Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) li jaddatta l-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej /* KUMM/2007/0209 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 24.4.2007 KUMM(2007) 209 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jaddatta l-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Il-motivazzjonijiet u l-għanijiet tal-proposta Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Anness XI ta’ l-Istatut, l-addattamenti intermedji tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 65 ta’ l-Istatut jiġu deċiżi, skond l-informazzjoni pprovduta mill-Eurostat, fil-każ ta’ varjazzjoni sinifikanti fl-għoli tal-ħajja bejn Ġunju u Diċembru, filwaqt li titqies il-previżjoni ta’ l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ akkwist matul il-perjodu ta’ referenza annwali attwali, b’effett mill-1 ta’ Jannar. Jekk ikun meħtieġ, il-proposta tal-Kummissjoni tiġi mgħoddija lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-tieni nofs t’April. | 120 | Il-kuntest ġenerali Skond l-Artikolu 6 ta’ l-Anness XI ta’ l-Istatut, l-addattamenti jiġu deċiżi għal-lokalitajiet kollha (inkluż Brussell) jekk il-livell minimu ta’ sensittività jintlaħaq fi Brussell. Jekk dak il-livell minimu ta’ sensittività ma jintlaħaqx, għandhom isiru addattamenti biss għal dawk il-lokalitajiet fejn il-livell minimu jinqabeż. Skond l-Artikolu 7 ta’ l-Anness XI ta’ l-Istatut, l-ammont ta’ addattament għandu jkun l-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell immultiplikat, fejn xieraq, bin-nofs tal-previżjoni ta’ l-indikatur speċifiku jekk dan huwa negattiv. L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjonijiet netti tal-ħaddiema fis-servizzi pubbliku nazzjonali ta’ l-amministrazzjonijiet ċentrali ta’ l-Istati Membri. Il-Eurostat iddetermina dan l-indikatur fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 1 ta’ l-Anness XI. L-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikejjel l-iżvilupp ta’ l-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Eurostat iddetermina dan l-indiċi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani. Il-koeffiċjenti korrettorji huma ugwali għall-proporzjon bejn il-parità ekonomika relevanti u r-rata tal-kambju korrispondenti msemmija fl-Artikolu 63 ta’ l-Istatut, u jekk il-limitu ta’ l-addattament ma jintlaħaqx għal Brussell, dan jiġi mmultiplikat bil-valur ta’ l-addattament. Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta’ akkwist tar-remunerazzjonijiet bejn Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, u l-lokalitajiet l-oħra kkonċernati. Il-Eurostat ikkalkola dawn il-paritajiet bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta’ akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkola dawn il-paritajiet bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika. | 130 | Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Din il-proposta tiżdied mal-proposta ppreżentata kull sena biex jiġu addattati r-remunerazzjojnijiet u l-pensjonijiet. | 141 | Il-koerenza mal-politika u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Ma tapplikax. | IL-KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ANALIżI TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali maħsuba u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti ta’ l-impjegati skond il-proċeduri fis-seħħ. | 212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. | Il-kisba u l-użu ta’ għarfien mill-esperti | 229 | Ma kienx meħtieġ l-għarfien ta’ espert estern. | 230 | L-analiżi ta’ l-impatt - Il-proposta għandha l-għan li taddatta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. | L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Anness XI ta’ l-Istatut, l-azzjoni proposta għandha l-għan li jaddattaw ir-remunerazzjonijiet fil-lokalitajiet fejn kien hemm varjazzjoni sinifikanti fl-għoli tal-ħajja. L-iżvilupp ta’ l-għoli tal-ħajja għal Brussell, imkejjel bl-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell, għall-perjodu minn Ġunju sa Diċembru tas-sena ta’ qabel, huwa 0.3%. L-iżvilupp fl-għoli tal-ħajja barra l-Belġju u l-Lussemburgu matul il-perjodu ta’ referenza jitkejjel bl-indiċi impliċiti kkalkolati mill-Eurostat. Dawn l-indiċi jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell ikun immoltiplikat bil-bidla fil-parità ekonomika. Il-limitu ta’ sensittività huwa l-persentaġġ li jikkorrispondi għal 7% għall-perjodu ta’ tnax-il xahar (3.5% għall-perjodu ta’ sitt xhur). L-indiċi impliċitu li japplika għar-remunerazzjonijiet jaqbeż il-limitu minimu fil-pajjiżi jew lokalitajiet li ġejjin: - Estonja 5.4%. L-indiċi impliċitu li japplika għall-pensjonijiet ma jaqbiżx il-limitu għall-ebda pajjiż. L-addattament intermedju huwa l-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell immultiplikat, jekk ikun il-każ, bin-nofs tal-previżjoni ta’ l-indikatur speċifiku jekk dan huwa negattiv. Il-previżjoni ta’ l-indikatur speċifiku huwa - 1.0%, u b’hekk l-ammont ta’ l-addattaent intermedju huwa -0.2%. Il-koeffiċjenti korrettorji huma ugwali għall-proporzjon bejn il-parità ekonomika kkonċernata u r-rata tal-kambju immoltiplikat bl-ammont intermedju ta’ l-addattament, jekk il-limitu ta’ l-addattament ma jintlaħaqx għal Brussell. Dawn il-koeffiċjenti jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar. Madankollu, għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 6.3%, jidħlu fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru. Għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 12.6%, jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru. B’riżultat ta’ dan, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, il-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjoni għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li jabqżu l-limitu huma: - L-Estonja 83.4. Il-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għall-pensjonijiet u t-trasferimenti jibqgħu l-istess. | 310 | Il-bażi ġuridika Il-bażi ġuridika hija l-Istatut u b’mod partikolari l-Anness XI tiegħu. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | 331 | - L-Anness XI ta’ l-Istatut jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill. | 332 | - Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ addattament stabbilit fl-Istatut. | L-għażla ta’ l-atti | 341 | L-Att(i) propost(i): Regolament. | 342 | Atti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Anness XI ta’ l-Istatut jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill. | L-IMPATTI FUQ IL-BAġIT | 401 | L-impatt ta’ l-addattament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju anness miegħu. | Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jaddatta l-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Istatut ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ l-impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 tar-Regolamenti ta’ l-Istaff u l-Annessi VII, XI u XIII tagħhom, kif ukoll l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 20, l-Artikoli 64 u l-Artikolu 92 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ impjegati oħra, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: 1. Kien hemm żieda sinifikanti fl-għoli tal-ħajja fl-Estonja fil-perjodu bejn Ġunju u Diċembru u l-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra għandhom għalhekk jiġu aġġustati, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 B’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, il-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 64 ta’ l-Istatut, għar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra fil-pajjiżi u l-lokalitajiet imsemmija hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej: - L-Estonja 83.4. Artikolu 2 Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jaddatta l-koeffiċjenti korrettorji li japplikaw għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej. 2. QAFAS ABM/ABB (ĠESTJONI SKOND L-ATTIVITÀ/IBBAĠITJAR SKOND L-ATTIVITÀ) Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat/i u l-Attività/jiet relatati: L-oqsma u l-attivitajiet huma kollha potenzjalment ikkonċernati. 3. IL-LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Il-linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (linji antiki B.A.)) inklużi l-intestaturi: In-nefqa: XX.01.01.01 Kummissjoni u Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra. Dħul: 400 – Dħul mit-taxxa fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances ta’ l-uffiċjali, impjegati oħra u persuni li jirċievu pensjoni, 404 – Dħul mil-levy speċjali fuq is-salarji tal-membri ta’ l-istituzzjonijiet, uffiċjali u impjegati oħra b’impieg attiv, 410 – Kontribuzzjonijiet ta’ l-istaff għall-iskema tal-pensjoni. 3.2. It-terminu ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: Indefinit 3.3. Il-karatteristiċi tal-baġit (żid ir-ringieli jekk hemm bżonn): Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ nfiq | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja | XX.01.01.01 u Kapitolu 11 | DNO | CND[2] | LE | LE | LE | Nru [5] | 4. IS-SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Ir-riżorsi finanzjarji 4.1.1. Is-sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (PA) miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) It-tip ta’ nfiq | It-taqsima Nru | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | n + 5 u wara | Total | L-infiq operattiv[3] | L-Approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) | 8.1 | a | L-Approprjazzjonijiet ta’ ħlas (PA) | b | In-nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[4] | L-Assistenza teknika u amministrattiva – ATA (Mhux obbligatorja) | 8.2.4 | c | L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | L-Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | L-Approprjazzjonijiet għall-Ħlas | b+c | L-infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[5] | Ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (Mhux obbligatorji) | 8.2.5 | d | 0,037 | 0,037 | 0,037 | 0,037 | 0,037 | 0,037 | Mhux disponibbli | L-ispejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (Mhux obbligatorju) | 8.2.6 | e | Total indikattiv ta’ l-ispiża finanzjarja ta’ l-intervent CA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 0,037 | 0,037 | 0,037 | 0,037 | 0,037 | 0,037 | Mhux disponibbli | PA TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 0,037 | 0,037 | 0,037 | 0,037 | 0,037 | 0,037 | Mhux disponibbli | Id-dettalji tal-kofinanzjament Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji jekk ikunu previsti aktar organizzazzjonijiet għall-forniment tal-kofinanzjament): miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) L-organizzazzjoni tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u snin ta’ wara | Total | …………………… | f | CA TOTALI inklużi l-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 4.1.2. Il-kompatibbiltà ma’ l-ipprogrammar finanzjarju X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Din il-proposta se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[6] (jiġifieri, l-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul ( Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul X L-impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: miljuni ta’ EUR (sa punt deċimali wieħed) Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | Għadd totali ta’ riżorsi umani | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jeħtieġ li jkun hemm id-dettalji tal-kuntest tal-proposta Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni komplementari speċifika li ġejja: 5.1. Implimentazzjoni meħtieġa fi żmien qasir jew fuq tul ta’ żmien Obbligu Statutorju. 5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment mill-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli Mhux applikabbli. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM Mhux applikabbli. 5.4. Il-metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv) Indika hawn taħt il-metodu/i[8] magħżul/a biex l-azzjoni tiġi implimentata. ( Il-ġestjoni ċentralizzata X direttament mill-Kummissjoni: PMO ( indirettament b’delega lil: ( aġenziji eżekuttivi ( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, ( entitajiet fis-settur pubbliku nazzjonali/entitajiet b’missjoni fis-servizz pubbliku. ( Il-ġestjoni konġunta jew deċentralizzata ( ma’ Stati Membri ( ma’ pajjiżi terzi ( Il-ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti rilevanti: Metodu tal-kalkolu: Aġġustament = Twettiq fl-2007 x 5.4%. Il-miżura tinvolvi 17-il persuna fl-Estonja. 6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI 6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ Mhux applikabbli. 6.2. L-evalwazzjoni 6.2.1. L-evalwazzjoni ex-ante Mhux applikabbli. 6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni interim/ ex-post (it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi) Mhux applikabbli. 6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjonjiet fil-ġejjieni Evalwazzjoni fl-aħħar tar-raba’ sena minn Lulju 2004. 7. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI Mhux applikabbli. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom Approprjazzjonijiet ta’ impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | Uffiċjali jew impjegati temporanji[10] (XX 01 01) | A*/AD | B*, C*/AST | Impjegati iffinanzjati[11] mill-Artikolu XX 01 02 | Impjegati oħra iffinanzjati[12] mill-Artikolu XX 01 04/05 | TOTAL | 8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni 8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (impjegati koperti mill-Istatut) (Fejn ikun dikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors) ( Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li ser ikun mibdul jew estiż ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/PDB li jmiss ( Karigi li ser jerġgħu jingħataw billi jintużaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (trasferimenti interni) ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsiti fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB tas-sena kkonċernata 8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva) miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) Il-linja tal-baġit In-numru u l-intestatura | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | 1. Għajnuna teknika u amministrattiva (inkluża n-nefqa relatata ma’ l-impjegati) | L-Aġenziji eżekuttivi[13] | L-Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | - intra muros | - extra muros | L-Għajnuna teknika u amministrattiva totali | 8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) It-tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | Uffiċjali u impjegati temporanji (XX 01 01) | Impjegati ffinanzjati bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, DNEs, impjegati bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | In-nefqa totali tar-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji Għandha ssir referenza għal punt 8.2.1, jekk applikabbli Kalkolu – Impjegati ffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 Għandha ssir referenza għal punt 8.2.1, jekk applikabbli 8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | XX 01 02 11 01 - Missjonijiet | XX 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi | XX 01 02 11 03 –Kumitati[14] | XX 01 02 11 04 - Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informatika | 2. 2 Total ta’ l-Ispejjeż l-oħra ta’ Tmexxija (XX 01 02 11) | 3. Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) | Total ta’ l-ispejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) | Kalkolu - Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza [1] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru .... (ĠU L .., …, p. ..). [2] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [3] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [4] Infiq li jaqa’ taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [5] Infiq li jaqa’ taħt il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [6] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [7] Jekk ikun hemm bżonn għandhom jiżdiedu aktar kolonni, jiġifieri jekk l-azzjoni ddum aktar minn 6 snin. [8] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji addizzjonali fit-taqsima tal-“Kummenti Rilevanti” ta’ dan il-punt [9] Kif deskritt f’Sezzjoni 5.3. [10] Li n-nefqa tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza. [11] Li n-nefqa tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza. [12] Li n-nefqa tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza [13] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i konċernata/i. [14] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li jaħmel parti minnu.