IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 11.7.2023
COM(2023) 398 final
ANNESS
tal-Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (IOC) fir-rigward tal-adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
ANNESS
L-Unjoni għandha tappoġġa l-adeżjoni tal-Gvern tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-Ftehim, f’sessjoni futura tal-Kunsill tal-Membri jew fil-qafas ta’ proċedura għall-adozzjoni mill-Kunsill tal-Membri permezz tal-iskambju tal-korrispondenza, dment li l-ishma tal-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina jiġu kkalkulati skont il-formula speċifikata fl-Artikolu 11 tal-Ftehim u l-limitu taż-żmien għad-depożitu tal-istrument tal-adeżjoni ma jaqbiżx sena u nofs wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Membri. Jekk id-depożitu tal-istrument jiddewwem, l-Unjoni, f’deċiżjonijiet sussegwenti li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill tal-Membri, tista’ tappoġġa l-estensjoni tal-perjodu għad-depożitu tal-istrument.