22004D0050

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2004 tat-23 ta' April 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 (aġġustamenti għall-iżviluppi tekniċi)

Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0017 - 0018


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 50/2004

tat-23 ta' April 2003

li temenda l-Anness XXI (Statistika) li tinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 33/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 tas-6 ta' Settembru 2002 li jaġġusta r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98, (KE) Nru 2701/98 u (KE) Nru 2702/98 [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97):

"- 32002 R 1614: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 tas-6 ta' Settembru 2002 (ĠU L 244, tat-12.9.2002, p. 7)."

2. Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1a (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98), il-punt 1b (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2701/98) u l-punt 1ċ (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2702/98):

", kif emendat bi:

- 32002 R 1614: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 tas-6 ta' Settembru 2002 (ĠU L 244, tat-12.9.2002, p. 7)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1614/2002 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' April 2004, kemm-il darba li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE tal-, u fis-Suppliment ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 144.

[2] ĠU L 244, tat-12.9.2002, p. 7.

[3] Ma huma indikati ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------