Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta’ Frar 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali (ĠU L 180, p. 52), safejn jeskludi mill-iskema tranżitorja lill-operaturi li, sal-11 ta’ Lulju 2001, kienu diġà ressqu, quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża, applikazzjoni sabiex tapplika l-iskema ta’ għajnuna in kwistjoni li fir-rigward tagħha kienet għadha ma ttieħditx deċiżjoni sa din l-istess data.
Dispożittiv
1) L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta’ Frar 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali, huwa annullat safejn jeskludi mill-iskema tranżitorja stabbilita minnu lill-operaturi li, sal-11 ta’ Lulju 2001, kienu ressqu, quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża, applikazzjoni sabiex tapplika l-iskema ta’ għajnuna in kwistjoni li fir-rigward tagħha kienet għadha ma ttieħditx deċiżjoni sa din l-istess data.
2) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.