|
12.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/138 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1200
tal-11 ta’ Lulju 2022
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2022) 5015)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u tfixkil fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjoni tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi li jżommu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra li jżommu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI tidħol fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi l-miżuri għall-kontroll tal-mard marbutin mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti l-oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1021 (4) wara tifqigħat tal-HPAI fil-pollam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fin-Netherlands li kien jeħtieġ tiġi riflessa f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1021, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment fejn kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija, li jinsab fil-Provinċja ta’ Vlaams-Brabant ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(7) |
Barra minn hekk, in-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida tal-HPAI fi stabbiliment fejn kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar tat-trobbija, li jinsab fil-Provinċja ta’ Noord-Holland f’dak l-Istat Membru. |
|
(8) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju u tan-Netherlands wettqu l-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fost dawn, l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawk it-tifqigħat. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ttieħdu mill-Belġju u min-Netherlands b’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri, u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Belġju u fin-Netherlands, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri, jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(10) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641, attwalment ma hemmx żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Belġju. |
|
(11) |
Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Belġju u man-Netherlands, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(12) |
Għalhekk, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jenħtieġ li jiġu elenkati għall-Belġju fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641. |
|
(13) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati għan-Netherlands fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641. |
|
(14) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq mill-Belġju u min-Netherlands, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tiġi emendata skont dan. |
|
(16) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-HPAI, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 b’din id-Deċiżjoni, ikunu effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 166).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1021 tat-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 170, 28.6.2022, p. 85).
ANNESS
“ANNESS
PARTI A
Iż-żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati (*1) kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 2:
|
Stat Membru: il-Belġju
|
|
Stat Membru: Franza
|
||||||||||||||||||
|
Stat Membru: in-Netherlands
|
||||||||||||||
PARTI B
Iż-żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati (*1) kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 3:
|
Stat Membru: il-Belġju
|
|
Stat Membru: il-Bulgarija
|
||||||||
|
Stat Membru: il-Ġermanja
|
||||||||||||||||
|
Stat Membru: Franza
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Stat Membru: l-Ungerija
|
||||||||||||||
|
Stat Membru: in-Netherlands
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
PARTI C
Żoni ristretti oħrajn fl-Istati Membri kkonċernati (*1) kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 3a:
(*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.