|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/808 |
6.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/808
tal-5 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tat-tħassir tal-gamma-ċjalotrina, tal-ipkonażol u tal-ossamil mil-lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jitqiesu bħala kandidati għas-sostituzzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (2) fih lista ta’ sustanzi attivi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biex jitqiesu bħala kandidati għas-sostituzzjoni. |
|
(2) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva gamma-ċjalotrina skadiet fil-31 ta’ Marzu 2025 filwaqt li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ipkonażol ġiet irtirata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/939 (3) u l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ossamil ma ġġedditx bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/741 (4). Għalhekk, l-elenkar tagħhom fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 ma għadux rilevanti. Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, dawn jenħtieġ li jitħassru minn dak l-Anness. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/408/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/939 tal-10 ta’ Mejju 2023 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ipkonażol f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 571/2014 (ĠU L 125, 11.5.2023, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/939/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/741 tal-5 ta’ April 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksamil, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 98, 11.4.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/741/oj).
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 jitħassru l-entrati għall-gamma-ċjalotrina, l-ipkonażol u l-ossamil.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/808/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)