt is-seduta, il-Pajjiżi l-Baxxi kkonfermaw li l-impriżi suġġetti għall-miżura kkontestata huma responsabbli għal madwar 90 % tal-emissjonijiet industrijali ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> u li l-impriżi responsabbli għall-10 % li jibqa’ huma suġġetti għal limiti ta’ emissjonijiet, flimkien ma’ sanzjonijiet f’każ li jinqabeż il-limitu.</P></NOTE>, l-impriżi li jifformaw parti minn din is-sistema, li jeċċedu l-limitu stabbilit, għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom alternattiva għas-sanzjoni. Kuntrarju għal dak li jidher li qegħdin isostnu l-Pajjiżi l-Baxxi, din l-alternattiva hija reali. Dawn l-impriżi jistgħu, fil-fatt, fl-aħħar ta’ kull sena jiddeċiedu jekk jixtrux minnufih id-drittijiet li jonqoshom, jew li jħallsu l-multa u jakkwistawhom f’xi mument suċċessiv<NOTE NOTE.ID="E0049" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara t-tweġiba tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-mistoqsijiet bil-miktub li saru mill-Qorti Ġenerali.</P></NOTE>. Dawn imorru għall-ewwel għażla, meta skont il-valur tad-drittijiet ta’ emissjonijiet fis-suq, ikun iktar ta’ vantaġġ għalihom li jixtru d-drittijiet li jkun jonqoshom pjuttost milli jħallsu l-multa. Imorru, minflok, għat-tieni għażla jew meta jikkalkolaw li l-valur tad-drittijiet fis-suq se jonqos b’tali mod li jagħmilha iktar vantaġġjuż għalihom li jipposponu x-xiri minkejja li dan jimplika l-ħlas ta’ multa, jew ladarba jikkunsidraw li fis-sena ta’ wara, bis-saħħa ta’ investimenti li jkunu għamlu jew li jkunu se jagħmlu, jista’ jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom eċċess ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet b’mod tali li jkun jikkumpensa għal dawk li jkunu nieqsa fis-sena kurrenti (inkluż it-tnaqqis addizzjonali ta’ 25 % li se jiġi mpost fuqhom).</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għalhekk insostni li l-argumenti mressqa mill-Pajjiżi l-Baxxi ma jippermettux li wieħed jikkonkludi li l-punt 73 tas-sentenza appellata huwa vvizjat bi żball fil-liġi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Konklużjonijiet dwar l-ewwel ilment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-ewwel ilment, rigward interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi rrifjutat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar it-tieni lment, rigward interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>finanzjament permezz ta’ riżorsi tal-Istat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0044" REF.START="QS0044"/> fis-sens tal-Artikolu 87(1)(KE)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Bit-tieni lment, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Ġermanja jikkontestaw il-konklużjoni, inkluża fil-punti 75-77 tas-sentenza appellata, fejn jingħad li l-vantaġġi mogħtija bil-miżura inkwistjoni huma ffinanzjati permezz ta’ riżorsi tal-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali essenzjalment kkonstatat li, meta qiegħdu għad-dispożizzjoni tal-impriżi inkwistjoni<?PAGE NO="I-7705"?> d-drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> bla ħlas, minflok ma bigħuhom jew irkantawhom u ppermettew lill-impriżi li rmew NO<HT TYPE="SUB">x</HT> iktar milli suppost li jevitaw il-ħlas tal-multa billi jixtru mis-suq id-drittijiet ta’ emissjonijiet li kien jonqoshom, il-Pajjiżi l-Baxxi kienu rrinunzjaw għal riżorsi tal-Istat. Hija bbażat ruħha fuq ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li abbażi tagħha anki r-rinunzja min-naħa tal-Istat li jirċievi introjtu, anki jekk ma hemm l-ebda trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi, jista’ jammonta għal għajnuna<NOTE NOTE.ID="E0050" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19940315">15 ta’ Marzu 1994</DATE>, Banco Exterior de España (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-387/92" PAGE.ECR="I-877" YEAR="1994">C-387/92, Ġabra p. I-877</REF.DOC.ECR>, punt 14), tad-<DATE ISO="19990519">19 ta’ Mejju 1999</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/97" PAGE.ECR="I-2981" YEAR="1999">C-6/97, Ġabra p. I-2981</REF.DOC.ECR>, punt 16).</P></NOTE>. Abbażi ta’ din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit tal-finanzjament permezz ta’ riżorsi tal-Istat eżenzjoni jew tnaqqis fiskali<NOTE NOTE.ID="E0051" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20000919">19 ta’ Settembru 2000</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-156/98" PAGE.ECR="I-6857" YEAR="2000">C-156/98, Ġarba p. I-6857</REF.DOC.ECR>, punti 26 u 27), Banco Exterior de España, iċċitata iktar ’il fuq, punt 14, u L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-6/97, iċċitata iktar ’il fuq, punt 16.</P></NOTE>, krediti ta’ taxxi, u, taħt kundizzjonijiet partikolari, faċilitajiet ta’ ħlas għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mogħtija b’mod diskrezzjonali lil impriża mill-enti responsabbli mill-ġbir tagħhom<NOTE NOTE.ID="E0052" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenza DM Transport, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>, il-provvista ta’ oġġetti jew servizzi taħt kundizzjonijiet preferenzjali<NOTE NOTE.ID="E0053" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19960711">11 ta’ Lulju 1996</DATE>, SFEI <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/94" PAGE.ECR="I-3547" YEAR="1996">C-39/94, Ġabra p. I-3547</REF.DOC.ECR>, punt 59).</P></NOTE>, ir-rinunzja effettiva għal krediti pubbliċi jew eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħlas ta’ multi jew sanzjonijiet pekunjarji oħrajn<NOTE NOTE.ID="E0054" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Sentenza Piaggio, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Insostenn tal-ilment tagħhom il-Pajjiżi l-Baxxi qabel kollox jirrilevaw li huma llimitaw rwieħhom li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>joħolqu qafas leġiżlattiv sabiex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> b’mod vantaġġjuż għall-impriżi li għandhom impjanti industrijali kbar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0045" REF.START="QS0045"/>. Huma jenfasizzaw li d-drittijiet ta’ emissjonijiet li jistgħu jiġu nnegozjati jinħalqu direttament minn dawn l-impriżi u l-valur tagħhom huwa stabbilit mis-suq. Sistema bħal din tippermetti li l-impriżi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>jikkumpensaw<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0046" REF.START="QS0046"/> bejniethom l-emissjonijiet eċċessivi u li ma jikkonformawx mar-regolamenti imposti. Peress li dawn l-argumenti huma essenzjalment intiżi li jikkontestaw l-imputabbiltà għall-Istat tal-vantaġġi li joħorġu min-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ emissjoni, f’dan ir-rigward nillimita ruħi li nagħmel referenza għall-punti 66 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq, fejn dan l-aspett diġà ġie diskuss<NOTE NOTE.ID="E0055" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Fir-rigward ta’ dak li diġà għidt, inżid li, fis-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 26-27, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet li l-konnessjoni eżistenti bejn eżenzjoni fiskali għax-xiri ta’ ishma f’impriżi speċifiċi u l-benefiċċju indirett favur dawn l-impriżi tista’ ma tkunx preżenti għas-sempliċi fatt li l-kisba ta’ dan il-benefiċċju kienet tiddependi fuq deċiżjoni awtonoma tal-investituri.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi josservaw li l-alternattiva indikata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata, jiġifieri l-bejgħ jew l-irkantar tad-drittijiet ta’ emissjonijiet min-naħa tal-Istat, kienet tirriżulta f’piż għall-impriżi li diġà għandhom imposti fuqhom miri rigorużi għat-tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet u fi kwalunkwe każ kienet tkun inkompatibbli mas-sistema li hija fis-seħħ. Fil-fehma tiegħi dan l-argument ma jistax jirnexxi. Fil-fatt, kunsiderazzjonijiet rigward l-eżiġenza li tiġi ppreżervata l-koerenza tas-sistema u l-effett tagħha bħala inċentiv, kif ukoll b’mod ġenerali, l-għan ambjentali tagħha, filwaqt li jistgħu jsiru<?PAGE NO="I-7706"?> rilevanti fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern, huma rrilevanti għall-iskop li jiġi stabbilit jekk il-vantaġġi li din tagħti lill-impriżi kkonċernati humiex iffinanzjati permezz ta’ riżorsi pubbliċi. Għalhekk, għalkemm huwa veru li l-impożizzjoni fuq l-impriżi kkonċernati ta’ għanijiet dwar tnaqqis tal-emissjonijiet partikolarment rigorużi, minn naħa, u l-għoti lil dawn l-impriżi ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet negozjabbli, min-naħa l-oħra, jifformaw aspetti ta’ sistema waħda, dawn jistgħu madankollu jiġu kkunsidrati separatament fl-evalwazzjoni ta’ jekk din is-sistema timplikax li jkun hemm elementi ta’ għajnuna<NOTE NOTE.ID="E0056" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Dwar is-separabbiltà tal-aspetti differenti ta’ miżura tal-Istat għall-iskopijiet tal-analiżi tal-kompatibbiltà tagħha mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat, ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="19770322">22 ta’ Marzu 1977</DATE>, Iannelli &amp; Volpi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="74/76" PAGE.ECR="557" YEAR="1977">74/76, Ġabra p. 557</REF.DOC.ECR>, punti 14-17).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, huwa iktar b’saħħtu l-argument imressaq mill-Gvern Ġermaniż, fejn josserva li d-dritt Komunitarju ma jimponix fuq l-Istati Membri li jbigħu jew jirkantaw id-drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ tniġġis atmosferiku, iżda jħallihom liberi li jagħżlu jekk dawn jingħatawx bi ħlas jew b’xejn.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Huwa minnu, kif ġie rikonoxxut mill-istess Kummissjoni kemm fil-prim’istanza, u anki waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li d-dritt Komunitarju ma jistipulax dan l-obbligu, u lanqas ma jimponi fuq l-Istati Membri li jdaħħlu fis-seħħ sistema partikolari sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> stabbiliti bid-Direttiva 2001/81. L-Istati Membri huma essenzjalment liberi li jadottaw sistema tradizzjonali, ibbażata fuq l-impożizzjoni ta’ teknoloġiji jew li jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ emissjoni, flimkien ma’ sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur, jew strument ta’ regolamentazzjoni bbażat fuq il-mekkaniżmu tas-suq, permezz tal-ħolqien ta’ sistema ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet negozjabbli, jew anki, bħal fil-każ tal-Pajjiżi l-Baxxi, li jiġu kkombinati ż-żewġ possibbiltajiet. Fil-każ li tintgħażel sistema ta’ drittijiet negozjabbli, l-Istati Membri jkunu liberi li jagħżlu bejn l-għoti bla ħlas ta’ dawn id-drittijiet (hekk imsejħa grandfathering) jew il-bejgħ jew l-irkantar tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi madankollu din il-libertà ma teskludix il-possibbiltà li l-interventi maħsuba sabiex jattwaw l-għażla magħżula jkunu jinkludu elementi ta’ għajnuna mill-Istat, bl-istess mod li l-modalitajiet kif tiġi attwata skema fiskali jistgħu jimplikaw l-għoti ta’ għajnuna, għalkemm, fin-nuqqas ta’ obbligi Komunitarji speċifiċi, fil-prinċipju l-Istati huma liberi li jiddeċiedu jekk jagħmlux jew le użu mill-inċentivi fiskali u ma humiex obbligati li jiksbu introjtu mit-taxxi f’ammont stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jien pjuttost inklinat li nikkunsidra li, ladarba Stat Membru jawtorizza, jew anzi jinċentiva l-ħolqien ta’ suq ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-atmosfera, u jagħti, b’mod konkret, lil dawn id-drittijiet in-natura ta’ beni immaterjali negozjabbli, il-fatt li dawn<?PAGE NO="I-7707"?> tal-aħħar jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-impriżi li joperaw f’dak is-suq, direttament jew indirettament, mingħajr ħlas, dan jammonta għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>rinunzja ta’ riżorsi pubbliċi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0047" REF.START="QS0047"/> fuq il-mudell tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 81 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-argumenti li l-Gvernijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Ġermanja jinvokaw kontra din il-konklużjoni ma humiex konvinċenti.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Qabel kollox, dawn il-gvernijiet jiċħdu li, f’dan il-każ, hemm għoti ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet mingħand l-Istat, ladarba dawn id-drittijiet ikunu r-riżultat tal-imġiba tal-impriżi u tal-investimenti magħmulin minnhom bl-iskop li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom. Dan l-argument ma jreġix għall-eżami tal-fatti, li minnhom jirriżulta li għalkemm l-Istat ma jipproċedix għal għoti vera u proprja ta’ dawn id-drittijiet, huwa xorta jqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-impriżi li jipparteċipaw fis-sistema. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ma ġie vverifikat mill-Qorti Ġenerali<NOTE NOTE.ID="E0057" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Fil-punt 71 tas-sentenza appellata wieħed jaqra li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>kull pussessur ta’ permess ta’ emissjonijiet kellu kont fir-reġistru tal-emissjonijiet tal-NO<HT TYPE="SUB">x</HT> u seta’ jbigħ id-drittijiet kollha relattivi għas-snin li għalihom kien ġie stabbilit limitu, inklużi s-snin futuri<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0048" REF.START="QS0048"/>.</P></NOTE>, id-drittijiet ta’ emissjonijiet jistgħu jiġu nnegozjati f’kull mument, jiġifieri anki qabel ma jitwettqu l-kundizzjonijiet għall-ħolqien tagħhom (tnaqqis tal-emissjonijiet taħt il-limitu impost). Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mir-risposti tal-Pajjiżi l-Baxxi għad-domandi bil-miktub li saru mill-Qorti Ġenerali, fil-fażi tal-bidu tas-sistema ta’ skambju inkwistjoni, l-Istat ma llimitax ruħu li jawtorizza n-negozjar ta’ dawn id-drittijiet, u mbagħad ħalla kollox għall-mekkaniżmu tas-suq sabiex tiġi stabbilita l-kwantità u l-valur tad-drittijiet disponibbli għall-iskambju, iżda stabbilixxa l-limitu massimu ta’ emissjonijiet f’livell intenzjonalment baxx, b’mod li jippermetti lill-parti l-kbira tal-impriżi li jiddisponu minn numru suffiċjenti ta’ krediti sabiex jiġu skambjati u li jippermetti li jiġi stabbilit il-valur tad-drittijiet f’livell vantaġġjuż għal dawn l-impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvernijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Ġermanja josservaw li d-drittijiet ta’ emissjonijiet inkwistjoni ma għandhomx valur fil-mument li dawn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-impriżi, u jakkwistaw valur effettiv biss ladarba jitqiegħdu fis-suq. Ċirkustanza bħal din ma hijiex ta’ natura deċiżiva. Fil-fatt, dak li jgħodd għall-iskopijiet sabiex jiġi vverifikat jekk l-Istat ikunx irrinunzja għal introjtu meta jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-impriżi dawn id-drittijiet bla ħlas, hija l-<HT TYPE="ITALIC">idoneità</HT> tagħhom stess li jikkostitwixxu oġġett ta’ tranżazzjoni kummerċjali u li jiksbu valur fis-suq. Barra minn hekk, kif ġie enfasizzat b’mod korrett mill-Kummissjoni, peress li d-drittijiet ta’ emissjonijiet jistgħu jiġu nnegozjati f’kull mument, jirriżulta li jkun artifiċjali li tiġi separata l-fażi ta’ meta jitqiegħed għad-dispożizzjoni d-dritt minn dik tan-negozjar tal-istess dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Il-possibbiltà mogħtija mis-sistema ta’ negozjar ta’ drittijiet li jkunu għadhom ma nħolqux, fil-fatt tneħħi l-bażi anki<?PAGE NO="I-7708"?> tal-argument imressaq mill-Gvern Ġermaniż, li jsostni li l-impriżi li jarmu inqas NO<HT TYPE="SUB">x</HT> mil-limitu applikabbli għalihom jakkwistaw fir-rigward tal-Istat dritt li jiksbu ċertifikat korrispondenti, dritt li jeskludi l-fakultà li l-Istat jeżiġi prezz jew li jirkanta dan iċ-ċertifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Gvernijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Ġermanja jisiltu punti favur l-argument tagħhom mix-xebh preżunt bejn il-kwistjoni preżenti u dik li hija s-suġġett tal-kawża li wasslet għas-sentenza PreussenElektra<NOTE NOTE.ID="E0058" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Anki dawn l-argumenti għandhom fil-fehma tiegħi jiġu kumplessivament miċħuda. Fis-sentenza PreussenElektra, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet li kienet tammonta għal għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu87 (1) KE, leġiżlazzjoni nazzjonali li minn naħa, kienet timponi fuq l-impriżi privati fornituri tal-enerġija elettrika obbligu li jakkwistaw enerġija elettrika prodotta minn sorsi rinnovabbli bi prezzijiet minimi li huma ogħla mill-valur ekonomiku ta’ dik it-tip ta’ enerġija u, min-naħa l-oħra, qasmet il-piż finanzjarju li jirriżulta minn dan l-obbligu bejn l-impriżi fornituri u l-amministraturi ta’ netwerks privati tal-enerġija elettrika li jinsabu f’pożizzjoni upstream. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, fin-nuqqas ta’ trasferiment dirett jew indirett ta’ riżorsi tal-Istat, il-fatt li din il-leġiżlazzjoni tagħti vantaġġ ekonomiku indiskuss lill-impriżi produtturi tal-enerġija elettrika miksuba minn sorsi rinnovabbli u li dan il-vantaġġ ikun il-konsegwenza tal-intervent ta’ poteri pubbliċi, ma kienx biżżejjed sabiex jikkwalifika l-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat<NOTE NOTE.ID="E0059" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, b’mod partikolari, il-punti 59 u 61.</P></NOTE>. B’mod partikolari, fil-punt 62, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li ċ-ċirkustanza li l-piż finanzjarju li jirriżulta mill-obbligu tal-akkwist bi prezzijiet minimi jista’ jkollu riperkussjonijiet negattivi fuq ir-riżultati ekonomiċi tal-impriżi suġġetti għal dan l-obbligu, u għalhekk jikkawża tnaqqis fid-dħul mit-taxxi tal-Istat, kienet tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>konsegwenza inerenti ta’ regolamentazzjoni ta’ dan it-tip u mhux (…) mezz biex il-produtturi tal-enerġija elettrika minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jingħataw vantaġġ ekonomiku għas-spejjeż tal-Istat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0049" REF.START="QS0049"/>. Issa, fil-każ inkwistjoni, it-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas ta’ drittijiet negozjabbli favur l-impriżi kkonċernati u r-rinunzja sussegwenti min-naħa tal-Istat li jirċievi l-ħlas relattiv ma tistax tiġi kkunsidrata li hi komparabbli mat-tnaqqis mid-dħul konsegwenza tal-impatt (purament potenzjali) ta’ obbligu ta’ akkwist bi prezzijiet fissi impost mill-Istat. Din ir-rinunzja b’mod partikolari ma tistax tkun ikkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>inerenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0050" REF.START="QS0050"/> għal kull strument li hu intiż sabiex jirregola l-emissjonijiet atmosferiċi permezz ta’ sistema ta’ skambju ta’ drittijiet ta’ emissjoni. Fil-fatt, kif diġà rajna, meta jirrikorri għal strumenti bħal dawn, l-Istat għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, bħala regola, għażla bejn għoti bla ħlas u l-bejgħ jew l-irkant ta’ dawn id-drittijiet. Barra minn hekk, fil-każ inkwistjoni, teżisti rabta diretta<?PAGE NO="I-7709"?> biżżejjed bejn il-miżura inkwistjoni u t-telf ta’ dħul min-naħa tal-Istat, li għal kuntrarju kienet nieqsa bejn l-impożizzjoni tal-obbligu tal-akkwist inkwistjoni u t-tnaqqis eventwali tad-dħul mit-taxxi fil-kawża PreussenElektra. Il-fatti f’din l-aħħar kawża u dawk fil-kawża quddiemna ma humiex għalhekk simili u s-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-ewwel waħda ma tistax tintuża għall-każ inkwistjoni<NOTE NOTE.ID="E0060" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Nosserva, inċidentalment, li anki fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Essent kont issuġġerejt lill-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk f’kuntest differenti, sabiex ma testendix is-soluzzjoni segwita fis-sentenza PreussenElektra lil hinn miċ-ċirkustanzi speċifiċi fattwali li kienu ġġustifikaw li tiġi milqugħa. Ara l-Konklużjonijiet tal-<DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>, fil-kawża Essent, iċċitata iktar ’il fuq, punti 97 u 98.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, ma naħsibx li l-punti mressqa mill-Gvernijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Ġermanja huma tali li jirriżulta li kien hemm ksur tal-Artikolu 87 (1) KE, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, fejn din tikkonkludi, fil-punti 75-78 tas-sentenza appellata, li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-każ inkwistjoni, meta b’mod indirett jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-impriżi inkwistjoni d-drittijiet ta’ emissjonijiet inkwistjoni bla ħlas, il-Pajjiżi l-Baxxi qed jikkonċedu dritt lil dawn l-impriżi billi qegħdin jirrinunzjaw milli jirċievu d-dħul li jikkorrispondi għall-prezz tal-bejgħ tiegħu jew li jinkiseb mill-irkant tiegħu. Għal kuntrarju timmilita favur konklużjoni bħal din l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat li l-Qorti tal-Ġustizzja adottat sa mill-ewwel deċiżjonijiet tagħha, minħabba l-importanza tal-għan tal-ħolqien ta’ suq intern fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ma jiġux imgħawġin minn interventi unilaterali tal-Istati Membri<NOTE NOTE.ID="E0061" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE>, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/04 P" PAGE.ECR="I-5977" YEAR="2006">C-308/04 P, Ġabra I-5977</REF.DOC.ECR>, punt 31), u tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Il-Ġermanja vs Kronofrance (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-75/05 P+C-80/05 P" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2008">C-75/05 P u C-80/05 P, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>, punt 66).</P></NOTE>. Dan l-approċċ jirrifletti ruħu anki fil-ġurisprudenza fir-rigward tal-kundizzjoni tal-finanzjament permezz ta’ riżorsi pubbliċi. F’dan ir-rigward, minbarra l-ġurisprudenza msemmija fil-punt 81 iktar ’il fuq, fejn diġà hemm inkluż numru kbir ta’ kawżi varji ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>finazjamenti permezz ta’ rinunzja ta’ introjti pubbliċi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0051" REF.START="QS0051"/>, infakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat kemm-il darba li l-Artikolu 107 (1) KE jinkludi l-istrumenti finanzjarji li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu fir-realtà jużaw sabiex isostnu l-impriżi, irrispettivament mill-fatt li dawn l-istrumenti <HT TYPE="ITALIC">jappartjenux jew le għall-patrimonju tal-Istat</HT>, sakemm dawn jibqgħu b’mod kontinwu taħt il-kontroll pubbliku<NOTE NOTE.ID="E0062" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, Franza vs Ladbroke Racing u Il-Kummissjoni, Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-83/98" PAGE.ECR="I-3271" YEAR="2000">C-83/98, Ġabra p. I-3271</REF.DOC.ECR>, punt 50, u C-482/99, punt 37.</P></NOTE>. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-każijiet fejn il-Qorti tal-Ġustizzja nnegat li kien jeżisti finanzjament permezz ta’ riżorsi statali kienu jirreferu għal sitwazzjonijiet fejn, jekk jiġi deċiż mod ieħor, kien effettivament ifisser, li jiġu rikonoxxuti bħala koperti taħt il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat anki vantaġġi li, minkejja li kienu attribwibbli għall-intervent tal-Istat, ma kinux jimplikaw ebda trasferiment dirett jew indirett ta’ riżorsi tal-Istat<NOTE NOTE.ID="E0063" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19930317">17 ta’ Marzu 1993</DATE>, Sloman Neptun (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-72/91+C-73/91" PAGE.ECR="I-887" YEAR="1993">C-72/91 u C-73/91, Ġabra p. I-887</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="19980507">7 ta’ Mejju 1998</DATE>, Viscido <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-52/97+C-53/97+C-54/97" PAGE.ECR="I-2629" YEAR="1998">C-52/97 sa C-54/97, Ġabra p. I-2629</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>, PreussenElektra, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>, u li jiġi annullat, fil-fatt, wieħed mill-elementi kostituttivi<?PAGE NO="I-7710"?> tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 (1) KE<NOTE NOTE.ID="E0064" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>F’dan ir-rigward, infakkar li wħud mid-deċiżjonijiet importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Konklużjonijiet ta’ wħud mill-Avukati Ġenerali kienu taw lok għal diskussjoni dwar l-inevitabbiltà tal-finanzjament pubbliku għall-iskopijiet ta’ klassifikazzjoni tal-miżura statali bħala għajnuna mill-Istat: ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19850130">30 ta’ Jannar 1985</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="290/83" PAGE.ECR="439" YEAR="1985">290/83, Ġabra p. 439</REF.DOC.ECR>, punti 13 u 14); tat-<DATE ISO="19880202">2 ta’ Frar 1988</DATE>, Kwekerij van der Kooy <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="67/85+68/85+70/85" PAGE.ECR="219" YEAR="1988">67/85, 68/85 u 70/85, Ġabra p. 219</REF.DOC.ECR>, punti 32-38), u tas-<DATE ISO="19880607">7 ta’ Ġunju 1988</DATE>, Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="57/86" PAGE.ECR="2855" YEAR="1988">57/86, Ġabra p. 2855</REF.DOC.ECR>, punt 12), u l-Konklużjonijiet tal-Avukati Ġenerali VerLoren van Themaat, fil-Kawżi Magħqudin 213/81-215/81, Norddeutsches Vieh- und Fleischkontor Will <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (sentenza tat-<DATE ISO="19821013">13 ta’ Ottubru 1982</DATE>, Ġabra p. 3583); Slynn f’Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, u Darmon fil-kawża Sloman Neptun, iċċitata iktar ’il fuq. Mis-sentenza Sloman Neptun ’il quddiem, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu, b’mod ripetut, u mingħajr eżitazzjonijiet, ikkonstatat il-prinċipju li jsostni li għajnuna mill-Istat trid tkun iffinanzjata direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi statali. Fil-kawza PreussenElektra, sentenza iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistiedna mill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra mill-ġdid il-ġurisprudenza tagħha f’dan ir-rigward, b’mod partikulari fid-dawl ta’ żviluppi riċenti fid-dritt Komunitarju. Madankollu l-Qorti tal-Ġustizzja ma tatx widen għal din l-istedina.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Bl-istess mod il-Pajjiżi l-Baxxi jikkontestaw il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li ssostni li huma jirrinunzjaw għal introjti pubbliċi meta jippermettu lill-impriżi pubbliċi li jkunu rmew NO<HT TYPE="SUB">x</HT> b’mod eċċessiv li jevitaw il-ħlas ta’ multa billi jixtru fis-suq id-drittijiet ta’ emissjonijiet li jkollhom neqsin. F’dan ir-rigward huma jsostnu li l-multa inkwistjoni tammonta għal sanzjoni supplimentari dwar il-provvista ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet li jkunu neqsin. Dan l-argument diġà ġie diskuss u miċħud fil-punti 76 sa 78 iktar ’il fuq, li nirreferi għalihom. Din il-kontestazzjoni mressqa mill-Pajjiżi l-Baxxi għalhekk ma tistax tiġi milqugħa.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjonijiet dwar l-appelli inċidentali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiċħad l-appelli inċidentali tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Ġermanja.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dwar ir-rikors fl-ewwel istanza</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ li tiġi annullata s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ hija stess tiddeċiedi b’mod definittiv il-kwistjoni ladarba l-istat tal-atti jkun jippermetti, inkella li tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi deċiża minn din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma huwiex neċessarju li l-kawża tiġi rrinvjata lill-Qorti Ġenerali. Kif isostnu kemm il-Kummissjoni u anki l-Gvernijiet li qegħdin jilmentaw, l-istat tal-atti fil-fatt jippermetti li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Għal dan l-iskop, jeħtieġ li jiġi eżaminat it-tieni aggravju tal-appell imressaq mill-Pajjiżi l-Baxxi insostenn tal-appell tagħhom, rigward difett fil-motivazzjoni tad-Deċiżjoni, li dwaru l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7711"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar it-tieni aggravju tal-appell, rigward ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>Il-Pajjiżi l-Baxxi jsostnu li d-Deċiżjoni, fil-parti fejn il-Kummissjoni tikkonkludi dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, ma hijiex motivata kif suppost.</TXT></NP><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Dawn isostnu, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni kkonstatat b’mod żbaljat fid-Deċiżjoni li impriża li ma tosservax il-limitu tal-emissjonijiet impost u li għalhekk tintalab tħallas multa, tirċievi xorta waħda krediti ta’ emissjoni. Dan l-argument għandu jiġi miċħud sa fejn jipprova jsostni li kien hemm żball ta’ fatt pjuttost milli difett fil-motivazzjoni tad-Deċiżjoni. Bl-istess mod għandu jiġi miċħud l-argument, simili, li l-Pajjiżi l-Baxxi jsostnu fil-punt 65 tar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Pajjiżi l-Baxxi jirrilevaw xi ambigwitajiet u kontradizzjonijiet fil-motivazzjoni tad-Deċiżjoni. Isostnu qabel kollox li l-Kummissjoni kkontradiċiet ruħha meta kkonstatat, minn naħa, li d-drittijiet ta’ emissjonijiet jitqassmu <HT TYPE="ITALIC">bla ħlas</HT> lill-impriżi u, min-naħa l-oħra li t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> taħt il-limitu mill-impriżi jammonta għal <HT TYPE="ITALIC">kontropartita</HT>. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li ż-żewġ dikjarazzjonijiet huma inklużi rispettivament fil-parti tad-Deċiżjoni dwar l-eżami tal-eżistenza ta’ għajnuna u f’dik li tikkonċerna l-evalwazzjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni sostniet li ċ-ċirkustanza li l-impriżi kienu inċentivati sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b’mod iktar qawwi mil-limitu mogħti lilhom tammonta għal kontropartita, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>konformi mal-ispirtu tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0052" REF.START="QS0052"/>, għall-vantaġġ mogħti lil dawn l-impriżi bil-miżura inkwistjoni (punt 3.3 tad-Deċiżjoni) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Din il-konklużjoni bl-ebda mod ma tikkontradixxi d-dikjarazzjoni li ssostni li d-drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ NO<HT TYPE="SUB">x</HT> jiġu mogħtija bla ħlas lill-impriżi suġġetti għal din il-miżura.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Skont l-Istat Membru rikorrenti, ir-raġunament tal-Kummissjoni apparti dan ma huwiex preċiż fejn jiġi ddikjarat fil-konklużjonijiet (punt 4 tad-Deċiżjoni), li sistema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>dynamic-cap<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0053" REF.START="QS0053"/> bħal dik adottata fil-Pajjiżi l-Baxxi għandha riżultat ambjentali inċert u timplika spejjeż amministrattivi iktar għoljin u għal dawn ir-raġunijiet ma għandhiex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, nillimita ruħi sabiex nirrileva li jirriżulta ċar mill-kunsiderazzjonijiet kollha li saru fid-Deċiżjoni li dikjarazzjoni bħal din, li għandha tiġi kkunsidrata bħal speċi ta’ <HT TYPE="ITALIC">obiter dictum</HT> fl-essenza tal-motivazzjoni ta’ dak l-att, ma kellha l-ebda rilevanza fil-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna, u lanqas ma affettwat fl-eżami tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern. Għalhekk l-argument tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Pajjiżi l-Baxxi jsostnu li l-Kummissjoni naqset milli timmotiva b’mod<?PAGE NO="I-7712"?> xieraq il-konklużjoni li ssostni li l-miżura inkwistjoni taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tgħawweġ il-kompetizzjoni. Fil-fehma tiegħi anki dan l-argument għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, il-paragrafu ta’ qabel l-aħħar tal-punt 3.2 tad-Deċiżjoni jipprovdi motivazzjoni suffiċjenti, anki jekk konċiża, dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom il-Kummissjoni ssostni li l-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ kompetittiv lill-impriżi li huma suġġetti għaliha li jista’ jħalli effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dak li ntqal preċedentement, it-tieni aggravju tal-appell huwa, fil-fehma tiegħi, infondat. Għaldaqstant ir-rikors tal-prim’istanza għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tilqa’ l-appell prinċipali u tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, Kawża T-233/04;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad l-appelli inċidentali;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi l-kwistjoni billi tiċħad ir-rikors tal-ewwel istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-7713"?><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li, bis-saħħa tal-Artikolu 122(1) tar-Regolament tal-Proċedura, meta l-appell jiġi miċħud jew meta l-appell jiġi milqugħ u l-kwistjoni tiġi deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod definittiv, din tal-aħħar tiddeċiedi dwar l-ispejjeż, u peress li l-Kummissjoni talbet li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jiġi kkundannat iħallas l-ispejjeż tal-appell prinċipali u dawk tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li dawn l-ispejjeż għandhom jitħallsu mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u li tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Renju Unit għandhom iħallsu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>