|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2295 |
9.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 116/2023
tat-28 ta’ April 2023
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2295]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/664 tat-22 ta’ April 2021 dwar qafas regolatorju għall-U-space (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/665 tat-22 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-fornituri tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħra tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru tal-U-space ddeżinjati fl-ispazju tal-ajru kkontrollat (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/666 tat-22 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 923/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru bi bdot abbord li joperaw fl-ispazju tal-ajru tal-U-space (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66wk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66xg (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373):
|
|
3. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 66zbd (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/664, (UE) 2021/665 u (UE) 2021/666 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2023 tat-28 ta’ April 2023 (4), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2023 tat-28 ta’ April 2023 (5), skont liema data tkun l-aktar reċenti.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 139, 23.4.2021, p. 161.
(2) ĠU L 139, 23.4.2021, p. 184.
(3) ĠU L 139, 23.4.2021, p. 187.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(4) ĠU L, 2023/2294, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/2023/2294/oj.
(5) ĠU L, 2023/2264, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/2023/2264/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2295/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)